1.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 430/1 |
VERŻJONI KKONSOLIDATA
TAD-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tad-29 ta’ Mejju 2000
dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq biex jieħu sehem f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen
(2000/365/KE)
(2014/C 430/01)
AVVIŻ LILL-QARREJ
Din il-pubblikazzjoni fiha l-verżjoni kkonsolidata tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta' Mejju 2000 dwar id-dħul b'effett ta' partijiet tal-acquis ta' Schengen mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq (ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43), hekk kif tirriżulta mill-emendi introdotti mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/857/UE tal-1 ta’ Diċembru 2014 dwar in-notifika tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq rigward ix-xewqa tiegħu li jieħu sehem f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li jinsabu fl-atti tal-Unjoni fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali u li temenda d-Deċiżjonijiet 2000/365/KE u 2004/926/KE (ĠU L 345, 1.12.2014, p. 1).
Din il-pubblikazzjoni tikkostitwixxi strument ta' dokumentazzjoni li għalih l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea ma jassumu l-ebda responsabbiltà.
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra l-Artikolu 4 tal-Protokoll li jintegra l-acquis ta’ Schengen fil-qafas tal-Unjoni Ewropea annessa mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, (minn issa ‘l quddiem imsejjaħ “il-Protokoll ta’ Schengen”),
Wara li kkunsidra t-talba mill-Gvern tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, bl-ittri tiegħu lill-President tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 1999, id-9 ta’ Lulju 1999 u s-6 ta’ Ottubru 1999, biex jieħu sehem f’ċerti dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen, kif speċifikat f’dawn l-ittri,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-20 ta’ Lulju 1999 tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej dwar it-talba,
Billi r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandu pożizzjoni speċjali dwar kwistjonijiet koperti b’Titolu IV tat-Tielet Parti tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, kif rikonoxxut fil-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda u fil-Protokoll dwar l-applikazzjoni ta’ ċertu aspetti tal-Artikolu 14 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għar-Renju Unit u l-Irlanda, annessi mit-Trattat ta’ Amsterdam mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea;
Billi l-acquis ta’ Schengen kien maħsub u jopera bħala ensemble koerenti li jrid ikun għalkollox aċċettat u applikat mill-Istati kollha li jappoġġaw il-prinċipju tal-abolizzjoni ta’ spezzjonar ta’ persuni fil-fruntieri komuni;
Billi l-Protokoll ta’ Schengen jipprovdi għal possibilità li, minħabba din il-pożizzjoni speċjali tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, dan jieħu sehem f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen;
Billi r-Renju Unit se jassumi l-obbligi ta’ Stat Membru li joħorġu mill-Artikoli tal-Konvenzjoni ta’ Schengen tal-1990 elenkati f’din id-Deċiżjoni;
Billi wara li ġiet ikkunsidrata l-pożizzjoni speċjali tar-Renju Unit hawn fuq imsemmija, la r-Renju Unit u lanqas it-territorji msemmija fl-Artikolu 5 ma jieħdu sehem permezz ta’ din id-Deċiżjoni fid-dispożizzjonijiet tal-fruntieri tal-Konvenzjoni ta’ Schengen tal-1990;
