EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014Y1201(01)

2000/365/KE: Verżjoni kkonsolidata tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tad- 29 ta’ Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq biex jieħu sehem f’xi dispożizzjonijiet tal- acquis ta’ Schengen

ĠU C 430, 1.12.2014, p. 1–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

1.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 430/1


VERŻJONI KKONSOLIDATA

TAD-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tad-29 ta’ Mejju 2000

dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq biex jieħu sehem f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen

(2000/365/KE)

(2014/C 430/01)

AVVIŻ LILL-QARREJ

Din il-pubblikazzjoni fiha l-verżjoni kkonsolidata tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta' Mejju 2000 dwar id-dħul b'effett ta' partijiet tal-acquis ta' Schengen mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq (ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43), hekk kif tirriżulta mill-emendi introdotti mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/857/UE tal-1 ta’ Diċembru 2014 dwar in-notifika tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq rigward ix-xewqa tiegħu li jieħu sehem f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li jinsabu fl-atti tal-Unjoni fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali u li temenda d-Deċiżjonijiet 2000/365/KE u 2004/926/KE (ĠU L 345, 1.12.2014, p. 1).

Din il-pubblikazzjoni tikkostitwixxi strument ta' dokumentazzjoni li għalih l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea ma jassumu l-ebda responsabbiltà.

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Artikolu 4 tal-Protokoll li jintegra l-acquis ta’ Schengen fil-qafas tal-Unjoni Ewropea annessa mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, (minn issa ‘l quddiem imsejjaħ “il-Protokoll ta’ Schengen”),

Wara li kkunsidra t-talba mill-Gvern tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, bl-ittri tiegħu lill-President tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 1999, id-9 ta’ Lulju 1999 u s-6 ta’ Ottubru 1999, biex jieħu sehem f’ċerti dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen, kif speċifikat f’dawn l-ittri,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-20 ta’ Lulju 1999 tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej dwar it-talba,

Billi r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandu pożizzjoni speċjali dwar kwistjonijiet koperti b’Titolu IV tat-Tielet Parti tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, kif rikonoxxut fil-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda u fil-Protokoll dwar l-applikazzjoni ta’ ċertu aspetti tal-Artikolu 14 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għar-Renju Unit u l-Irlanda, annessi mit-Trattat ta’ Amsterdam mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea;

Billi l-acquis ta’ Schengen kien maħsub u jopera bħala ensemble koerenti li jrid ikun għalkollox aċċettat u applikat mill-Istati kollha li jappoġġaw il-prinċipju tal-abolizzjoni ta’ spezzjonar ta’ persuni fil-fruntieri komuni;

Billi l-Protokoll ta’ Schengen jipprovdi għal possibilità li, minħabba din il-pożizzjoni speċjali tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, dan jieħu sehem f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen;

Billi r-Renju Unit se jassumi l-obbligi ta’ Stat Membru li joħorġu mill-Artikoli tal-Konvenzjoni ta’ Schengen tal-1990 elenkati f’din id-Deċiżjoni;

Billi wara li ġiet ikkunsidrata l-pożizzjoni speċjali tar-Renju Unit hawn fuq imsemmija, la r-Renju Unit u lanqas it-territorji msemmija fl-Artikolu 5 ma jieħdu sehem permezz ta’ din id-Deċiżjoni fid-dispożizzjonijiet tal-fruntieri tal-Konvenzjoni ta’ Schengen tal-1990;

Billi wara li ġew ikkunsidrati kwistjonijiet serji indirizzati mill-Artikoli 26 u 27 tal-Konvenzjoni ta’ Schengen tal-1990, ir-Renju Unit u Ġibiltà se japplikaw dawn l-Artikoli;

Billi r-Renju Unit talab biex jieħu sehem fl-ensemble tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen dwar it-twaqqif u tħaddim tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “is-SIS”), ħlief fir-rigward tad-dispożizzjonijiet dwar twissijiet imsemmija fl-Artikolu 96 tal-Konvenzjoni ta’ Schengen tal-1990 u dispożizzjonijiet oħra dwar dawk it-twissijiet;

Billi hija l-opinjoni tal-Kunsill li kwalunkwe parteċipazzjoni parzjali mir-Renju Unit fl-acquis ta’ Schengen għandha tirrispetta l-koerenza tal-oqsma li jikkostitiwxxu l-ensemble ta’ dan l-acquis;

Billi l-Kunsill għalhekk jirrikonoxxi d-dritt tar-Renju Unit li jagħmel, skont l-Artikolu 4 tal-Protokoll ta’ Schengen, talba għal parteċipazzjoni parzjali, u fl-istess ħin jiġi nnutat li huwa neċessarju li jiġi kkunsidrat l-impatt ta’ din il-parteċipazzjoni tar-Renju Unit fid-dispożizzjonijiet dwar it-twaqqif u tħaddim tas-SIS dwar l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet l-oħra relevanti tal-acquis ta’ Schengen u dwar l-implikazzjonijiet finanzjarji tiegħu;

