EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52005SC1793
Council Decision authorising the Commission to open negotiations for Community participation in the Diplomatic Conference to be held in Singapore on 13 to 31 March 2006 by the World Intellectual Property Organisation (WIPO) to adopt the revised Trademark Law Treaty
Rakkomandazzjoni għal decizjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni biex tibda negozjati biex tkun assigurata l-parteċipazzjoni tal-Komunità fil-Konferenza Diplomatika prevista f’Singapor mit-13 sal-31 ta’ Marzu 2006, fil-qafas ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali (id-WIPO) u biex ikun adottat it-Trattat rivedut dwar il-Liġi tat-Trejdmarks
Rakkomandazzjoni għal decizjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni biex tibda negozjati biex tkun assigurata l-parteċipazzjoni tal-Komunità fil-Konferenza Diplomatika prevista f’Singapor mit-13 sal-31 ta’ Marzu 2006, fil-qafas ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali (id-WIPO) u biex ikun adottat it-Trattat rivedut dwar il-Liġi tat-Trejdmarks
/* SEK/2005/1793 finali */
Rakkomandazzjoni għal decizjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni biex tibda negozjati biex tkun assigurata l-parteċipazzjoni tal-Komunità fil-Konferenza Diplomatika prevista f’Singapor mit-13 sal-31 ta’ Marzu 2006, fil-qafas ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali (id-WIPO) u biex ikun adottat it-Trattat rivedut dwar il-Liġi tat-Trejdmarks /* SEK/2005/1793 finali */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 11.1.2006 SEG(2005)1793 finali Rakkomandazzjoni għal DECIZJONI TAL-KUNSILL li tawtorizza lill-Kummissjoni biex tibda negozjati biex tkun assigurata l-parteċipazzjoni tal-Komunità fil-Konferenza Diplomatika prevista f’Singapor mit-13 sal-31 ta’ Marzu 2006, fil-qafas ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali (id-WIPO) u biex ikun adottat it-Trattat rivedut dwar il-Liġi tat-Trejdmarks (preżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. Għan tat-Trattat Fil-qafas ta’ l-Orgainzzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali (id-WIPO) ser issir konferenza diplomatika f’Singapor mit-13 sal-31 ta’ Marzu 2006, bl-iskop li jkun elaborat u adottat it-Trattat rivedut dwar il-Liġi tat-Trejdmarks. It-Trattat dwar il-Liġi tat-Trejdmarks magħmul f’Ġinevra fis-27 ta’ Ottubru 1994 (minn issa ’l quddiem imsejjaħ “it-TLT ta’ l-1994”) jittratta d-dispożizzjonijiet ta’ proċedura li huma intenzjonati biex jissimplifikaw il-proċeduri amministrattivi li jirrigwardaw it-trejdmarks. Hu ma jindirizzax ir-regoli sostentivi fil-qasam tat-tredjmarks. Ma hemm ebda problemi ta’ kompatibilità ma’ strumenti internazzjonali oħra, u notevolment mal-Ftehim dwar l-aspetti tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali li jikkonċernaw il-kummerċ (il-Ftehim dwar it-TRIPS ta’ l-1994) li għalih hu komplementari. Mill-1994, l-utenti bbenefikaw mis-simplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi għar-reġistrazzjoni tat-trejdmarks. Madankollu, ċerti aspetti relatati mal-proċedura għad iridu jkunu kkjarifikati jew miżjuda. Għal din ir-raġuni, il-Kumitat Permanenti dwar il-Liġi tat-Trejdmarks, id-Disinji Industrijali u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi (l-SCT) ħadmu matul seba’ sessjonijiet dwar ir-reviżjoni tat-TLT ta’ l-1994 sabiex notevolment tkun stabbilita Assemblea tat-TLT u biex ikunu introdotti fit-Trattat elementi li jikkonċernaw l-iffajljar elettroniku u proċeduri oħrajn. Id-deliberazzjonijiet twettqu abbażi tad-dokumenti li ġejjin: Trattat rivedut u Regolamenti ta’ eżekuzzjoni: “Proposta Bażika” (dokument TLT/DC/3 tat-3 ta’ Jannar 2005) L-għan tal-Konferenza Diplomatika hu li jkun adottat Trattat ġdid rivedut. 