Billi wara li ġew ikkunsidrati kwistjonijiet serji indirizzati mill-Artikoli 26 u 27 tal-Konvenzjoni ta’ Schengen tal-1990, ir-Renju Unit u Ġibiltà se japplikaw dawn l-Artikoli;
Billi r-Renju Unit talab biex jieħu sehem fl-ensemble tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen dwar it-twaqqif u tħaddim tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “is-SIS”), ħlief fir-rigward tad-dispożizzjonijiet dwar twissijiet imsemmija fl-Artikolu 96 tal-Konvenzjoni ta’ Schengen tal-1990 u dispożizzjonijiet oħra dwar dawk it-twissijiet;
Billi hija l-opinjoni tal-Kunsill li kwalunkwe parteċipazzjoni parzjali mir-Renju Unit fl-acquis ta’ Schengen għandha tirrispetta l-koerenza tal-oqsma li jikkostitiwxxu l-ensemble ta’ dan l-acquis;
Billi l-Kunsill għalhekk jirrikonoxxi d-dritt tar-Renju Unit li jagħmel, skont l-Artikolu 4 tal-Protokoll ta’ Schengen, talba għal parteċipazzjoni parzjali, u fl-istess ħin jiġi nnutat li huwa neċessarju li jiġi kkunsidrat l-impatt ta’ din il-parteċipazzjoni tar-Renju Unit fid-dispożizzjonijiet dwar it-twaqqif u tħaddim tas-SIS dwar l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet l-oħra relevanti tal-acquis ta’ Schengen u dwar l-implikazzjonijiet finanzjarji tiegħu;
Billi l-Kumitat Imħallat, imwaqqaf skont l-Artikolu 3 tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn tal-aħħar mal-implimentazzjoni, applikazzjoni u żvilupp tal-acquis ta’ Schengen (1), kien infurmat dwar it-tħejjija ta’ din id-Deċiżjoni skont l-Artikolu 5 ta’ dak il-Ftehim,
IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:
Artikolu 1
Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandu jieħu sehem fid-dispożizzjonijiet li ġejjin tal-acquis ta’ Schengen:
(a) |
Fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tal-1990 li jimplimentaw il-Ftehim ta’ Schengen tal-14 Ġunju 1985, l-Att Finali tagħha u Stqarrijiet Konġunti:
|
(b) |
fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehimiet ta’ Sħubija għall-Konvenzjoni tal-1990 li jimplimentaw il-Ftehim ta’ Schengen tal-14 Ġunju 1985, l-Att Finali tagħhom u Dikjarazzjonijiet Komuni:
|
(c) |
fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjonijiet li ġejjin tal-Kumitat Eżekuttiv stabbilit bil-Konvenzjoni tal-1990 li timplimenta il-Ftehim ta’ Schengen tal-14 ta’ Ġunju 1985 sakemm għandhom x’jaqsmu mad-dispożizzjonijiet li fihom jipparteċipa r-Renju Unit permezz tas-subparagrafu (a) hawn fuq: SCH/Com-ex (94) 28 rev (ċertifikat ipprovdut fl-Artikolu 75 għal Trasport ta’ drogi u/jew sustanzi psikotropiċi); SCH/Com-ex (98) 26 def (li jistabbilixxi Kumitat Permanenti għall-Konvenzjoni Implimentattiva ta’ Schengen), soġġett għal arranġament intern li jispeċifika l-modalitajiet ta’ parteċipazzjoni ta’ esperti tar-Renju Unit f’missjonijiet li jsiru taħt l-awspiċi tal-Grupp ta’ Ħidma rilevanti tal-Kunsill.; |
Artikolu 5
1. Ir-Renju Unit għandu jinnotifika bil-miktub lil President tal-Kunsill liema mid-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1 jixtieq japplika għaċ-Channel Islands u l-Isle of Man. Deċiżjoni ta’ implimentazzjoni dwar din it-talba għandha tittieħed mill-Kunsill li jaġixxi b’unanimità tal-Membri tiegħu msemmija fl-Artikolu 1 tal-Protokoll ta’ Schengen u r-rappreżentant tal-Gvern tar-Renju Unit.