Billi l-Kumitat Imħallat, imwaqqaf skont l-Artikolu 3 tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn tal-aħħar mal-implimentazzjoni, applikazzjoni u żvilupp tal-acquis ta’ Schengen (1), kien infurmat dwar it-tħejjija ta’ din id-Deċiżjoni skont l-Artikolu 5 ta’ dak il-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandu jieħu sehem fid-dispożizzjonijiet li ġejjin tal-acquis ta’ Schengen:

(a)

Fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tal-1990 li jimplimentaw il-Ftehim ta’ Schengen tal-14 Ġunju 1985, l-Att Finali tagħha u Stqarrijiet Konġunti:

(i)

l-Artikoli 26 u 27(1);

l-Artikoli 39 u 40;

L-Artikoli 42 u 43 sakemm għandhom x’jaqsmu mal-Artikolu 40;

L-Artikolu 44;

L-Artikoli 46 u 47, minbarra l-Artikolu 47(2)(ċ) u (4);

L-Artikoli 48 sa 51;

l-Artikoli 52 u 53;

L-Artikoli 54 sa 58;

L-Artikolu 59;

L-Artikoli 61 sa 66;

L-Artikoli 67 sa 69;

L-Artikoli 71 sa 73;

l-Artikoli 75 u 76;

L-Artikoli 126 sa 130 sakemm għandhom x’jaqsmu mad-dispożizzjonijiet li fihom ir-Renju Unit jieħu sehem permezz ta’ dan is-subparagrafu;

Id-Dikjarazzjoni 3 għall-Att Finali dwar l-Artikolu 71(2);

(ii)

id-dispożizzjonijiet li ġejjin dwar is-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen:

Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI tat-12 ta’ Ġunju 2007 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-sistema ta’ informazzjoni ta’ Schengen tat-Tieni Ġenerazzjoni (SIS II) (2);

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/171/KE tas-16 ta’ Marzu 2007 li tistipula r-rekwiżiti tan-netwerk għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen II (it-tielet pilastru) (3);

(b)

fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehimiet ta’ Sħubija għall-Konvenzjoni tal-1990 li jimplimentaw il-Ftehim ta’ Schengen tal-14 Ġunju 1985, l-Att Finali tagħhom u Dikjarazzjonijiet Komuni:

(i)

il-Ftehim iffirmat fid-19 ta’ Diċembru 1996 dwar is-Sħubija tar-Renju tad-Danimarka: L-Artikolu 6;

(ii)

il-Ftehim iffirmat fid-19 ta’ Diċembru 1996 dwar is-Sħubija tar-Repubblika tal-Finlandja: L-Artikolu 5;

(iii)

il-Ftehim iffirmat fid-19 ta’ Diċembru 1996 dwar is-Sħubija tar-Renju tal-Isvezja: L-Artikolu 5;

(c)

fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjonijiet li ġejjin tal-Kumitat Eżekuttiv stabbilit bil-Konvenzjoni tal-1990 li timplimenta il-Ftehim ta’ Schengen tal-14 ta’ Ġunju 1985 sakemm għandhom x’jaqsmu mad-dispożizzjonijiet li fihom jipparteċipa r-Renju Unit permezz tas-subparagrafu (a) hawn fuq:

SCH/Com-ex (94) 28 rev (ċertifikat ipprovdut fl-Artikolu 75 għal Trasport ta’ drogi u/jew sustanzi psikotropiċi);

SCH/Com-ex (98) 26 def (li jistabbilixxi Kumitat Permanenti għall-Konvenzjoni Implimentattiva ta’ Schengen), soġġett għal arranġament intern li jispeċifika l-modalitajiet ta’ parteċipazzjoni ta’ esperti tar-Renju Unit f’missjonijiet li jsiru taħt l-awspiċi tal-Grupp ta’ Ħidma rilevanti tal-Kunsill.;

Artikolu 5

1.   Ir-Renju Unit għandu jinnotifika bil-miktub lil President tal-Kunsill liema mid-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1 jixtieq japplika għaċ-Channel Islands u l-Isle of Man. Deċiżjoni ta’ implimentazzjoni dwar din it-talba għandha tittieħed mill-Kunsill li jaġixxi b’unanimità tal-Membri tiegħu msemmija fl-Artikolu 1 tal-Protokoll ta’ Schengen u r-rappreżentant tal-Gvern tar-Renju Unit.

2.   Dawn id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 1 għandhom japplikaw għall-Ġibiltà:

(a)

Safejn id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tal-1990 li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen tal-14 ta’ Ġunju 1985, l-Att Finali u Stqarrijiet Konġunti huma kkonċernati:

l-Artikoli 26 u 27(1);

L-Artikolu 39;

L-Artikolu 44 sakemm m’għandux x’jaqsam mal-insegwiment u s-sorveljanza transkonfinali;

L-Artikoli 46 u 47, minbarra 47(2)(ċ) u (4);

L-Artikoli 48 sa 51;

l-Artikoli 52 u 53;

L-Artikoli 54 sa 58;

L-Artikolu 59;

L-Artikoli 61 sa 63;

L-Artikoli 65 sa 66;

L-Artikoli 67 sa 69;

L-Artikoli 71 sa 73;

l-Artikoli 75 u 76;

L-Artikoli 126 sa 130 sakemm għandhom x’jaqsmu mad-dispożizzjonijiet li fihom ir-Renju Unit jieħu sehem permezz ta’ dan is-subparagrafu;

Dikjarazzjoni 3 għall-Att Finali dwar l-Artikolu 71(2).

