EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007D0516
2007/516/EC: Commission Decision of 19 July 2007 concerning a financial contribution from the Community towards a survey on the prevalence and antimicrobial resistance of Campylobacter spp. in broiler flocks and on the prevalence of Campylobacter spp. and Salmonella spp. in broiler carcasses to be carried out in the Member States (notified under document number C(2007) 3440)
2007/516/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad- 19 ta’ Lulju 2007 li għandha x’taqsam mal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għal indaġni dwar il-prevalenza u r-reżistenza antimikrobika ta’ Campylobacter spp. f’qatgħat tal-brojlers u l-prevalenza ta’ Campylobacter spp. u Salmonella spp. f’karkassi tal-brojlers li għandu jitwettaq fl-Istati Membri (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 3440)
2007/516/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad- 19 ta’ Lulju 2007 li għandha x’taqsam mal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għal indaġni dwar il-prevalenza u r-reżistenza antimikrobika ta’ Campylobacter spp. f’qatgħat tal-brojlers u l-prevalenza ta’ Campylobacter spp. u Salmonella spp. f’karkassi tal-brojlers li għandu jitwettaq fl-Istati Membri (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 3440)
OJ L 190, 21.7.2007, p. 25–37
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 03 Volume 020 P. 71 - 83
In force
21.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 190/25 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-19 ta’ Lulju 2007
li għandha x’taqsam mal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għal indaġni dwar il-prevalenza u r-reżistenza antimikrobika ta’ Campylobacter spp. f’qatgħat tal-brojlers u l-prevalenza ta’ Campylobacter spp. u Salmonella spp. f’karkassi tal-brojlers li għandu jitwettaq fl-Istati Membri
(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 3440)
(2007/516/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 20 tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni 90/424/KEE tistipula proċeduri li jamministraw kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità lejn miżuri speċifiċi veterinarji, inklużi miżuri tekniċi u xjentifiċi. Tipprevedi li l-Komunità twettaq, jew tgħin lill-Istati Membri jwettqu l-miżuri tekniċi u xjentifiċi meħtieġa għall-iżvilupp tal-leġiżlazzjoni veterinarja u għall-iżvilupp ta’ edukazzjoni jew taħriġ veterinarju. |
(2) |
Skond ir-Rapport ta’ l-Awtorità Ewropea tas-Sikurezza ta’ l-Ikel (l-EFSA) dwar Xejriet u Sorsi ta’ żoonożi, aġenti żoonotiċi u reżistenza antimikrobika fil-Komunità fl-2005 (2), ġie rrappurtat total ta’ 194 695 każ ta’ kampilobatterjożi fil-bnedmin fi 22 Stat Membru. Il-laħam tal-brojler huwa meqjus bħala l-aktar sors komuni ta’ infezzjoni. Sa 66.4 % ta’ kampjuni pożittivi fil-laħam tal-brojler kienu rrappurtati. F’qatgħat tal-brojlers, 0.2 sa 86 % tal-kampjuni rrappurtati kienu pożittivi. |
(3) |
Barra minn dan, skond ir-rapport ta’ l-EFSA, total ta’ 168 929 każ ta’ salmonellożi umana kienu rrappurtati fit-22 Stat Membru fl-2005. Rati tipiċi ta’ kontaminazzjoni ta’ laħam frisk tat-tjur ivarjaw minn 4 sa 10 %, li huma l-ogħla rati mill-ikel kollu analizzat. |
(4) |
L-EFSA tindika wkoll fir-rapport tagħha li proporzjon relattivament għoli ta’ iżolati ta’ Campylobacter u Salmonella mill-annimali u mill-ikel kienu reżistenti għal aġenti antimikrobiċi ġeneralment użati fit-trattament ta’ mard uman. Dan japplika speċjalment għall-każ ta’ reżistenza għall-fluoroquinolones fl-iżolati tal-Campylobacter mit-tjur, fejn sa 94 % ta’ l-iżolati kienu rrappurtati reżistenti għall-ciprofloxacin. Infezzjonijiet li ġejjin mill-ikel ikkawżati minn dawn il-batterji reżistenti jippreżentaw riskju partikulari lill-bnedmin minħabba l-falliment possibbli tat-trattament. |
(5) |
Skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/636/KE ta’ l-1 ta’ Settembru 2005 dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għal indaġni ta’ riferiment dwar il-prevalenza ta’ Salmonella spp. fil-qatgħat tal-brojlers tal-Gallus gallus li għandha titwettaq fl-Istati Membri (3), inġabar tagħrif komparabbli fir-rigward ral-prevalenza tas-Salmonella f’qatgħat tali. Minkejja dan, huwa diffiċli li tikkompara l-prevalenzi ta’ Campylobacter f’qatgħat tal-brojlers u fil-laħam tal-brojler, u ta’ Salmonella fil-laħam tal-brojler minn Stati Membri differenti minħabba li m’hemm l-ebda monitoraġġ armonizzat. |
(6) |
Skond l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2003/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 dwar il-monitoraġġ ta’ żoonożi u aġenti żoonotiċi, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/117/KEE (4), jistgħu jitwaqqfu programmi kkoordinati ta’ monitoraġġ, speċjalment meta jiġu identifikati ħtiġijiet speċifiċi, sabiex jivverifikaw ir-riskji u jistabbilixxu valuri ta’ riferiment relatati maż-żoonożi u l-aġenti żoonotiċi fil-livell ta’ Stati Membri. |
(7) |
Esperti xjentifiċi f’kollaborazzjoni ma’ l-EFSA ħejjew speċifikazzjonijiet tekniċi għal studju ta’ riferiment dwar il-monitoraġġ armonizzat ta’ Campylobacter f’qatgħat tal-brojlers. It-taħriġ ġie organizzat fl-2006 għall-istaff tal-laboratorju fl-Istati Membri kollha dwar metodi ta’ żvelar għal Campylobacter f’qatgħat tali u huwa skedat fl-2007 fir-rigward tal-metodu ta’ l-elenkar għal Campylobacter fuq il-karkassi. |
(8) |
