EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CN0468

Kawża C-468/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Judecătoria Constanţa (ir-Rumanija) fit-18 ta’ Lulju 2018 – R vs P

ĠU C 381, 22.10.2018, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Judecătoria Constanţa (ir-Rumanija) fit-18 ta’ Lulju 2018 – R vs P

(Kawża C-468/18)

(2018/C 381/06)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Judecătoria Constanţa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: R

Konvenut: P

Domandi preliminari

1)

Meta qorti ta’ Stat Membru tkun adita, permezz ta’ rikors wieħed, bi tliet talbiet, jiġifieri dwar ix-xoljiment taż-żwieġ tal-ġenituri ta’ wild minuri, dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri fir-rigward ta’ dan il-wild u dwar l-obbligu ta’ manteniment lejh, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3(a) u (d), u tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 4/2009 (1), jistgħu jiġu interpretati fis-sens li l-qorti li tiddeċiedi dwar id-divorzju, li hija wkoll il-qorti tal-post tar-residenza abitwali tal-konvenut u l-qorti li quddiemha deher il-konvenut, tista’ tiddeċiedi fuq it-talba dwar il-pensjoni tal-manteniment favur il-wild, anki jekk din il-qorti iddikjarat lilha nnifisha bħala li ma għandhiex ġurisidizzjoni fil-qasam tar-responsabbiltà tal-ġenituri fir-rigward ta’ dan il-wild, jew inkella hija biss il-qorti li għandha ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni tat-talba dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri fir-rigward tal-wild li tista’ tiddeċiedi fuq it-talba dwar il-pensjoni tal-manteniment?

2)

Fl-istess sitwazzjoni f’dak li jikkonċerna t-tressiq tal-kawża quddiem il-qorti nazzjonali, it-talba dwar il-pensjoni tal-manteniment favur il-wild iżżomm in-natura anċillari tagħha meta mqabbla mal-azzjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri, fis-sens tal-Artikolu 3(d) tal-imsemmi regolament?

3)

Fil-każ li tingħata risposta negattiva għat-tieni domanda, huwa fl-aħjar interessi tal-minuri li qorti ta’ Stat Membru li jkollha ġurisdizzjoni skont l-Artikolu 3(a) tar-Regolament Nru 4/2009 tiddeċiedi fuq it-talba dwar l-obbligu ta’ manteniment tal-ġenitur lejn il-wild minuri li ħareġ miż-żwieġ li tiegħu qed jintalab ix-xoljiment, filwaqt li din il-qorti ddikjarat ruħha li ma għandhiex ġurisidizzjoni f’dak li jikkonċerna l-eżerċizzju tal-awtorità tal-ġenituri, billi, permezz ta’ deċiżjoni li għandha l-awtorità ta’ res judicata, ikkonkudiet li l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta’ Novembru 2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (2), ma kinux issodisfatti?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment (ĠU 2009, L 7, p. 1 u rettifiki fil-ĠU 2011, L 131, p. 26, ĠU 2013, L 8, p. 19, u ĠU 2013, L 281, p. 29).

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 243.


Top