EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 21990A1026(01)

Qafas ta' ftehim għall-Kummerċ u l-koperazzjoni ekonomika bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Arġentina.

OJ L 295, 26.10.1990, p. 67–73 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)
Special edition in Finnish: Chapter 11 Volume 016 P. 109 - OP_DATPRO
Special edition in Swedish: Chapter 11 Volume 016 P. 109 - OP_DATPRO
Special edition in Czech: Chapter 11 Volume 017 P. 166 - 172
Special edition in Estonian: Chapter 11 Volume 017 P. 166 - 172
Special edition in Latvian: Chapter 11 Volume 017 P. 166 - 172
Special edition in Lithuanian: Chapter 11 Volume 017 P. 166 - 172
Special edition in Hungarian Chapter 11 Volume 017 P. 166 - 172
Special edition in Maltese: Chapter 11 Volume 017 P. 166 - 172
Special edition in Polish: Chapter 11 Volume 017 P. 166 - 172
Special edition in Slovak: Chapter 11 Volume 017 P. 166 - 172
Special edition in Slovene: Chapter 11 Volume 017 P. 166 - 172
Special edition in Bulgarian: Chapter 11 Volume 006 P. 108 - 114
Special edition in Romanian: Chapter 11 Volume 006 P. 108 - 114
Special edition in Croatian: Chapter 11 Volume 042 P. 31 - 37

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/1990/530/oj

Related Council decision

21990A1026(01)



Official Journal L 295 , 26/10/1990 P. 0067 - 0073
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 16 P. 0109
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 16 P. 0109


Qafas ta' ftehim

għall-Kummerċ u l-koperazzjoni ekonomika bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Arġentina.

IL-KOMUNITÀ EKONOMIKA EWROPEA,

hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejjħa l-Komunità, min-naħa l-waħda,

IL-GVERN TAR-REPUBBLIKA ARĠENTINA,

hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejħa "Arġentina" min-naħa l-oħra,

JIKKONSIDRAW l-importanza tal-ħbiberija tradizzjonali bejn l-Arġentina u l-Istati Membri tal-Komunità;

JIKKONSIDRAW li l-Komunità u l-Arġentina jixtiequ jistabbilixxu kuntatt dirett biex imantnu, jikkumplementaw u jżidu r-relazzjonijiet li jeżistu bejn l-Arġentina u l-Komunità;

JIKKONSIDRAW li l-Arġentina, wara l-iżviluppi politiċi interni riċenti, tixtieq li tistabbilizza u ssaħħaħ id-demokrazija u li tippromwovi progress ekonomiku u soċjali;

JIRRIKONOXXU li b'dan l-iskop l-Arġentina qiegħda tagħmel sforzi konsiderevoli biex tirristruttura l-ekonomija tagħha;

JIKKUNSIDRAW li l-Arġentina tinsab involuta fi proċess ta' integrazzjoni reġjonali ma' pajjiżi ta' l-Amerika Latina liema proċess għandu jkun wieħed li jwassal għal progress, għal riforma ekonomika u għal stabbilità politika;

KONXJI li fl-Arġentina hemm żbilanċi reġjonali serji, li l-aktar reġjuni fqar huma, prinċipalment, żoni fuq il-fruntieri u li din is-sitwazzjoni tikkomplika l-proċess ta' integrazzjoni mal-pajjiżi ġirien imsemmijin qabel;

JINNOTAW li l-Arġentina għandha relazzjonijiet normali fl-ekonomija u fil-kummerċ ma' l-Istati Membri kollha tal-Komunità;

JIXTIEQU li joħolqu kondizzjonijiet favorevoli għal żvilupp armonjuż u għad-diversifikazzjoni u l-promozzjoni tal-kummerċ u għal koperazzjoni ekonomika fuq bażi ta' ugwaljanza, non-diskriminazzjoni, vantaġġ reċiproku u reċiproċità;

JEMMNU li għandu jingħata sforz ġdid lir-relazzjonijiet ekonomiċi u dawk kummerċjali bejn il-Komunità u l-Arġentina billi jissaħħu l-aspetti ta' koperazzjoni ta' l-imsemmija relazzjonijiet;