It-Task Force dwar il-Monitoraġġ tal-Ġbir tad-Data taż-Żoonożi ta’ l-EFSA adottat matul il-laqgħa tagħha fis-16 u s-17 ta’ Ottubru 2006 r-rapport dwar speċifikazzjonijiet tekniċi proposti għal programm ikkoordinat ta’ monitoraġġ għal Salmonella u Campylobacter fil-laħam tal-brojler fl-UE (5). |
(9) |
It-Task Force adottat ukoll Rapport li jinkludi proposta għal skema armonizzata ta’ monitoraġġ ta’ reżistenza antimikrobika fis-Salmonella fit-tiġieġ (Gallus gallus), id-dundjani u l-ħnieżer u fil-Campylobacter jejuni u fis-C. coli fil-brojlers (6) fl-20 ta’ Frar 2007. Ir-rapport jagħmel rakkomandazzjonijiet dwar skema ta’ monitoraġġ armonizzat u metodoloġija armonizzata għall-ittestjar ta’ suxxettibilità. |
(10) |
Skond l-Artikolu 7(3) u l-Anness II(B) tad-Direttiva 2003/99/KE, għandhom jitfasslu regoli ddettaljati dwar il-monitoraġġ tar-reżistenza antimikrobika tal-Campylobacter jejuni u l-Campylobacter coli fit-tjur ta’ l-irziezet. Jeħtieġ li tinġabar data sabiex jitfasslu regoli tali. Għalhekk, l-ittestjar ta’ reżistenza antimikrobika għandha tiġi inkluża fl-indaġni sabiex tinġabar id-data meħtieġa. |
(11) |
Meta jitqiesu n-numru għoli ta’ każijiet ta’ Salmonella u Campylobacter fil-bnedmin, l-importanza tal-brojlers u tal-laħam tal-brojler bħala sors ta’ infezzjoni u t-tħassib li qed jiżdied dwar l-iżvilupp ta’ reżistenza antimikrobika, għandha tinġabar data komparabbli fl-Istati Membri dwar il-prevalenza ta’ Campylobacter fil-brojlers u l-laħam tal-brojler, is-Salmonella fil-laħam tal-brojler sabiex jitqiesu l-ħtieġa, il-fattibilità, l-ispiża u l-benefiċċju ta’ miżuri ta’ kontroll li jifirxu madwar il-Komunità. |
(12) |
L-indaġni għandha tipprovdi tagħrif tekniku meħtieġ għall-iżvilupp ta’ leġiżlazzjoni veterinarja tal-Komunità inkluż l-użu ta’ aġenti antimikrobiċi fil-programmi ta’ kontroll taż-żoonożi fit-tjur ta’ l-irziezet. Fid-dawl ta’ l-importanza tal-ġbir ta’ data komparabbli dwar il-prevalenza ta’ Salmonella u Campylobacter fil-brojlers u l-laħam tal-brojler u r-reżistenza tal-Campylobacter fil-qatgħat tal-brojlers fl-Istati Membri, għandhom jingħataw kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għall-implimentazzjoni tar-rekwiżiti speċifiċi ta’ l-indaġni. Huwa xieraq li l-ispejjeż tat-testijiet ta’ laboratorju jingħataw lura 100 %, soġġetti għal limitu massimu. L-ispejjeż l-oħra kollha, bħal teħid ta’ kampjuni, ivvjaġġar u amministrazzjoni ma għandhomx ikunu eliġibbli għal kwalunkwe kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità. |
(13) |
Kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tingħata sakemm l-indaġni titwettaq skond il-liġi Komunitarja u soġġetta għall-konformità ma’ ċerti kondizzjonijiet oħra. |
(14) |
Kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tingħata sakemm il-kondizzjonijiet previsti twettqu effettivament u sakemm l-awtoritajiet kompetenti jfornu t-tagħrif meħtieġ kollu fil-limiti ta’ żmien previsti f’din id-Deċiżjoni. |
(15) |
Għal raġunijijiet ta’ effiċjenza amministrattiva, in-nefqa kollha ppreżentata għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tiġi espressa f’euro. Skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika komuni ta’ l-agrikoltura (7), ir-rata ta’ kambju għan-nefqa fil-munita li mhijiex l-euro għandha tkun ir-rata ffissata l-aktar riċentament mill-Bank Ċentrali Ewropew qabel l-ewwel jum tax-xahar li fih tiġi ppreżentata l-applikazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat. |
(16) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-suġġett u l-ambitu
Id-Deċiżjoni tistipula regoli dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għal indaġni li għandha titwettaq fl-Istati Membri dwar il-prevalenza ta’:
(a) |
Campylobacter spp. f’qatgħat tal-brojlers u r-reżistenza antimikrobika tagħhom; u |
(b) |
Campylobacter spp. u Salmonella spp. fil-karkassi tal-brojlers. |
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għar-raġunijiet ta’ din id-Deċiżjoni, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:
(a) |
“qatgħa” tfisser tjur ta’ l-irziezet (bħal brojler) ta’ l-istess qagħda ta’ saħħa miżmuma fl-istess post jew fl-istess spazju magħluq u li jikkostitwixxu unità epidemjoloġika waħda; fil-każ ta’ tjur ta’ l-irziezet miżmuma fl-għeluq, dan jinkludi l-għasafar kollha li jaqsmu bejniethom l-istess arja; |
(b) |
“lott għall-biċċerija” tfisser kunsinna ta’ brojlers li trabbew fl-istess qatgħa lill-biċċerija f’jum wieħed partikolari; |
(ċ) |
“awtorità kompetenti” tfisser l-awtorità jew l-awtoritajiet ta’ Stat Membru kif imfassla skond l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8). |
Artikolu 3
Żoonożi u aġenti taż-żoonożi koperti b’din l-indaġni
L-Istati Membri għandhom iwettqu indaġni sabiex jivvalutaw il-prevalenza taż-żoonożi u l-aġenti taż-żoonożi li ġejjin f’kampjuni meħuda f’biċċeriji magħżula bil-polza skond l-Anness I:
(a) |
Campylobacter spp. f’qatgħat tal-brojlers u r-reżistenza antimikrobika tagħhom; |
(b) |
Campylobacter spp. f’karkassi tal-brojlers; |
(ċ) |
Salmonella spp. f’karkassi tal-brojlers; |
madwar il-Komunità bit-teħid ta’ kampjun fil-biċċeriji. Brojlers biss li ġew prodotti minn jum speċifiku ’ l quddiem fi ħdan Stat Membru għandhom jiġu inklużi fl-indaġni.
Artikolu 4
Il-prestazzjoni tat-teħid ta’ kampjuni u ta’ l-analiżi
1. It-teħid ta’ kampjuni se jitwettaq mill-awtorità kompetenti jew taħt is-superviżjoni tagħha skond l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stipulati fl-Anness I.
