EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CN0321

Kawża C-321/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Krefeld (il-Ġermanja) fl- 4 ta’ Lulju 2014 – Colena AG vs Karnevalservice Bastian GmbH

ĠU C 315, 15.9.2014, p. 40–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 315/40


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Krefeld (il-Ġermanja) fl-4 ta’ Lulju 2014 – Colena AG vs Karnevalservice Bastian GmbH

(Kawża C-321/14)

2014/C 315/64

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Krefeld

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Colena AG

Konvenuta: Karnevalservice Bastian GmbH

Domandi preliminari

1.

Ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-prodotti kożmetiċi (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li prodott, li ma jaqax taħt l-imsemmi regolament, għandu madankollu jissodisfa r-rekwiżiti tiegħu minħabba s-sempliċi raġuni li huwa indikat fuq l-imballaġġ tal-prodott li dan huwa “aċċessorju kożmetiku għall-għajnejn suġġett għad-direttiva dwar il-prodotti kożmetiċi”?

2.

Ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-prodotti kożmetiċi għandu jiġi interpretat fis-sens li “lentijiet ta’ kuntatt mhux korrettivi b’diżinni” jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmi regolament?


(1)  ĠU L 342, p. 59.


Top