EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CN0522

Kawża C-522/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberstern Gerichtshof (l-Awstrija) fid-19 ta’ Ottubru 2020 – OE vs VY

ĠU C 35, 1.2.2021, p. 24–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberstern Gerichtshof (l-Awstrija) fid-19 ta’ Ottubru 2020 – OE vs VY

(Kawża C-522/20)

(2021/C 35/36)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: OE

Konvenut: VY

Domandi preliminari

1)

Is-sitt inċiż tal-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta’ Novembru 2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (1) imur kontra l-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni prevista fl-Artikolu 18 TFUE sa fejn jipprevedi, bħala kundizzjoni meħtieġa sabiex tiġi stabbilita l-ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Istat ta’ residenza, perijodu ta’ residenza tal-applikant li, skont in-nazzjonalità tal-applikant, huwa iqsar minn dak previst fil-ħames inċiż tal-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament Nru 2201/2003?

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda:

2)

Tali ksur tal-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni jwassal sabiex, skont ir-regola ta’ bażi stabbilita fil-ħames inċiż tal-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament Nru 2201/2003, għandu jkun meħtieġ, fir-rigward tal-applikanti kollha irrispettivament min-nazzjonalità tagħhom, perijodu ta’ residenza ta’ tnax-il xahar sabiex tkun tista’ tiġi invokata l-ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Istat ta’ residenza, jew għandha tiġi applikata, fir-rigward tal-applikanti kollha, il-kundizzjoni ta’ perijodu ta’ residenza ta’ sitt xhur?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 243, rettifika fil-ĠU 2013, L 82, p. 63.


Top