2. Laboratorji nazzjonali ta’ referenza (LNR) għall-ittestjar ta’ Salmonella spp., Campylobacter spp. u ta’ reżistenza antimikrobika għandhom iwettqu l-partijiet relevanti ta’ l-analiżi ta’ kampjuni u ta’ iżolati.
3. Minkejja dan, l-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li taħtar laboratorji oħra involuti fil-kontrolli uffiċċjali ta’ ttestjar ta’ Salmonella spp., Campylobacter spp. u ta’ reżistenza antimikrobika, sabiex twettaq l-analiżi ta’ kampjuni u ta’ iżolati.
F’każijiet bħal dawn, il-LNR għandhom jipprovdu appoġġ u taħriġ għal-laboratorji maħtura u jiżguraw li jikkonformaw ma’ regoli fuq kontrolli tal-kwalità billi jirranġaw testijiet ċirkolari regolari.
Il-laboratorji maħtura skond it-tielet paragrafu, l-ewwel inċiż, ta’ dan l-Artikolu li jwettqu l-ittestjar iridu jikkonformaw mal-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
irid ikollhom esperjenza ppruvata ta’ l-użu tal-metodi mitluba għall-ittestjar; |
(b) |
irid ikollhom sistema ta’ assigurazzjoni tal-kwalità li tikkonforma ma’ l-istandard ta’ l-EN/ISO 17025; |
(ċ) |
iridu jkunu soġġetti għas-superviżjoni tal-LNR relevanti. |
Artikolu 5
Kontribuzzjonijiet għall-ħlas ta’ kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità
1. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għall-ispejjeż għat-teħid ta’ kampjuni u l-analiżi għandha titħallas lill-Istati Membri sa ammont totali massimu għal kofinanzjament stipulat fl-Anness II.
2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità prevista fil-paragrafu 1 għandha titħallas lill-Istati Membri sakemm l-indaġni hija implimentata skond id-dispożizzjonijiet relevanti tal-liġi tal-Komunità, inklużi r-regoli dwar il-kompetizzjoni u dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi, u soġġetta għall-konformità mal-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi mitluba għall-implimentazzjoni ta’ l-indaġni għandhom jidħlu fis-seħħ sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2007; |
(b) |
rapport tal-progress li fih it-tagħrif elenkat fil-Parti E(1) għall-Anness I u li jkopri l-ewwel tliet xhur ta’ l-indaġni għandu jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-31 ta’ Mejju 2008; |
(ċ) |
rapport finali dwar l-implimentazzjoni ta’ l-indaġni li fih it-tagħrif kollu fil-punti 1 u 2 tal-Parti E għall-Anness I, flimkien ma’ evidenza ta’ sostenn għall-ispejjeż imġarrba mill-Istati Membri għat-teħid ta’ kampjuni u għall-analiżi u r-riżultati li nkisbu matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2008 għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni mhux aktar tard mit-28 ta’ Frar 2009. u l-evidenza fir-rigward ta’ l-ispejjeż imġarrba għandha mill-anqas tinkludi t-tagħrif stipulat fl-Anness III; |
(d) |
l-indaġni għandha tiġi implimentata b’mod effettiv. |
3. Jekk ir-rapport finali msemmi fil-paragrafu 2(ċ) jiġi ppreżentat aktar tard mit-28 ta’ Frar 2009 dan iwassal għal tnaqqis progressiv tal-kontribuzzjoni finanzjarja li għandha titħallas, li jammonta għal 25 % ta’ l-ammont totali sat-30 ta’ Marzu 2009, 50 % sat-30 ta’ April 2009 u 100 % sat-30 ta’ Mejju 2009.
Artikolu 6
Ammonti massimi li għandhom jiġu rimborsati
L-ammonti massimi tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għall-ispejjeż li għandhom jiġu rimborsati lill-Istati Membri għat-teħid ta’ kampjuni u l-analiżi koperti mill-indaġni ma għandhomx jaqbżu dawn li ġejjin:
(a) |
EUR 20 għal kull ittestjar għall-iżvelar ta’ Campylobacter u ta’ Salmonella spp; |
(b) |
EUR 30 għal kull konferma, speċjazzjoni u elenkar ta’ iżolati ta’ Campylobacter spp u l-klassifikazzjoni fuq il-bażi tas-serotipi ta’ iżolati ta’ Salmonella spp; |
(ċ) |
EUR 30 għall-ittestjar antimikrobiku ta’ iżolati ta’ Campylobacter minn qatgħat tal-brojlers. |
Artikolu 7
Ġbir ta’ data, valutazzjoni u rappurtar
1. L-awtorità kompetenti responsabbli għat-tħejjija tar-rapport nazzjonali skond l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2003/99/KE għandha tiġbor u tivverifika r-riżultati tat-teħid ta’ kampjuni u ta’ l-analiżi fir-rigward tal-prevalenzi ta’ Salmonella u Campylobacter imwettqa skond l-Artikolu 4 ta’ din id-Deċiżjoni u għandha tirrapporta d-data kollha meħtieġa u l-valutazzjoni tagħha mill-Istati Membri lill-Kummissjoni mhux aktar tard mit-28 ta’ Frar 2009. Ir-riżultati mill-ittestjar tar-reżistenza antimikrobika se jiġu rrappurtati qabel l-aħħar ta’ Mejju 2009 fil-qafas tar-rappurtar annwali skond l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2003/99/KE.
2. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dawk ir-riżultati miksuba matul l-implimentazzjoni ta’ l-indaġni flimkien mad-data nazzjonali aggregata u l-valutazzjonijiet tagħha mill-Istati Membri lill-Awtorità Ewropea tas-Sikurezza ta’ l-Ikel, li se teżaminahom.
Kull użu tad-data ppreżentata mill-Istati Membri għall-għan li mhuwiex l-indaġni għandu jkun soġġett għall-ftehim minn qabel ma’ l-Istati Membri.
3. Id-data nazzjonali aggregata u r-riżultati għandhom isiru pubblikament disponibbli fuq formola li tiżgura l-kunfidenzjalità.
Artikolu 8
Rata tal-kambju għan-nefqa
Fejn in-nefqa ta’ Stat Membru hija f’munita li mhijiex l-euro, l-Istat Membru kkonċernat għandu jaqlibha għall-euro billi japplika l-aktar rata ta’ skambju riċenti mfassla mill-Bank Ċentrali Ewropew qabel l-ewwel jum tax-xahar li fih l-applikazzjoni tiġi ppreżentata mill-Istat Membru.
