EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52007XX0712(01)

Il-Fehma tal-Kumitat Konsultattiv dwar prattiċi restrittivi u pożizzjonijiet dominanti mogħtija fl-421 laqgħa tal- 11 ta' Diċembru 2006 dwar abbozz ta' Deċiżjoni fil-Każ COMP/C.39.234 — Adozzjoni mill-ġdid ta' Surcharge fuq il-liega

ĠU C 159, 12.7.2007, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 159/5


Il-Fehma tal-Kumitat Konsultattiv dwar prattiċi restrittivi u pożizzjonijiet dominanti mogħtija fl-421 laqgħa tal-11 ta' Diċembru 2006 dwar abbozz ta' Deċiżjoni fil-Każ COMP/C.39.234 — Adozzjoni mill-ġdid ta' Surcharge fuq il-liega

(2007/C 159/06)

1.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-applikabbiltà ta' l-Artikolu 65(1) tat-Trattat ta' l-ECSC minkejja li skada.

2.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel ma' l-evalwazzjoni tal-fatti tal-Kummissjoni bħala ftehim u/jew prattika miftiehma fit-tifsira ta' l-Artikolu 65(1) tat-Trattat ta' l-ECSC.

3.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel ma' l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni tal-prodott u s-suq ġeografiku effettwati mill-cartel fl-abbozz tad-deċiżjoni.

4.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel ma' l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni f'dak li jirrigwarda d-destinatarju tad-deċiżjoni, partikolarment b'referenza għall-attribuzzjoni ta' responsabbiltà lit-TKS għall-imġiba ta' TS-AG.

5.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mas-sejba tal-Kummissjoni li l-prinċipju ta' “ne bis in idem” ma jwaqqafx l-adozzjoni tad-deċiżjoni preżenti.

6.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mas-sejba tal-Kummissjoni li l-perjodu ta' limitu għadu ma skadiex.

7.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammont bażiku tal-multa.

8.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar it-tnaqqis ta' l-ammont bażiku minħabba ċirkustanza aggravanti.

9.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammont tat-tnaqqis tal-multa fuq il-bażi ta' l-Avviż tal-Kummissjoni ta' l-1996 dwar li ma jiġux imposti jew li jitnaqqsu l-multi f'każijiet ta' cartels.

10.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammont finali tal-multa.

11.

Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni ta' l-opinjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

12.

Il-Kumitat Konsultattiv jitlob lill-Kummissjoni biex tqis il-punti kollha li tqajmu waqt id-diskussjoni.


Top