JAGĦRFU li l-Komunità u l-Arġentina jixtiequ jistabbilixxu kuntatti kontrattwali immirati biex issaħħu l-kummerċ u l-koperazzjoni ekonomika li jistgħu jiġu żviluppati iżjed fil-futur u li jikkonsidraw l-opportunitajiet li nfetħu bil-ħolqien tas-suq uniku fid-disgħinijiet;

KONVINTI li koperazzjoni bħal din għandha tkun implementata b'mod evoluzjonarju u pragmatiku, fi spirtu ta' ħbiberija, hekk kif jiżviluppaw il-politika rispettiva tagħhom

IDDEĊIDEW li jikkonkludu dan il-Ftehim u għalhekk innomminaw bħala Plenipotenzaenzarji tagħhom

IL-KOMUNITÀ EKONOMIKA EWROPEA:

Is-Sur Gerard Collins

Il-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin ta' l-Irlanda,

President attwali tal-Kunsill tal-Kommunitajiet Ewropej,

Is-Sur Abel Matutes

Membru tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej;

IL-GVERN TAR-REPUBBLIKA ARĠENTINA:

Is-Sur Domingo Felipe Cavallo

Ministru tar-Relazzjonijiet Barranin u Adorazzjoni;

LI, wara li skambjaw bejniethom il-Poteri Sħaħ tagħhom, instabu li kienu tajbin u fil-forma dovuta,

FTEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Bażi demokratika għall-koperazzjoni

1. Ir-rabtiet koperattivi bejn il-Komunità u l-Arġentina u dan il-Ftehim fl-intier tiegħu huma bbażati fuq ir-rispett lejn il-prinċipji demokratiċi u d-drittijiet umani li jispiraw il-politika interna kif ukoll esterna tal-Komunità u ta' l-Arġentina.

2. It-tisħiħ tad-demokrazija u ta' l-integrazzjoni reġjonali huma l-prinċipji bażiċi ta' dan il-Ftehim u ż-żewġ Partijiet huma kkonċernati bihom. Implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim ikun żgurat billi jiġi nkoraġġut l-iżvilupp ekonomiku u soċjali permezz ta' koperazzjonni fil-kummerċ, fl-ekonomija, fl-agrikoltura, fl-industrija u fit-teknoloġija.

Artikolu 2

Trattament ta' l-aktar pajjiż vantaġġjat

1. Il-partijiet kontraenti għandhom jagħtu lil xulxin trattament ta' l-aktar pajjiż vantaġġjat fil-kummerċ tagħhom skond il-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Ġenerali fuq it-Tariffi u l-Kummerċ.

2. Il-partijiet kontraenti jintrabtu li ser jikkunsidraw jagħtu, kull wieħed skond il-leġislazzjoni tiegħu, eżenzjoni minn dazji, taxxi u piżijiet oħra fir-rigward ta' merkanzija li temporanjament tinstab fit-territorju tagħhom għar-ri-esportazzjoni kemm fl-istat originali tagħha jew wara pproċessar fil-pajjiż.

Artikolu 3

Koperazzjoni fil-Kummerċ

1. Il-partijiet kontraenti jintrabtu li jippromwovu l-iżvilupp u d-diversifikazzjoni tal-kummerċ tagħhom sa l-ogħla livell possibli konsistenti mas-sitwazzjoni ekonomika rispetittiva tagħhom.

2. Għal dan il-għan, il-partijiet kontraenti qed jiftehmu li jistudjaw metodi biex jeliminaw ostakoli għall-kummerċ bejniethom, b'mod patikolari ostakoli non-tariffarji u kważi-tariffarji, filwaqt li jieħdu in konsiderazzjoni ix-xogħol imwettaq minn organizazzjonijiet internazzjonali f'dan il-qasam.