Artikolu 9
Applikazzjoni
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2008.
Artikolu 10
Destinatarji
Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Lulju 2007.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2006/965/KE (ĠU L 397, 30.12.2006, p. 22).
(2) Il-Ġurnal ta’ l-EFSA (2006), 94.
(3) ĠU L 228, 3.9.2005, p. 14.
(4) ĠU L 325, 12.12.2003, p. 31. Direttiva emendata bid-Direttiva 2006/104/KE tal-Kunsill (ĠU L 363 ta’ l-20.12.2006, p. 352).
(5) Il-Ġurnal ta’ l-EFSA (2007) 96, 1-46.
(6) Il-Ġurnal ta’ l-EFSA (2006) 403, 1-62.
(7) ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 378/2007 (ĠU L 95 tal-5.4.2007, p. 1).
(8) ĠU L 325, 12.12.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).
ANNESS I
L-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 4
PARTI A:
Qafas għat-teħid ta’ kampjuni
Sabiex jiġu evitati effetti relatati ma’ l-età l-monitoraġġ għandu jitwettaq f’lottijiet għat-tbiċċir fil-biċċerija.
Minħabba li l-prevalenza ta’ Campylobacter spp. intweriet li tvarja b’mod sinifikanti skond l-istaġun, hemm il-mertu għal stratifikazzjoni. Għal dan l-għan perjodu ta’ 12-il xahar irid jinqasam fi 12-il perjodu ta’ xahar. F’kull wieħed minn dawn il-perjodi jrid jittieħed 1/12 mid-daqs totali tal-kampjun.
It-teħid ta’ kampjuni nkella jrid ikun ibbażat fuq għażla b’mod kawżali, kemm fir-rigward tal-biċċerija, il-jiem tat-teħid ta’ kampjuni kull xahar u liema lottijiet għandhom jingħażlu għat-teħid ta’ kampjuni f’jum magħżul ta’ teħid ta’ kampjuni. B’mod partikolari, l-iskema ta’ proċess kawżali għandha tiggarantixxi għażla ta’ lottijiet għat-tbiċċir li hija proporzjonata għan-numru ta’ merħliet imsemmna skond it-tipi differenti ta’ produzzjoni (konvenzjonali, ta’ trobbija fil-beraħ, organiċi) Barra minn dan, l-istatus ta’ Salmonella spp. jew Campylobacter spp., jekk magħruf fil-mument tat-tbiċċir, ma għandux jinfluwenza l-proċess ta’ kawżalità. L-awtorità kompetenti għandha tieħu r-responsabilità li toħloq l-iskema tal-proċess ta’ kawżalità u għandha tiżgura li tiġi implimentata tajjeb. Eżempju ta’ proċedura ta’ proċess ta’ kawżalità jingħata fir-Rapport tat-Task Force ta’ l-EFSA dwar il-Monitoraġġ tal-Ġbir tad-Data taż-Żoonożi dwar speċifikazzjonijiet tekniċi proposti għal programm ikkoordinat ta’ monitoraġġ għal Salmonella u Campylobacter fil-laħam tal-brojlers fl-UE. Id-dettalji ta’ l-iskema tal-proċess ta’ kawżalità għandhom jiġu rrappurtati lill-Kummissjoni.
PARTI B:
Id-daqs tal-kampjun
1. Id-daqs tal-kampjun primarju
(a) |
Id-daqs tal-kampjun primarju jagħti n-numru ta’ lottijiet għat-tbiċċir li jrid jiġi ttestjat. |
(b) |
Mill-anqas 384 lott għat-tbiċċir għandu jitteħdilhom kampjun. In-nuqqas ta’ reazzjoni għandha tiġi antiċipata billi jittieħed kampjun minn 10 % aktar min-numri indikati. |
(ċ) |
Permezz ta’ deroga mill-punt (b), in-numri li ġejjin ta’ lottijiet għat-tbiċċir (1) għandhom jitteħdilhom kampjun fl-Estonja, il-Latvja u l-Lussemburgu:
|
2. Id-daqs tal-kampjun sekondarju
Id-daqs ta’ kampjun sekondarju jagħti n-numru ta’ tiġieġ brojlers individwali għal kull lott għat-tbiċċir li se jitteħdilha kampjun. Dak in-numru għandu jkun 10 għasafar għall-iżvelar ta’ Campylobacter fil-musrana l-għamja u għasfur 1 għall-iżvelar ta’ Campylobacter u Salmonella f’karkassi. Dawn il-kampjuni tal-musrana l-għamja u l-kampjun tal-karkassa jridu jkunu mill-istess lott.
PARTI C:
Ġbir ta’ kampjuni, ġestjoni u analiżi għall-iżvelar u l-ittestjar antimikrobiku ta’ Campylobacter spp fil-qatgħat tal-brojlers
1. Ġbir u trasport
Campylobacters huma organiżmi relattivament fraġili, li jmutu malajr meta jkunu barra mill-intestini ta’ l-annimal li jgħixu fih. Għalhekk, għandha tingħata attenzjoni sabiex jiġi żgurat li l-kampjuni jittieħdu kif suppost u jiġu analizzati malajr. Temperaturi estremi jridu jiġu evitati u t-trasport għandu jkun mgħaġġel kemm jista’ jkun.
Il-kampjuni li għandhom jinġabru għandhom ikunu l-imsaren għomja intatti. Kampjuni tal-musrana l-għamja għandhom jittieħdu fil-mument li jitbattlu l-imsaren ta’ l-annimal.
Huwa biss l-istaff imħarreġ fil-proċeduri standard ta’ ksib ta’ kampjuni li għandu jiġbor il-kampjuni. L-għan ewlieni għandu jkun li tiġi mminimizzata l-kontaminazzjoni esterna mill-kontenut tal-musrana l-għamja waqt il-ġbir ta’ kampjuni. L-aħjar mod kif dan jinkiseb huwa permezz ta’ ġbid manwali bir-reqqa fil-punt fejn tingħaqad ma’ l-intestina. Musrana għamja waħda intatta se tittieħed għal kull għasfur, u min jiġbor il-kampjuni għandu jivverifika li l-musrana għamja hija mimlija inkella din ma għandhiex titqies. L-għasafar preferibbilment għandhom jintgħażlu bħala kampjun bil-polza minn madwar il-lott sħiħ (filwaqt li tiġi evitata l-ewwel parti tal-lott li se jitbiċċer), filwaqt li l-kampjuni jinġabru minn għasafar mhux konsekuttivi. L-10 imsaren għomja miġbura jistgħu jitqiegħdu f’borża/pakkett sterili għat-trasport.