2. Regoli ta’ proċedura tal-Konferenza Diplomatika Il-Konferenza Diplomatika għandha tiffissa r-Regoli ta’ Proċedura tagħha bbażati fuq l-abbozz elaborat (TLT/R/PM/2 tat-3 ta’ Jannar 2005). Dan l-abbozz jittratta b’mod wiesa’ r-Regoli ta’ Proċedura tal-Konferenza Diplomatika għall-Adozzjoni ta’ Att Ġdid dwar l-Arranġament ta’ The Hague li jikkonċerna r-Reġistrazzjoni Internazzjonali tad-Disinji Industrijali, li seħħ f’Ġunju u Lulju ta’ l-1999. Id-delegazzjonijiet ta’ l-Istati Membri tad-WIPO se jkollhom l-isem ta’ “Delegazzjoni Membru Ordinarju”. Hu propost li l-Komunità Ewropea tkun mistiedna biex tipparteċipa taħt l-isem ta’ “Delegazzjoni Membru Speċjali”. Id-Delegazzjoni Membru Speċjali se jkollha l-istess status fil-Konferenza Diplomatika bħal Delegazzjoni Membru Ordinarju iżda mingħajr ma tkun tista’ tkun membru fil-Kumitat tal-Kredenzjali u mingħajr id-dritt tal-vot (ara l-punt 7 tad-dokument TLT/R/PM/2). Sakemm hu possibbli, id-deċiżjonijiet kollha għandhom jittieħdu b’kunsens. 3. Interess tal-Komunità għat-Trattat ippjanat. It-Trattat rivedut ippjanat jikkonċerna lill-Komunità Ewropea minħabba li d-dispożizzjonijiet ikkonċernati jistgħu japplikaw għat-trejdmark Komunitarja[1] f’każ ta’ adeżjoni eventwali tal-Komunità għat-Trattat fil-ġejjieni. Rigward it-trejdmarks nazzjonali, l-armonizzazzjoni Komunitarja[2] kurrenti tikkonċerna aspetti li mhumiex koperti mit-Trattat ippjanat. Għalhekk hi r-responsabbiltà ta’ l-Istati Membri li jesprimu lilhom infushom dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw it-trejdmarks nazzjonali. It-trejdmark Komunitarja tiġġustifika l-kompetenza tal-Komunità. It-trejdmark Komunitarja ma tiħux post it-trejdmarks nazzjonali iżda hija addizzjoni indipendenti li hi valida fil-Komunità kollha. It-trejdmark Komunitarja u t-trejdmarks nazzjonali jeżistu flimkien u huma legalment separati u indipendenti minn xulxin, kemm fir-rigward tar-regoli sostentivi u l-proċedura applikabbli u kemm fir-rigward ta’ l-ufficcji responsabbli mill-ħruġ tagħhom. Hi r-responsabbiltà tal-Komunità li tassigura li t-Trattat il-ġdid rivedut ma jkunx inkompatibbli mar-Regolament (KE) Nru 40/94 dwar it-trejdmark Komunitarja f’każ li fil-ġejjieni l-Komunità Ewropea tiddeċiedi dwar adeżjoni għat-Trattat. 4. L-isfidi prinċipali tat-Trattat li kienu diskussi jikkonċernaw il-punti li ġejjin. L-isfidi prinċipali tat-Trattat rivedut li kienu diskussi jikkonċernaw il-punti li ġejjin. Trejdmarks li għalihom japplika t-Trattat (l-Artikolu 2). Possibbiltà li jkun applikat dan it-Trattat għat-trejdmarks li mhumiex viżibbli (trejdmarks tal-ħsejjes jew li għandhom x’jaqsmu max-xamm) jekk il-leġiżlazzjoni nazzjonali tipprevedi dan. Iffajljar elettroniku (l-Artikolu 8) Possibbiltà li jkunu kkomunikati u trażmessi dokumenti lill-uffiċċji tal-partijiet kontraenti permezz ta’ mod elettroniku. Miżuri ta’ sulliev f’każ ta’ nuqqas ta’ osservazzjoni ta’ limitu ta’ żmien (l-Artikolu 14). F’dak li jikkonċerna l-miżuri ta’ sulliev wara l-iskadenza tal-limitu taż-żmien, il-possibbiltà li jkunu previsti waħda jew bosta mill-miżuri li ġejjin: estensjoni tal-limitu taż-żmien, tkomplija tal-proċedura jew ristabbiliment tad-drittijiet. Liċenzji (l-Artikolu 17) Dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-armonizzazzjoni