3. Il-partijiet kontraenti ser jieħdu passi, kull parti skond il-leġislazzjoni u l-livell ta' żvilupp relattiv tagħha, biex imexxu politika immirata lejn:

(a) Li jingħataw lil xulxin l-aktar faċilitatjiet estensivi għall-operazzjonijiet kummerċjali li ġo fihom xi wieħed mill-partijiet ikollu interess;

(b) Koperazzjoni f'livell bilaterali u multilaterali fis-soluzzjoni ta' problemi ta' interess komuni fil-kummerċ, inklużi problemi relatati mal-merkanzija, prodotti agrikoli u prodotti semi-manufatturati jew manufatturati;

(ċ) Il-konsiderzzjoni tal-bżonnijiet u interessi rispettivi fir-rigward ta' kemm l-aċċess u l-ipproċċessar segwenti ta' riżorsi u aċċess għas-suq għall-prodotti tal-partijiet kontraenti;

(d) Li jitressqu flimkien operaturi ekonomiċi miż-żewġ reġjuni bl-iskop li jiġi ddiversifikat u mkabbar il-kummerċ eżistenti;

(e) Li jiġu studjati u rrakomandati miżuri għall-promozzjoni tal-kummerċ li jistgħu jinkoraġġixxu t-tkabbir ta' l-importazzjoni u l-esportazzjoni.

Artikolu 4

Koperazzjoni ekonomika

1. Il-Partijiet Kontraenti, waqt li jieħdu ħsieb l-interessi reċiproċi u l-għanijiet ekonomiċi tagħhom, se jrawmu koperazzjoni ekonomika f'kull qasam li jidhrilhom li hu tajjeb, mingħajr ma fil-bidu jiġi eskluż l-ebda qasam, u jżommu f'moħħhom il-livelli differenti ta' l-iżvilupp tagħhom.

L-għanijiet ta' koperazzjoni bħal din se tkun b'mod partikolari:

- li tinkoraġġixxi l-iżvilupp u l-prosperità ta' l-industriji rispettivi tagħhom,

- li tiftaħ sorsi ġodda ta' provista u swieq ġodda,

- li tinkoraġġixxi progress xjentifiku u teknoloġiku f'kull qasam fejn hi possibbli l-koperazzjoni, tespandi programmi li jesżistu fid-data ta' dan il-Ftehim u testendi koperazzjoni lil setturi oħra,

- li tinkoraġġixxi koperazzjoni bejn operaturi ekonomiċi, bl-għan li tippromwovi l-ħolqien ta' assoċjazzjonijiet u forom oħra ta' koperazzjoni industrijali li tkun tista' tiżviluppa l-industriji rispettivi tagħhom,

- ġeneralment li tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' l-ekonomiji u l-livell ta' l-għixien rispettivi tagħhom,

- li ssostni l-proċess ta' integrazzjoni fejn l-Arġentina hija mqabbda biex taħdem ma' pajjiżi ta' l-Amerika Latina, filwaqt li tieħu ħsieb il-problemi li jinqalgħu minn żoni fqar fuq il-fruntiera, li jagħmlu l-integrazzjoni ma' pajjiżi ġirien diffiċli.

2. Biex jintlaħaq dan l-għan, il-Partijiet Kontraenti se jaħdmu inter alia biex jiffaċilitaw u jippromwovu b'mezzi xierqa:

(a) koperazzjoni għall-iżvilupp ta' l-industrija, industrija agrikola, agrikoltura, minerarji, sajd, infrastruttura, trasport u komunikazzjoni, telekommunikazzjoni, saħħa, edukazzjoni u taħriġ, turiżmu u servizzi oħra;

(b) koperazzjoni wiesgħa u armonjuża bejn l-industriji rispettivi tagħhom, b'mod partikolari fil-forma ta' joint ventures f'kull settur produttiv;

(ċ) parteċipazzjoni akbar mill-operaturi ekonomiċi taż-żewġ naħat fl-iżvilupp tad-diversi setturi ta' l-industriji tal-Partijiet Kontraenti fuq termini vantaġġjuzi reċiproċi;

(d) koperazzjoni xjentifika u teknoloġika:

F'dan il-qasam, il-Komunita' se tinkoraġġixxi livell għoli ta' riċerka xjentifika ma' l-Arġentina billi tfassal qafas xjentifiku xieraq għall-koperazzjoni bejn il-Partijiet.