It-tagħrif kollu relevanti disponibbli mill-kampjun irid jiġi rreġistrat fuq formola tat-teħid tal-kampjuni prodotta mill-awtorità kompetenti sabiex tippermetti li jintlaħqu r-rekwiżiti ta’ rappurtar fil-Parti E. Kull kampjun u l-formola ta’ kampjun tiegħu għandha tingħatalhom tikketta b’numru uniku li jrid jintuża mill-mument tat-teħid ta’ kampjuni sa l-ittestjar. L-awtorità kompetenti trid tagħmel arranġamenti għall-kwistjoni u tuża sistema ta’ numerazzjoni unika. L-istess identifikatur tal-lott għat-tbiċċir għandu jintuża bħal dak tal-kampjun tal-karkassa.
Kampjuni ta’ l-imsaren għomja għandhom jitwasslu bħala msaren għomja intatti sal-laboratorju fi żmien 24 siegħa (jiġifieri permezz ta’ posta mil-lum għall-għada jew courier) u għandhom jiġu analizzati hemmhekk minnufih. F’każijiet fejn dan ma jistax iseħħ, il-kampjuni għandhom jinżammu rrefriġerati mill-anqas sakemm jitwasslu l-laboratorju u għandhom jiġu analizzati qabel 72-80 siegħa wara t-teħid ta’ kampjuni. Fil-laboratorju, il-kampjuni li ma jistgħux jiġu ttestjati fil-jum meta jaslu għandhom jinżammu rrefreġirati sal-mument ta’ l-analiżi. Fil-laboratorju, il-kontenuti ta’ l-imsaren għomja għandhom jitbattlu b’mod asettiku u jingħaqdu f’kampjun amalgamat wieħed.
2. Metodi dijanjostiċi
2.1. Kultura
Kultura diretta f’mezz selettiv tipprovdi stima tajba tal-prevalenza ta’ Campylobacters. Kultura diretta tal-kampjun għandha titwettaq f’mezz selettiv adattat għal Campylobacter, (jiġifieri mezz selettiv immodifikat għal Campylobacter ħieles mid-demm (CCDA); Karmali; jew Agar (sustanza ġelatinuża) tal-Preston).
It-trejs għandhom jiġu inkubati f’41.5 ± 1°Ċ, f’atmosfera mikroerobika, għal mill-anqas 48 +/- 2 siegħa. It-tkabbir jista’ jiġi żvelat wara 24 siegħa.
L-atmosfera mikroerobika tista’ tinkiseb f’inkubaturi mikroerobiċi disponibbli kummerċjalment (taħlita tal-gass 10 %CO2/6 %O2). Jekk inkubaturi tali mhumiex disponibbli, jistgħu jintużaw sistemi mikroerobiċi ta’ kultura jiġifieri vażetti tal-gass. Sistemi kummerċjali ta’ pakketti tal-gass li jipprovdu l-atmosfera mikroerobika adattata huma disponibbli.
Kontrolli adattati pożittivi u negattivi għandhom jiġu inklużi għal kull lott ta’ kampjuni kkulturati.
2.2. Il-konferma u l-ispeċjazzjoni tal-Ġenus Campylobacter
L-iżolazzjoni u l-konferma ta’ organiżmi Campylobacter għandhom jitwettqu kif deskritt fl-ISO 10272-1:2006(E). Mill-anqas iżolat wieħed ta’ Campylobacter għal kull lott għandu jiġi speċjat bl-użu ta’ metodi fenotipiċi kif deskritti fl-ISO 10272-1:2006(E) jew ta’ metodi molikolari ppubblikati bħalma huma tekniki ta’ Reazzjoni Katina tal-Polymerase (PCR). Il-metodu għandu jiġi indikat. L-iżolat li ġie speċjat għandu jintuża għal ittestjar antimikrobiku sussegwenti.
Jekk laboratorju huwa inqas esperjenzat fl-ispeċjazzjoni, għandu jerfa’ l-iżolat kif stipulat fi 2.4 fl-istennija ta’ taħriġ ulterjuri jew inkella għandu jibagħtu lil laboratorju aktar ta’ esperjenza b’konsultazzjoni tal-laboratorju ta’ referenza tal-Komunità għal Campylobacter.
2.3. Kontroll tal-Kwalità
Għall-garanzija tal-kwalità, proporzjoni ta’ iżolati ta’ Campylobacter spp. b’massimu ta’ tmien iżolati għandhom jintbagħtu lil-laboratorju ta’ referenza tal-Komunità għal Campylobacter għall-konferma u l-ispeċjazzjoni.
Proporzjoni ta’ dawk l-iżolati għandhom jintbagħtu lil dak il-laboratorju jew f’lott wieħed jew fuq bażi ta’ kull tliet xhur. Jekk l-iżolati se jiġu ttrasportati bejn il-laboratorji, għandhom jintużaw kondizzjonijiet xierqa (pereżempju mselħiet tal-faħam).
2.4. Ħażna
Mill-anqas iżolat wieħed għal kull kampjun pożittiv għandu jinħażen fil-LNR bl-użu tal-metodu normali għall-ġbir tal-kultura tal-LNR, sakemm dan jiżgura l-vijabilità tar-razez għal minimu ta’ sentejn.
2.5. Ittestjar ta’ reżistenza antimikrobika
In-numru ta’ iżolati ta’ Campylobacter li għandhom jiġu inklużi fil-monitoraġġ tar-reżistenza antimikrobika għal kull Stat Membru għandu jkun 170. Fil-monitoraġġ maħandux jiġi inkluż aktar minn iżolat wieħed għal kull speċi ta’ Campylobacter mill-istess lott għat-tbiċċir.
F’dawk l-Istati Membri fejn, fi kwalunkwe sena, hemm disponibbli numru anqas ta’ iżolati mid-daqs immirat tal-kampjun, dawn l-iżolati kollha għandhom jiġu inklużi fil-monitoraġġ tar-reżistenza antimikrobika.
F’dawk l-Istati Membri fejn hemm disponibbli numru akbar ta’ iżolati għandhom ikunu inklużi l-iżolati kollha, jew għażla rappreżentattiva magħżula b’mod kawżali li hija l-istess jew akbar mid-daqs tal-kampjun immirat.