2. Dawn id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 1 għandhom japplikaw għall-Ġibiltà:
(a) |
Safejn id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tal-1990 li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen tal-14 ta’ Ġunju 1985, l-Att Finali u Stqarrijiet Konġunti huma kkonċernati: l-Artikoli 26 u 27(1); L-Artikolu 39; L-Artikolu 44 sakemm m’għandux x’jaqsam mal-insegwiment u s-sorveljanza transkonfinali; L-Artikoli 46 u 47, minbarra 47(2)(ċ) u (4); L-Artikoli 48 sa 51; l-Artikoli 52 u 53; L-Artikoli 54 sa 58; L-Artikolu 59; L-Artikoli 61 sa 63; L-Artikoli 65 sa 66; L-Artikoli 67 sa 69; L-Artikoli 71 sa 73; l-Artikoli 75 u 76; L-Artikoli 126 sa 130 sakemm għandhom x’jaqsmu mad-dispożizzjonijiet li fihom ir-Renju Unit jieħu sehem permezz ta’ dan is-subparagrafu; Dikjarazzjoni 3 għall-Att Finali dwar l-Artikolu 71(2). |
(b) |
Fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehimiet ta’ Sħubija għall-Konvenzjoni tal-1990 li timplimenta il-Ftehim ta’ Schengen tal-14 ta’ Ġunju 1985, l-Att Finali tagħhom u Dikjarazzjonijiet Komuni:
|
(c) |
Safejn id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tal-1990 li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen tal-14 ta’ Ġunju 1985, l-Att Finali u Stqarrijiet Konġunti huma kkonċernati: SCH/Com-ex (94) 28 rev (ċertifikat ipprovdut fl-Artikolu 75 għal Trasport ta’ drogi u/jew sustanzi psikotropiċi); |
3. l-Artikolu 8(3) għandu japplika għat-territorji msemmija fil-paragrafi 1 u 2 hawn fuq.
Artikolu 6
1. Id-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1(a)(ii), kif ukoll id-dispożizzjonijiet rilevanti l-oħra dwar is-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen adottati mill-1 ta’ Diċembru 2009 ‘l hawn, iżda li għadhom ma sarux effettivi, għandhom isiru effettivi, bejn ir-Renju Unit u l-Istati Membri u Stati oħrajn li għalihom dawn id-dispożizzjonijiet jkunu diġà saru effettivi, meta l-prekondizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta’ dawk id-dispożizzjonijiet ikunu ġew issodisfati, permezz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni meħuda mill-Kunsill.
2. Il-paragrafu 1 għandu japplika mutatis mutandis għad-dħul fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5 dwar it-territorji konċernati.
3. Kwalunkwe deċiżjoni ta’ implimentazzjoni taħt il-paragrafi 1 u 2 għandha tittieħed mill-Kunsill, li jaġixxi bl-unanimità tal-Membri tiegħu msemmija fl-Artikolu 1 tal-Protokoll ta’ Schengen u r-rappreżentant tal-Gvern tar-Renju Unit.
4. Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 75 tal-Konvenzjoni tal-1990 li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen tal-14 ta’ Ġunju 1985 u tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv SCH/Com-ex (94) 28 rev (ċertifikat ipprovdut fl-Artikolu 75 għat-trasport ta’ drogi u/jew sustanzi psikotropiċi) għandhom ikunu direttament applikabbli fir-Renju Unit.
Artikolu 7
Ir-Renju Unit għandu jagħmel tajjeb għall-kostijiet kollha involuti fil-kisba teknika tal-parteċipazzjoni parzjali tagħha fit-tħaddim tas-SIS.
Artikolu 8
1. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
2. Mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandu jkun meqjus irrevokabilment li nnotifika l-President tal-Kunsill taħt l-Artikolu 5 tal-Protokoll ta’ Schengen li jixtieq jieħu sehem fil-proposti kollha u inizjattivi li jissejsu fuq l-acquis ta’ Schengen imsemmi fl-Artikolu 1. Din il-parteċipazzjoni tkopri t-territorji msemmija fl-Artikolu 5(1) u (2) rispettivament, sakemm il-proposti u l-inizjattivi jissejsu fuq id-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li miegħu jintrabtu dawk it-territorji.
3. Miżuri li jissejsu fuq l-acquis ta’ Schengen imsemmija fl-Artikolu 1, li ġew adottati qabel l-adozzjoni ta’ deċiżjoni tal-Kunsill imsemmija fl-Artikolu 6 għandhom isiru effettivi fir-Renju Unit fid-data jew dati li fihom il-Kunsill jiddeċiedi taħt l-Artikolu 6 li jsir effettiv l-acquis imsemmi fl-Artikolu 1 għar-Renju Unit kemm-il darba l-miżura stess ma tipprovdix għal data aktar tard.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Mejju 2000.
Għall-Kunsill
Il-President
A. COSTA
(1) ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.
(2) ĠU L 205, 7.8.2007, p. 63.
(3) ĠU L 79, 20.3.2007, p. 29.