Se tippromwovi skambju ta' xjentisti u tinkoraġġixxi t-twaqqif ta' kuntatti dejjiema u stabbli bejn iż-żewġ Partijiet;

(e) il-promozzjoni ta' trasferiment ta' teknoloġija lil setturi identifikati bi ftehim reċiproku, filwaqt li tikkopera b'rieda tajba fuq kull aspett ta' drittijiet propjetarji industrijali, kummerċjali u ntellettwali, kull parti skond il-leġislazzjoni tagħha;

(f) taħriġ vokazzjonali u amministrattiv;

(g) koperazzjoni fil-qasam ta' l-enerġija;

(h) koperazzjoni fil-ħolqien ta' kondizzjonijiet favorevoli għat-tkabbir ta' investiment fuq bażi ta' vantaġġ għaż-żewġ Partijiet;

(i) koperazzjoni fil-protezzjoni ta' l-ambjent u r-riżorsi naturali;

(j) koperazzjoni rigward pajjiżi terzi;

(k) koperazzjoni fl-integrazzjoni reġjonali, ibbażata fuq il-bdil ta' l-esperjenza;

(l) koperazzjoni f'kull aspett ta' standardizazzjoni industrijali.

3. Il-Partijiet Kontraenti se jinkoraġġixxu b'modi xierqa l-iskambju regolari ta' informazzjoni relatata mal-kummerċ u l-koperazzjoni ekonomika.

4. Il-partijiet Kontraenti se jieħdu passi xierqa, skond il-mezzi tagħhom u minn ġos-sistemi tagħhom, inklużi dawk relatati mar-riżorsi finanzjarji, sabiex jiffaċilitaw l-kisba ta' l-għanijiet ta' koperazzjoni ekonomika imsemmijin fil-paragrafu 1.

Artikolu 5

Koperazzjoni agrikola

1. L-Arġentina u l-Kommunita' se jistabbilixxu koperazzjoni fl-Agrikoltura. Għal dan l-għan huma għandhom jeżaminaw fi spirtu ta' koperazzjoni u rieda tajba:

(a) l-opportunitajiet għat-tkabbir tal-kummerċ tagħhom fi prodotti agrikoli;

(b) Miżuri u l-effetti tagħhom fil-qasam tas-saħħa, saħħa tal-pjanti u l-ambjent, biex ma jżommux lura l-kummerċ, filwaqt li jieħdu in konsiderazzjoni l-leġislazzjoni taż-żewġ Partijiet f'dan il-qasam.

2. Il-Komunità għandha tikkontribwixxi ma' l-isforzi ta' l-Arġentina biex tiddiversifika l-esportazzjoni tagħha ta' prodotti agrikoli.

Artikolu 6

Koperazzjoni industrijali

Il-Partijiet Kontraenti jaqblu li jikkoperaw b'mod partikolari biex jinkoraġġixxu impriżi konġunti, speċjalment dawk li jgħinu għad-diversifikazzjoni ta' l-esportazzzjoni Arġentina u l-assimilazzjoni ta' teknoloġija, u għal dan l-iskop jużaw:

(a) Il-liġijiet u l-inizjattivi ta' l-Arġentina dwar l-investiment barrani u l-żvilupp industrijali;

(b) l-opportunitajiet offruti mill-Komunità għal koperazzjoni bejn l-operaturi ekonomiċi u dawk tal-pajjiżi ta' l-Amerika Latina.

Artikolu 7

Kumitat ta' Koperazzjoni Konġunta

1. Għandu jiġi stabbilit Kumitat għall-Koperazzjoni Konġunta li jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Komunità u ta' l-Arġentina. Dan għandu jiltaqa' darba f'sena, darba fi Brussel u oħra fi Buenos Aires, f'data magħżula bi ftehim reċiproku. Jistgħu isiru xi laqgħat straordinarji bi ftehim reċiproku.

Il-Kumitat Konġunt ser jieħu ħsieb li dan il-Ftehim jiġi mwettaq tajjeb u ser jeżamina kull mistoqsija li tista' tinqala' fl-implementazzjoni tiegħu.

2. B'mod partikolari, il-Kumitat Konġunt jista' jagħmel xi rakkommandazzjonijiet li jkunu jistgħu jgħinu l-kisba ta' l-għanijiet ta' dan il-Ftehim, filwaqt li jagħtu każ tal-politika soċjali u ekonomika tal-Partijiet Kontraenti.