L-Istati Membri għandhom jittestjaw mill-anqas l-aġenti antimikrobiċi li huma speċifikati fit-Tabella 1 filwaqt li jintużaw il-valuri ta’ limiti massimi mogħtija bħala firxa xierqa ta’ konċentrazzjoni sabiex jiddeterminaw is-suxxebilità ta’ Campylobacter.
Tabella 1
|
Aġent Antimikrobiku |
Valur ta’ limiti massimi (mg/L)R > |
Campylobacter Jejuni |
Erythromycin |
4 |
Ciprofloxacin |
1 |
|
Tetracycline |
2 |
|
Streptomycin |
2 |
|
Gentamicin |
1 |
|
Campylobacter Coli |
Erythromycin |
16 |
Ciprofloxacin |
1 |
|
Tetracycline |
2 |
|
Streptomycin |
4 |
|
Gentamicin |
2 |
Metodi ta’ dilwazzjoni għandhom jitwettqu skond il-metodi deskritti fil-linjigwida ta’ l-Istitut ta’ Standards Kliniċi u tal-Laboratorju (CLSI) - M31-A3 - It-Tielet Edizzjoni, Performance Standards for Antimicrobial Disk and Dilution Susceptibility Tests for Bacteria Isolated from Animals u M100 – S16, Performance Standards for Antimicrobial Susceptibility testing; Sixteenth International Supplement.
PARTI D:
Ġbir ta’ kampjuni, ġestjoni u analiżi għall-iżvelar ta’ Campylobacter spp. u Salmonella spp. fil-karkassi tal-brojlers
1. Ġbir u trasport
Karkassa waħda sħiħa għal kull lott għat-tbiċċir għandha tinġabar minnufih wara li titkessaħ iżda qabel ipproċessar ulterjuri bħalma huma l-iffriżar, il-qtugħ jew l-ippakkettar. F’uħud mill-biċċeriji dan jista’ jfisser li kampjuni jittieħdu wara l-mument ta’ qabel it-tkessiħ meta dan ikun l-aħħar pass qabel ipproċessar ulterjuri.
Il-kampjun miġbur għandu jitqiegħed f’borża sterili tal-plastik separata, filwaqt li tiġi evitata intrakontaminazzjoni u jintbagħat għand il-laboratorju fejn għandu jitwettaq it-teħid ta’ kampjuni mill-ġilda.
Intrakontaminazzjoni permezz ta’ karkassi oħra jew ta’ kampjuni tal-musrana l-għamja trid tiġi evitata waqt il-ġbir tal-karkassi. Għalhekk iridu jittieħdu prekawzjonijiet fl-istadji kollha sabiex jiżguraw li t-tagħmir użat matul it-teħid ta’ kampjuni, it-trasport u l-ħażna ma jkunx ikkontaminat bil-patoġeni mistħarrġa fl-indaġni.
It-tagħrif kollu relevanti disponibbli mill-kampjun irid jiġi rreġistrat fuq formola tat-teħid tal-kampjuni prodotta mill-awtorità kompetenti sabiex tippermetti li jintlaħqu r-rekwiżiti ta’ reġistrazzjoni fil-Parti E.
Kull kampjun u l-formola ta’ kampjun tiegħu għandha tingħatalhom tikketta b’numru uniku li jrid jintuża mill-mument tat-teħid ta’ kampjuni sa l-ittestjar. L-awtorità kompetenti trid tagħmel arranġamenti għall-kwistjoni u tuża sistema ta’ numerazzjoni unika. L-istess identifikatur tal-lott għat-tbiċċir għandu jintuża bħal dak tal-kampjun tal-musrana l-għamja.
Il-kampjuni għandhom jinżammu bejn + 2 għal 8°Ċ u jkunu ħielsa minn kontaminazzjoni esterna matul it-trasportazzjoni tagħhom.
Il-kampjuni kollha idealment jaslu l-laboratorju fi żmien 24 siegħa minn meta jseħħ il-proċess ta’ teħid ta’ kampjuni. F’sitwazzjonijiet eċċezzjonali (pereżempju, vjaġġi twal, tmiem il-ġimgħa u btajjel pubbliċi) dak il-perjodu jista’ jittawwal għal 80 siegħa.
Fil-każ li jintużaw laboratorji differenti għall-ittestjar ta’ Campylobacter u Salmonella allura l-laboratorju li qed jittestja Campylobacter għandu jieħu preferenza meta jasal il-kampjun.
2. It-teħid ta’ kampjuni fil-laboratorju u l-metodi analitiċi
2.1. Wasla tal-kampjuni
Kif jaslulhom il-kampjuni, il-laboratorji għandhom jivverifikaw it-tagħrif irreġistrat mill-entità li ħadet il-kampjun u jimlew it-taqsimiet relevanti tal-formola tal-kampjun.
Il-kampjuni għandhom jinżammu f’temperatura ta’ +2-8°Ċ fil-laboratorju u għandha tinbeda l-proċedura ta’ teħid ta’ kampjuni tal-laboratorju minnufih kemm jista’ jkun wara l-wasla tal-kampjuni għand il-laboratorju u fi kwalunkwe każ fi żmien 72 sa 80 siegħa mill-ħin li fih twettaq it-teħid tal-kampjuni.
2.2. Preparazzjoni tal-kampjun
Il-kampjuni kollha li jaslu għandhom jiġu eżaminati sabiex jiġi żgurat li l-pakkett tat-trasport huwa intatt qabel jinbeda l-ittestjar.
Dawk inkarigati mill-eżaminazzjoni jridu jevitaw l-intrakontaminazzjoni bejn il-kampjuni u mill-ambjent ta’ madwarhom fl-istadji kollha.
Filwaqt li jkunu lebsin ingwanti li jintremew wara kull użu, għandhom ineħħu it-tiġieġa mill-borża tagħha tal-kampjun, filwaqt li jieħdu ħsieb li ma jikkontaminawx il-wiċċ ta’ barra tat-tiġieġa.
Bl-użu ta’ strument sterili u ta’ teknika settika, għandha titneħħa l-ġilda ta’ l-għonq, jekk qiegħda hemm, flimkien mal-ġilda min-naħa waħda tal-karkassa filwaqt li jiġi evitat kwalunkwe xaħam sabiex jinħoloq porzjon għat-test ta’ 27 g u dawn għandhom jitqiegħdu f’borża Stomacher (jew Pulsifier).