u s-simplifikazzjoni tar-rikjesti ta’ reġistrazzjoni tal-liċenzji kif ukoll tad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw id-drittijiet tad-detentur jekk it-trejdmark hi użata b’liċenzja. Assemblea (l-Artikolu 24). It-twaqqif ta’ Assemblea tal-partijiet kontraenti li tippermetti li jkun emendat it-Trattat jew imwettqa funzjonijiet oħra mingħajr il-ħtieġa li tkun imsejħa Konferenza Diplomatika. F’dak li jikkonċerna t-teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ l-Assemblea, kull parti kontraenti li hi organizzazzjoni intergovernattiva (pereżempju l-Komunità Ewropea) tista’ tipparteċipa fil-vot minflok l-Istati Membri tagħha, b’numru ta’ voti li jkun ugwali għan-numru ta’ l-Istati Membri tagħha li jagħmlu parti minn dan id-Trattat. Ebda organizzazzjoni intergovernattiva ma għandha tipparteċipa fil-vot jekk wieħed mill-Istati Membri tagħha jeżerċita d-dritt tiegħu tal-vot jew viċiversa. Dan hu l-istess avviċinament meħud mill-Att ta’ Ġinevra ta’ l-Arranġament ta’ The Hague u li l-Komunità Ewropea aċċettat. Rakkomandazzjoni għal DECIZJONI TAL-KUNSILL li tawtorizza lill-Kummissjoni biex tibda negozjati biex tkun assigurata l-parteċipazzjoni tal-Komunità fil-Konferenza Diplomatika prevista f’Singapor mit-13 sal-31 ta’ Marzu 2006, fil-qafas ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali (id-WIPO) u biex ikun adottat it-Trattat rivedut dwar il-Liġi tat-Trejdmarks IDDECIEDA KIF GEJ: Artikolu Uniku Fil-Konferenza Diplomatika li ser issir fil-qafas tad-WIPO f’Singapor mit-13 sal-31 ta’ Marzu 2006 bl-iskop li jkun adottat it-Trattat rivedut dwar il-Liġi tat-Trejdmarks, il-Kummissjoni hi awtorizzata tinnegozja, [b’konsultazzjoni mal-Kumitat Speċjali nnominat mill-Kunsill], b’konformità mad-direttivi li jidhru fl-Anness, dwar l-aspetti li jikkonċernaw it-trejdmark Komunitarja u dwar il-parteċipazzjoni tal-Komunità fit-Trattat ippjanat. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President ANNESS DIRETTIVI GĦAN-NEGOZJATI 1. Il-Kummissjoni għandha tassigura li d-dispożizzjonijiet tat-Trattat rivedut ippjanat ikunu kompatibbli mas-sistema tat-trejdmark Komunitarja kif prevista fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 kif ukoll ma’ kull miżura ta’ applikazzjoni ta’ l-imsemmi Regolament. Il-Kummissjoni għandha tassigura li ma jkun hemm ebda problema ta’ kompatibilità ma’ strumenti internazzjonali oħra, u notevolment mal-Ftehim dwar l-aspetti tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali li jikkonċerna l-kummerċ (il-Ftehim dwar it-TRIPS ta’ l-1994). 2. Il-Kummissjoni għandha tassigura li t-Trattat rivedut ikollu l-miżuri li jippermettu lill-Komunità li ssir membru tat-Trattat rivedut ippjanat. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tassigura li fit-teħid tad-deċiżjonijiet ta’ l-Assemblea tal-Partijiet Kontraenti, il-Komunità Ewropea tkun tista’ tipparteċipa fil-vot minflok l-Istati Membri tagħha, b’numru ta’ voti ugwali għan-numru ta’ l-Istati Membri tagħha li jagħmlu parti minn dan it-Trattat. 3. Il-Kummissjoni ser iżomm lill-Kunsill infurmat dwar ir-riżultati tan-negozjati u, jekk ikun meħtieġ, dwar il-problemi li jistgħu jinqalgħu. [1] ĠU L 11 tas-14.1.1994, p. 1. Ir-Regolament (KE) Nru 40/94 dwar it-trejdmark Komunitarja kif fl-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 422/2004 (ĠU L 70 tad-9.3.2004, p.1) [2] Id-Direttiva tal-Kunsill tal-21 ta’ Diċembru 1988 biex jiġu approssimati l-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar it-trejdmarks (89/104/KEE).