Għandu janalizza l-kummerċ bejn il-Partijiet b'riferenza lejn il-komponenti kollha tiegħu, ir-rata tat-tkabbir, l-istruttura u d-diversifikazzjoni, u lejn il-bilanċ kummerċjali u l-forom varji ta' promozzjoni tal-kummerċ.

Għandu jiffaċilita kuntatti u skambji ta' informazzjoni biex itejjeb il-funzjoni ta' dan il-Ftehim.

Għandu jpoġġi 'l quddiem proposti dwar materji ta' interess reċiproku marbuta mal-koperazzjoni ekonomika in ġenerali u l-koperazzjoni industrijali in partikolari, u għandu jeżamina l-miżuri xierqa biex jiżviluppahom u jiddiversifikhom.

3. Il-Kumitat Konġunt jista' jwaqqaf kumitati taħtu sabiex jgħinuh fit-twettiq ta' dmirijietu.

Artikolu 8

Ftehim ieħor

1. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet relattivi tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, la dan il-Ftehim u l-ebda azzjoni meħuda taħtu m'għandha taffettwa b'xi mod il-poteri ta' l-Istati Membri tal-Komunità li jagħmlu attivitajiet bilaterali ma' l-Arġentina fil-qasam tal-koperazzjoni ekonomika jew, fejn xieraq, li jikkonkludu ftehim ta' koperazzjoni ekonomika ġodda ma' l-Arġentina.

2. Skond id-dispożizzjonijiet ta' paragrafu 1 li jikkonċerna l-koperazzjoni ekonomika, id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim għandhom jieħdu post id-dispożizzjonijiet ta' ftehim konkluż bejn l-Istati Membri tal-Komunità u l-Arġentina fejn dispożizzjonijiet bħal dawn huma inkompatibbli ma' jew identiċi għad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 9

Applikazzjoni territorjali.

Dan il-Ftehim għandu jgħodd, fuq naħa waħda għat-territorji fejn jiġi applikat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea u taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti minn dan it-Trattat u, fuq in-naħa l-oħra għat-territorju tar-Repubblika Arġentina.

Artikolu 10

Żviluppi futuri

1. Il-partijiet kontraenti jistgħu bi ftehim reċiproku jespandu dan il-Ftehim sabiex iżidu l-livell ta' koperazzjoni u jistgħu iżidu miegħu permess ta' ftehim fuq setturi jew attivitajiet speċifiċi.

2. Fil-qafas ta' dan il-Ftehim, kwalunkwa wieħed mill-Partijiet Kontraenti jista' jipproponi suġġerimenti sabiex jitwessa' l-iskop tal-koperazzjoni tagħhom, fil-qafas ta' l-esperjenzi miksuba fl-applikazzjoni tiegħu u l-progress ta' integrazzjoni reġjonali li ġewwa fih hija mqabbda l-Arġentina.

Artikolu 11

Tul tal-Ftehim

1. Dan il-Ftehim jidħol fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tax-xahar ta' wara dak li fih il-Partijiet Kontraenti jinnotifikaw lil xulxin li l-proċeduri neċċesarji għal dan l-iskop tlestew.

2. Dan il-Ftehim huwa konkluż għal perijodu ta' ħames snin. Għandu jkun imġedded fuq bażi annwali sakemm il-Partijiet Kontraenti ma jinottifikax it-terminu tiegħu sitt xhur qabel id-data ta' l-iskandenza.

Artikolu 12

L-Iskambju ta' Ittri li jinsab anness ma' dan il-Ftehim jifforma parti integrali minn dan il-Ftehim.

Artikolu 13

Testi awtentiċi

Dan il-Ftehim għandu jsir dupplikat fil-lingwa Daniża, Olandiża, Ingliża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Taljana, Portugiża u Spanjola, b'kull test kunsidrat awtentiku ugwalment.

