EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CN0497

Kawża C-497/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) (ir-Renju Unit) fit- 18 ta’ Ottubru 2010 — Barbara Mercredi vs Richard Chaffe

ĠU C 328, 4.12.2010, p. 26–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/26


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) (ir-Renju Unit) fit-18 ta’ Ottubru 2010 — Barbara Mercredi vs Richard Chaffe

(Kawża C-497/10)

()

2010/C 328/45

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Barbara Mercredi

Konvenut: Richard Chaffe

Domandi preliminari

(1)

Il-Qorti tal-Ġustizzja hija mitluba tikkjarifika liema huwa t-test adegwat sabiex tiġi ddeterminata r-residenza abitwali ta’ minuri għall-finijiet tal-:

(a)

Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 2201/2003 (1),

(b)

Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 2201/2003.

(2)

Qorti hija “istituzzjoni jew xi korp ieħor” li tista’ tingħata drittijiet ta’ kustodja għall-finijiet tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 2201/2003?

(3)

L-Artikolu 10 jibqa’ applikabbli wara li l-qrati tal-Istat Membru mitlub ikunu ċaħdu talba għar-ritorn tal-minuri taħt il-Konvenzjoni tal-Aja dwar il-Ħtif ta’ Minuri tal-1980 għar-raġuni li l-Artikoli 3 u 5 ma jkunux sodisfatti?

B’mod partikolari, kif għandu jiġi riżolt kunflitt bejn determinazzjoni magħmula mill-Istat mitlub li r-rekwiżiti tal-Artikoli 3 u 5 tal-Konvenzjoni tal-Aja dwar il-Ħtif ta’ Minuri tal-1980 mhumiex sodisfatti u determinazzjoni mill-Istat li jagħmel it-talba li r-rekwiżiti tal-Artikoli 3 u 5 huma sodisfatti?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 243)


Top