2.3. Sospensjoni inizzjali
Il-porzjon għat-test ta’ 27 g għandu jiġi ttrasferit għal 9 volumi (243 ml) ta’ buffered peptone water (BPW), li jinġieb għal temperatura ambjentali qabel ma jiżdied. It-taħlita għanda tiġi ttrattata fi Stomacher jew Pulsifier għal madwar minuta waħda (jinħtieġu 27 g sabiex jitwettqu l-analiżi għal Salmonella spp. u Campylobacter spp. minn kampjun wieħed b’mod parallel). Ir-ragħwa għandha tiġi evitata billi titneħħa kemm jista’ jkun l-arja mill-borża Stomacher.
Is-sospensjoni inizjali għandha tintuża kif ġej:
(a) |
10 ml (~1 g) għandhom jiġu ttrasferiti għall-mezz ta’ arrikkiment ta’ 90 ml għall-iżvelar ta’ Campylobacter spp.; |
(b) |
10 ml (~1 g) għandhom jiġu ttrasferiti f’tubu sterili vojt; 1 ml jintuża għall-elenkar ta’ Campylobacter spp. f’dixxijiet selettivi. |
Il-bqija tas-sospensjoni inizjali (250 ml ~ 25 g) għandha tintuża għall-iżvelar ta’ Salmonella spp.
2.4. L-iżvelar, il-metodi ta’ identifikazzjoni għal Salmonella spp.
2.4.1. L-iżvelar ta’ Salmonella spp.
L-iżvelar ta’ Salmonella spp. għandu jsir skond l-ISO 6579-2002 (E). “Mikrobijoloġija ta’ l-ikel u l-oġġetti ta’ l-għalf ta’ l-annimali - Metodi orizzontali għall-iżvelar ta’ Salmonella spp.”
2.4.2. Klassifikazzjoni fuq il-bażi tas-serotipi ta’ Salmonella spp.
Ta’ l-anqas iżolat wieħed minn kull kampjun pożittiv għandu jiġi kklassifikat mil-Laboratorju ta’ Referenza Nazzjonali għas-Salmonella, bl-użu ta’ l-iskema Kaufmann-White.
Għal garanzija tal-kwalità, proporzjon ta’ l-iżolati li mhumiex klassifikabbli għandu jintbagħat lil-Laboratorju ta’ Referenza tal-Komunità għas-Salmonella, b’massimu ta’ 16-il iżolat mhux klassifikabbli. Proporzjon ta’ dawn l-iżolati għandu jintbagħat lil dak il-laboratorju fuq bażi ta’ kull tliet xhur.
2.4.3. Il-klassifikazzjoni batterjofaga ta’ Salmonella spp.
Għal S. Enteritidis u S. Typhimurium huwa rakkomandat li mill-anqas kampjun pożittiv għandu jkollu klassifikazzjoni batterjofaga, bl-użu tal-protokoll iddefinit mill-aġenzija Brittanika għall-ħarsien tas-saħħa - Health Protection Agency (HPA), Colindale, Londra.
2.5. Metodi għall-iżvelar, l-identifikazzjoni u l-kwantifikazzjoni għal Campylobacter spp.
2.5.1. L-iżvelar ta’ Campylobacter spp.
L-iżolazzjoni u l-konferma ta’ organiżmi Campylobacter għandhom jitwettqu kif deskritt fl-ISO 10272-1:2006(E). Mill-anqas iżolat wieħed ta’ Campylobacter għal kull lott għandu jiġi speċjat bl-użu ta’ metodi fenotipiċi kif deskritti fl-ISO 10272-1:2006(E) jew ta’ metodi molikolari ppubblikati bħalma huma tekniki ta’ Reazzjoni Katina tal-Polymerase (PCR). Il-metodu għandu jiġi indikat.
Għall-garanzija tal-kwalità, proporzjon ta’ iżolati ta’ Campylobacter spp. b’massimu ta’ 8 iżolati għandu jintbagħat lil-laboratorju ta’ referenza tal-Komunità għal Campylobacter għall-konferma u l-ispeċjazzjoni.
Proporzjon ta’ dawn l-iżolati għandu jintbagħat lil dak il-laboratorju fuq bażi ta’ kull tliet xhur. Jekk l-iżolati se jiġu ttrasportati bejn il-laboratorji, għandhom jintużaw kondizzjonijiet xierqa (pereżempju mselħiet tal-faħam).
2.5.2. Il-kwantifikazzjoni ta’ Campylobacter spp.
L-iżvelar kwantitattiv ta’ Campylobacter spp. għandu jitwettaq skond l-ISO/TS 10272-2:2006 “Mikrobijoloġija ta’ l-ikel u l-oġġetti ta’ l-għalf ta’ l-annimali - Metodu orizzontali għall-iżvelar u l-elenkar ta’ Campylobacter spp. il-Parti 2: Teknika ta’ l-għadd ta’ kolonji”. Jekk tibda b’sospensjoni inizjali ta’ 10 ml, 0.1 ml ta’ din is-sospensjoni inizjali u ta’ dilwazzjonijiet ulterjuri tagħha għandhom jiġu eżaminati sabiex jippermettu l-elenkar sa massimu ta’ 106 cfu/g. Barra minn dan, 1 ml tas-sospensjoni inizjali mhux dilwita għandha tiġi eżaminata sabiex jinkiseb il-limitu ta’ numerazzjoni ta’ 10 cfu/g. Id-determinazzjonijiet kollha tad-dixxijiet għandhom isiru darbtejn.
Sabiex tippermetti tqabbil u ġudizzju korrett tad-data (għal valutazzjoni futura tar-riskju) l-inċertezza tal-kejl (IK) tal-metodu kwantitattiv ta’ determinazzjoni għandu jkun stmat għal kull laboratorju.
Sabiex tiġi stmata l-IK l-ispeċifikazzjoni teknika ISO/TS 19036:2006 għandha tintuża bl-eċċezzjoni li d-dilwazzjonijiet paralleli mis-sospensjoni inizjali jiġu applikati għall-istima ta’ l-IK.
L-IK hija mnissla mid-devjazzjoni standard intralaboratorja ta’ riproduċibilità. Id-data fuq l-istima ta’ l-IK għandha tinġabar minn Mejju sa Settembru sabiex tiżgura kampjuni pożittivi. Total ta’ 12-il kampjun pożittiv għandu jiġi eżaminat f’dilwazzjonijiet idduplikati u paralleli mħejjija mis-sospensjoni inizjali ta’ 10 ml. Data mhux ipproċessata fuq l-istima ta’ l-IK għandha tiġi rrappurtata b’mod separat bħala parti mid-deskrizzjoni globali dwar l-implimentazzjoni ta’ l-indaġni kif stipulat fil-Parti E.