En fe de lo cual, los plenipotenciarios abajo firmantes suscriben el presente Acuerdo.Til bekræftigelse heraf har undertegnede befuldmægtigede underskrevet denne aftale.Zu Urkund dessen haben die unterzeichneten Bevollmächtigten ihre Unterschriften unter dieses Abkommen gesetzt.Εις πίστωση των ανωτέρω, οι υπογεγραμμένοι πληρεξούσιοι έθεσαν τις υπογραφές τους στην παρούσα συμφωνία.In witness whereof the undersigned Plenipotentiaries have signed this Agreement.En foi de quoi, les plénipotentiaires soussignés ont apposé leurs signatures au bas du présent accord.In fede di che, i plenipotenziari sottoscritti hanno apposto le loro firme in calce al presente accordo.Ten blijke waarvan de ondergetekende gevolmachtigden hun handtekening onder deze Overeenkomst hebben gesteld.Em fé do que, os plenipotenciários abaixo assinados apuseram as suas assinaturas no final do presente Acordo.

Hecho en Luxemburgo, el dos de abril de mil novecientos noventa.Udfærdiget i Luxembourg, den anden april nitten hundrede og halvfems.Geschehen zu Luxemburg am zweiten April neunzehnhundertneunzig.Έγινε στο Λουξεμβούργο, στις δύο Απριλίου χίλια εννιακόσια ενενήντα.Done at Luxembourg on the second day of April in the year one thousand nine hundred and ninety.Fait à Luxembourg, le deux avril mil neuf cent quatre-vingt-dix.Fatto a Lussemburgo, addì due aprile millenovecentonovanta.Gedaan te Luxemburg, de tweede april negentienhonderd negentig.Feito no Luxemburgo, em dois de Abril de mil novecentos e noventa.

Por el Consejo de las Comunidades EuropeasFor Rådet for De Europæiske FællesskaberFür den Rat der Europäischen GemeinschaftenΓια το Συμβούλιο των Ευρωπαϊκών ΚοινοτήτωνFor the Council of the European CommunitiesPour le Conseil des Communautés européennesPer il Consiglio delle Comunità europeeVoor de Raad van de Europese GemeenschappenPelo Conselho das Comunidades Europeias

+++++ TIFF +++++

Por el Gobierno de la República ArgentinaFor regeringen for Den Argentinske RepublikFür die Regierung der Argentinischen RepublikΓια την κυβέρνηση της Δημοκρατίας της ΑργεντινήςFor the Government of the Argentine RepublicPour le gouvernement de la République argentinePer il governo della Repubblica argentinaVoor de Regering van de Republiek ArgentiniëPelo Governo da República Argentina

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS

Skambju Ta' Ittri

A. Ittra Nru. 1

Sinjur,

Għandna nkunu grati jekk inti tikkonferma illi l-Gvern tiegħek jaqbel dwar dan li ġej:

Rigward l-ostakoli għall-kummerċ li jistgħu jinħolqu għall-Komunita’ Ekonomika Ewropea u l-Istati Membri tagħha jew ir-Repubblika tal-Arġentina bħala riżultat tal-attivita’ marittima, intlaħaq ftehim li soluzzjonijiet reċiprokament sodisfaċenti dwar l-attivita’ marittima għandhom ikunu mfittxija bil-ħsieb li jippromwovu l-iżvilupp kummerċjali.

Għal dan il-għan kien miftiehem ukoll li din il-materja għandha tkun diskussa waqt laqgħat tal-Kumitat Konġunt.

Jekk jogħbok, Sinjur, aċċetta l-assigurazzjoni ta' l-ogħla stima tagħna.

Għan-nom tal-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej

B. Ittra Nru. 2

Sinjur,

Għandi l-unur nikkonferma li l-Gvern tiegħi jaqbel ma' dan li ġej:

"Rigward l-ostakoli għall-kummerċ li jistgħu jinħolqu għall-Komunita’ Ekonomika Ewropea u l-Istati Membri tagħha jew ir-Repubblika tal-Arġentina bħala riżultat tal-attivita’ marittima, intlaħaq ftehim li soluzzjonijiet reċiprokament sodisfaċenti dwar l-attivita’ marittima għandhom ikunu mfittxija bil-ħsieb li jippromwovu l-iżvilupp kummerċjali.

Għal dan il-għan kien miftiehem ukoll li din il-materja għandha tkun diskussa waqt laqgħat tal-Kumitat Konġunt."

Jekk jogħbok, Sinjur, aċċetta l-assigurazzjoni ta' l-ogħla stima tagħna.

Għall-Gvern tar- Repubblika ta' l-Arġentina

--------------------------------------------------

Top