EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CN0111

Kawża C-111/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Monomeles Protodikeio Athinon (il-Greċja) fis-7 ta’ Marzu 2017 – O.L. vs P.Q.

ĠU C 144, 8.5.2017, p. 32–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 144/32


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Monomeles Protodikeio Athinon (il-Greċja) fis-7 ta’ Marzu 2017 – O.L. vs P.Q.

(Kawża C-111/17)

(2017/C 144/42)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Monomeles Protodikeio Athinon (il-Greċja).

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: O.L.

Konvenut: P.Q.

Domandi preliminari

Liema interpretazzjoni għandha tingħata lill-kliem “[residenza abitwali]”, fis-sens tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 2201/2003 (1)“dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri”, fil-każ ta’ tarbija li, minħabba raġunijiet fortuwiti jew ta’ forza maġġuri, tkun twieldet f’post differenti minn dak li l-ġenituri tagħha, li jeżerċitaw fuqha l-kustodja parentali konġunta, kienu jintendu li jagħżlu għaliha bħala post ta’ residenza abitwali u li, minn dakinhar, inżammet b’mod illegali minn wieħed mill-ġenituri tagħha fl-Istat fejn twieldet jew ġiet ittrasferita lejn Stat terz[?] B’mod iktar partikolari, il-preżenza fiżika hija, fi kwalunkwe każ, prerekwiżit neċessarju u evidenti għall-istabbiliment tar-residenza abitwali ta’ persuna u, senjatament, ta’ tarbija tat-twelid?


(1)  ĠU L 338, p. 1.


Top