(b)

Fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehimiet ta’ Sħubija għall-Konvenzjoni tal-1990 li timplimenta il-Ftehim ta’ Schengen tal-14 ta’ Ġunju 1985, l-Att Finali tagħhom u Dikjarazzjonijiet Komuni:

(i)

il-Ftehim iffirmat fid-19 ta’ Diċembru 1996 dwar is-Sħubija tar-Renju tad-Danimarka: L-Artikolu 6;

(ii)

il-Ftehim iffirmat fid-19 ta’ Diċembru 1996 dwar is-Sħubija tar-Repubblika tal-Finlandja: L-Artikolu 5;

(iii)

il-Ftehim iffirmat fid-19 ta’ Diċembru 1996 dwar is-Sħubija tar-Renju tal-Isvezja: L-Artikolu 5;

(c)

Safejn id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tal-1990 li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen tal-14 ta’ Ġunju 1985, l-Att Finali u Stqarrijiet Konġunti huma kkonċernati:

SCH/Com-ex (94) 28 rev (ċertifikat ipprovdut fl-Artikolu 75 għal Trasport ta’ drogi u/jew sustanzi psikotropiċi);

3.   l-Artikolu 8(3) għandu japplika għat-territorji msemmija fil-paragrafi 1 u 2 hawn fuq.

Artikolu 6

1.   Id-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1(a)(ii), kif ukoll id-dispożizzjonijiet rilevanti l-oħra dwar is-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen adottati mill-1 ta’ Diċembru 2009 ‘l hawn, iżda li għadhom ma sarux effettivi, għandhom isiru effettivi, bejn ir-Renju Unit u l-Istati Membri u Stati oħrajn li għalihom dawn id-dispożizzjonijiet jkunu diġà saru effettivi, meta l-prekondizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta’ dawk id-dispożizzjonijiet ikunu ġew issodisfati, permezz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni meħuda mill-Kunsill.

2.   Il-paragrafu 1 għandu japplika mutatis mutandis għad-dħul fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5 dwar it-territorji konċernati.

3.   Kwalunkwe deċiżjoni ta’ implimentazzjoni taħt il-paragrafi 1 u 2 għandha tittieħed mill-Kunsill, li jaġixxi bl-unanimità tal-Membri tiegħu msemmija fl-Artikolu 1 tal-Protokoll ta’ Schengen u r-rappreżentant tal-Gvern tar-Renju Unit.

4.   Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 75 tal-Konvenzjoni tal-1990 li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen tal-14 ta’ Ġunju 1985 u tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv SCH/Com-ex (94) 28 rev (ċertifikat ipprovdut fl-Artikolu 75 għat-trasport ta’ drogi u/jew sustanzi psikotropiċi) għandhom ikunu direttament applikabbli fir-Renju Unit.

Artikolu 7

Ir-Renju Unit għandu jagħmel tajjeb għall-kostijiet kollha involuti fil-kisba teknika tal-parteċipazzjoni parzjali tagħha fit-tħaddim tas-SIS.

Artikolu 8

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

2.   Mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandu jkun meqjus irrevokabilment li nnotifika l-President tal-Kunsill taħt l-Artikolu 5 tal-Protokoll ta’ Schengen li jixtieq jieħu sehem fil-proposti kollha u inizjattivi li jissejsu fuq l-acquis ta’ Schengen imsemmi fl-Artikolu 1. Din il-parteċipazzjoni tkopri t-territorji msemmija fl-Artikolu 5(1) u (2) rispettivament, sakemm il-proposti u l-inizjattivi jissejsu fuq id-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li miegħu jintrabtu dawk it-territorji.

3.   Miżuri li jissejsu fuq l-acquis ta’ Schengen imsemmija fl-Artikolu 1, li ġew adottati qabel l-adozzjoni ta’ deċiżjoni tal-Kunsill imsemmija fl-Artikolu 6 għandhom isiru effettivi fir-Renju Unit fid-data jew dati li fihom il-Kunsill jiddeċiedi taħt l-Artikolu 6 li jsir effettiv l-acquis imsemmi fl-Artikolu 1 għar-Renju Unit kemm-il darba l-miżura stess ma tipprovdix għal data aktar tard.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Mejju 2000.

Għall-Kunsill

Il-President

A. COSTA


(1)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.

(2)  ĠU L 205, 7.8.2007, p. 63.

(3)  ĠU L 79, 20.3.2007, p. 29.


Top