EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CN0428

Kawża C-428/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court (l-Irlanda) fl-4 ta’ Awwissu 2015 – Child and Family Agency (CAFA) vs J. D.

ĠU C 320, 28.9.2015, p. 22–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

28.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court (l-Irlanda) fl-4 ta’ Awwissu 2015 – Child and Family Agency (CAFA) vs J. D.

(Kawża C-428/15)

(2015/C 320/30)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Supreme Court

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Child and Family Agency (CAFA)

Konvenut: J. D.

Parti l-oħra: R.P.D

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nruo2201/2003 (1) għandu japplika fil-każ ta’ rikors fil-qasam tal-protezzjoni tal-minuri ibbażat fuq id-dritt pubbliku, ippreżentat minn awtorità lokali ta’ Stat Membru, meta, jekk qorti ta’ Stat Membru ieħor tiddikjara li għandha ġurisdizzjoni, ikun hemm bżonn li istituzzjoni oħra tibda proċeduri separati abbażi ta’ leġiżlazzjoni differenti u possibbilment jekk mhux probbabbilment, skont ċirkustanzi fattwali differenti?

2)

Jekk jirriżulta li dan huwa l-każ, il-qorti sa fejn għandha tevalwa l-impatt li x’aktarx ikollha talba bbażata fuq l-Artikolu 15, jekk hija tintlaqa’, fuq id-dritt tal-moviment liberu tal-persuni kkonċernati?

3)

Fil-każ li “fl-aħjar interessi” għall-minuri inkwistjoni fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KE) Nruo2201/2003 tirrigwarda biss id-deċiżjoni dwar il-forum, liema huma l-elementi li qorti tista’ tieħu inkunsiderazzjoni meta tirreferi għal din l-espressjoni u li hija għadha ma eżaminatx meta kienet qiegħda tara jekk qorti oħra kinitx tinsab “f’pożizzjoni aħjar” biex tisma’ l-każ?

4)

Tista’ qorti, għall-finijiet tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KE) Nruo2201/2003, tieħu inkunsiderazzjoni l-liġi sostanzjali, ir-regoli proċedurali jew il-prassi tal-qrati tal-Istat Membru rilevanti?

5)

Sa fejn qorti nazzjonali, meta tikkunsidra l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nruo2201/2003, għandha tieħu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi partikolari tal-kawża, inkluż ix-xewqa ta’ omm li taħrab mis-servizzi soċjali tal-Istat ta’ oriġini tagħha billi tmur, sabiex twelled it-tifel tagħha, f’pajjiż ieħor li fil-fehma tagħha s-sistema ta’ servizzi soċjali hija iktar favorevoli?

6)

Eżattament liema huma l-punti li qorti nazzjonali għandha teżamina sabiex tistabbilixxi liema qorti tinsab f“pożizzjoni aħjar” biex tiddeċiedi l-każ?


(1)  Regolament (KE) Nru 2201/2003, tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 243)


Top