EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CA0296

Kawża C-296/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla Awla) tad- 9 ta’ Novembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Stuttgart — il-Ġermanja) — Bianca Purrucker vs Guillermo Vallés Pérez ( Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri — Regolament (KE) Nru 2201/2003 — Lis pendens — Rikors fuq il-mertu dwar id-dritt ta’ kustodja ta’ wild u talba għal miżuri provviżorji dwar id-dritt ta’ kustodja tal-istess wild )

ĠU C 13, 15.1.2011, p. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla Awla) tad-9 ta’ Novembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Stuttgart — il-Ġermanja) — Bianca Purrucker vs Guillermo Vallés Pérez

(Kawża C-296/10) (1)

(Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri - Regolament (KE) Nru 2201/2003 - Lis pendens - Rikors fuq il-mertu dwar id-dritt ta’ kustodja ta’ wild u talba għal miżuri provviżorji dwar id-dritt ta’ kustodja tal-istess wild)

2011/C 13/25

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Stuttgart

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bianca Purrucker

Konvenut: Guillermo Vallés Pérez

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Amtsgericht Stuttgart — Interpretazzjoni tal-Artikolu 19(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 243) — Ġurisdizzjoni ta’ qorti ta’ Stat Membru li tiddeċiedi fuq il-mertu ta’ kawża relatata mad-dritt ta’ kustodja ta’ wild li jirrisjedi abitwalment f’dan l-Istat, fil-każ fejn qabel tkun tressqet kawża quddiem qorti ta’ Stat Membru ieħor, bejn l-istess partijiet u li tikkonċerna d-dritt ta’ kustodja tal-istess wild, dwar talba għal miżuri provviżorji — Kunċett “ta’ l-ewwel qorti li ħadet il pussess”

Dispożittiv

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 19(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000, ma humiex applikabbli fejn qorti ta’ Stat Membru fejn l-ewwel tkun tressqet kawża sabiex jinkisbu miżuri fil-qasam tar-responsabbiltà tal-ġenituri tkun tressqet quddiemha l-kawża biss sabiex tiddeċiedi dwar miżuri provviżorji skont l-Artikolu 20 ta’ dan ir-regolament u li qorti ta’ Stat Membru ieħor li għandha ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi fuq il-mertu fis-sens tal-istess regolament, sussegwentement titressaq quddiemha talba għall-għoti tal-istess miżuri, kemm jekk temporanji jew definittivi.

Il-fatt li titressaq kawża quddiem qorti ta’ Stat Membru fil-kuntest ta’ proċedura għal miżuri provviżorji jew li tittieħed deċiżjoni fil-kuntest ta’ tali proċedura u li minn ebda element tat-talba mressqa jew tad-deċiżjoni adottata ma jirriżulta li l-qorti li quddiemha tressqet il-kawża għal miżuri provviżorji għandha ġurisdizzjoni fis-sens tar-Regolament Nru 2201/2003 ma twassalx neċessarjament għall-esklużjoni tal-eżistenza, hekk kif jista eventwalment jawtorizza d-dritt nazzjonali ta’ dan l-Istat Membru, ta’ talba li fil-mertu hija relatata mat-talba għal miżuri provviżorji u li fiha elementi li jindikaw li l-qorti li quddiemha tressqet il-kawża għandha ġurisdizzjoni skont dan ir-regolament.

Meta, minkejja l-isforzi mwettqa mit-tieni qorti li quddiemha tressqet il-kawża sabiex tikseb tagħrif mill-parti li titlob il-lis alibi pendens, tal-ewwel qorti li quddiemha tressqet il-kawża u tal-awtorità ċentrali, it-tieni qorti ma għandha l-ebda element li jippermetti li jiġi ddeterminat li s-suġġett u l-bażi ġuridika ta’ talba mressqa quddiem qorti oħra u intiża sabiex, b’mod partikolari, tindika l-ġurisdizzjoni ta’ din il-qorti skont ir-Regolament Nru 2201/2003, u li minħabba f’ċirkustanzi partikolari, l-interess tal-wild jeħtieġ l-adozzjoni ta’ deċiżjoni suxxettibbli li tiġi rikonoxxuta fi Stati Membri oħra minbarra dak tat-tieni qorti li quddiemha tressqet il-kawża, huwa għal din l-aħħar qorti li wara perijodu raġonevoli ta’ stennija għat-tweġibiet għad-domandi magħmula, tkompli tikkunsidra t-talba mressqa quddiemha. It-tul ta’ dan il-perijodu raġonevoli għandu jieħu inkunsiderazzjoni l-aħjar interessi tal-wild fir-rigward taċ-ċirkustanzi speċifiċi tal-kawża inkwistjoni.


(1)  ĠU C 221, 14.08.2010.


Top