EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CN0403

Kawża C-403/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Višje sodišče v Mariboru (Is-Slovenja) fl- 20 ta’ Ottubru 2009 — Jasna Detiček vs Maurizio Sgueglia

ĠU C 312, 19.12.2009, p. 24–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 312/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Višje sodišče v Mariboru (Is-Slovenja) fl-20 ta’ Ottubru 2009 — Jasna Detiček vs Maurizio Sgueglia

(Kawża C-403/09)

2009/C 312/39

Lingwa tal-kawża: Is-Sloven

Qorti tar-rinviju

Višje sodišče vs Mariboru (is-Slovenja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Jasna Detiček

Konvenut: Maurizio Sgueglia

Domandi preliminari

(1)

Qorti tar-Repubblika tas-Slovenja għandha ġurisdizzjoni biex tadotta miżuri kawtelatorji, taħt l-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 2201/2003 (KE) (1), meta l-qorti ta’ Stat Membru ieħor, li jkollha ġurisdizzjoni bis-saħħa tal-imsemmi regolament biex tisma’ l-mertu tal-kawża, tkun diġà adottat miżura kawtelatorja li tkun ġiet iddikjarata eżekuttiva fir-Repubblika tas-Slovenja?

(2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għal din id-domanda.

Tista’ qorti Slovena, skont id-dritt nazzjonali (l-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kunsill li jawtorizza din l-applikazzjoni), taddotta miżura kawtelatorja bis-saħħa tal-Artikolu 20 tar-regolament, liema miżura temenda jew tannulla miżura kawtelatorja definittiva u eżekuttiva addottata minn qorti ta’ Stat Membru ieħor li jkollha l-ġurisdizzjoni sabiex tisma’ l-mertu tal-kawża taħt ir-regolament?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (ĠU L 338, p. 1).


Top