3. Ħażna ta’ iżolati
Sabiex tippermetti pereżempju ttestjar aktar ’il quddiem għas-suxxettibilità antimikrobika hija rakkomandata ħażna ta’ subsett rappreżentattiv ta’ iżolati. Għandu jinħażen iżolat wieħed għal kull kampjun pożittiv. L-iżolat Campylobacter miksub mill-analiżi kwantitattiva għandu jkun ippreferut. L-iżolati jridu jinħażnu fil-LNR bl-użu tal-metodu normali għall-ġbir tal-kultura tal-LNR, sakemm dan jiżgura l-vijabilità tar-razez għal minimu ta’ sentejn.
PARTI E:
Ir-rapporti
Ir-rapporti għandhom jinkludu mill-inqas it-tagħrif li ġej:
(1) |
Deskrizzjoni globali dwar l-implimentazzjoni ta’ l-indaġni:
|
(2) |
Tagħrif speċifiku fir-rigward ta’ data ta’ prevalenza L-Istati Membri għandhom jippreżentaw ir-riżultati ta’ l-investigazzjoni fil-forma ta’ data mhux ipproċessata bl-użu ta’ dizzjunarju tad-data u formoli tal-ġbir tad-data pprovduti mill-Kummissjoni. Dik id-data għandha tinkludi ta’ l-anqas it-tagħrif li ġej:
|
(3) |
Tagħrif speċifiku dwar l-ittestjar ta’ reżistenza antimikrobika ta’ iżolati ta’ Campylobacter ta’ kampjuni tal-musrana l-għamja. Ir-riżultati tal-monitoraġġ ta’ reżistenza antimikrobika għandhom ikun verifikati u rappurtati skond l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2003/99/KE, fir-rapporti annwali dwar ix-xejriet u s-sorsi taż-żoonożi, l-aġenti żoonotiċi u r-reżistenza antimikrobika. Mingħajr preġudizzji għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Anness IV tad-Direttiva 2003/99/KE għandu jiġi rrappurtat it-tagħrif li ġej:
|
(1) Stima: numru ta’ ażjendi (4 fl-Estonja, 5 fil-Latvja) × 2 merħliet għal kull ażjenda × 2 qatgħat għat-tbiċċir għal kull merħla × 6 ċikli fis-sena. Fil-Lussemburgu jitbiċċru biss brojlers minn 3 qatgħat żgħar. Qatgħa għat-tbiċċir minn kull wieħed minnhom se tittiħdilha kampjun kull trimestru.
ANNESS II
Kontribuzzjoni finanzjarja massima tal-Komunità lill-Istati Membri
(EUR) |
|
Stat Membru |
Ammont massimu totali għal kofinanzjament tat-teħid ta’ kampjuni u ta’ analiżi |
Il-Belġju - BE |
58 092 |
Il-Bulgarija - BG |
58 092 |
Ir-Repubblika Ċeka - CZ |
58 092 |
Id-Danimarka - DK |
58 092 |
Il-Ġermanja - DE |
58 092 |
L-Estonja - EE |
14 688 |
L-Irlanda - IE |
58 092 |
Il-Greċja - EL |
58 092 |
Spanja - ES |
58 092 |
Franza - FR |
58 092 |
L-Italja - IT |
58 092 |
Ċipru - CY |
58 092 |
Il-Latvja - LV |
18 360 |
Il-Litwanja - LT |
58 092 |
Il-Lussemburgu - LU |
1 836 |
L-Ungerija - HU |
58 092 |
Malta - MT |
58 092 |
L-Olanda - NL |
58 092 |
L-Awstrija - AT |
58 092 |
Il-Polonja - PL |
58 092 |
Il-Portugall - PT |
58 092 |
Ir-Rumanija – RO |
58 092 |
Is-Slovenja - SI |
58 092 |
Is-Slovakkja - SK |
58 092 |
Il-Finlandja - FI |
58 092 |
L-Iżvezja - SE |
58 092 |
Ir-Renju Unit - UK |
58 092 |
Total |
1 429 092 |
ANNESS III
Rapport finanzjarju ċċertifikat dwar l-implimentazzjoni ta’ l-indaġni dwar il-prevalenza ta’ Campylobacter spp. f’qatgħat tal-brojlers u r-reżistenza antimikrobika tagħhom u dwar il-prevalenza ta’ Campylobacter spp. u Salmonella spp. fil-karkassi tal-brojlers
Perjodu tar-rappurtar minn … sa …
Dikjarazzjoni dwar l-ispejjeż imġarrba fit-twettiq ta’ l-indaġni u eliġibbli għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità
In-numru tar-referenza tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tipprovdi l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità:
…
…
Spejjeż imġarrba relatati mal-funzjonijiet fi/minn |
Numru ta’ testijiet |
Spejjeż totali ta’ l-ittestjar imġarrba matul il-perjodu tar-rappurtar (munita nazzjonali) |
L-iżvelar batterjoloġiku ta’ Campylobacter spp. |
|
|
L-iżvelar batterjoloġiku ta’ Salmonella spp. |
|
|
Il-konferma ta’ Campylobacter spp. |
|
|
Speċjazzjoni ta’ iżolati ta’ Campylobacter |
|
|
L-elenkar ta’ iżolati ta’ Campylobacter |
|
|
Klassifikazzjoni fuq bażi tas-serotipi ta’ l-iżolati tas-Salmonella |
|
|
Ittestjar ta’ reżistenza antimikrobika ta’ iżolati ta’ Campylobacter |
|
|
Dikjarazzjoni mill-benefiċjarju
Nikkonfermaw li:
— |
l-ispejjeż imsemmija hawn fuq huma ġenwini u ġġarrbu fit-twettiq tal-ħidmiet stipulati f’din id-Deċiżjoni u kienu essenzjali għall-prestazzjoni xierqa ta’ dawn il-ħidmiet; |
— |
id-dokumenti kollha ta’ sostenn li joffru prova ta’ l-ispejjeż huma disponibbli għall-fini tal-verifika finanzjarja; |
— |
l-ebda kontribuzzjoni finanzjarja oħra tal-Komunità ma ntalbet għal dan il-programm. |
Data: …
Il-persuna responsabbli għall-finanzi: …
Firma: …