EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document L:2014:174:FULL

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, L 174, 13 ta' Ġunju 2014


Display all documents published in this Official Journal
 

ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 174

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 57
13 ta' Ġunju 2014


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

 

2014/347/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2014 dwar il-konklużjoni ta' Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Armenja, min-naħa l-oħra, dwar Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Armenja dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Armenja fil-programmi tal-Unjoni

1

 

 

Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Armenja, min-naħa l-oħra, dwar Ftehim qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Armenja dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Armenja Fil-programmi tal-Unjoni

3

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 622/2014 tal-14 ta' Frar 2014 li jistabbilixxi deroga mir-Regolament (UE) Nru 1290/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli għal parteċipazzjoni u disseminazzjoni f'Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) fir-rigward tal-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2 ( 1 )

7

 

*

Regolament ta' delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 623/2014 tal-14 ta' Frar 2014 li jistabbilixxi deroga mir-Regolament (UE) Nru 1290/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli għal parteċipazzjoni u disseminazzjoni f'Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) fir-rigward tal-Impriża Konġunta tal-Industriji b'Bażi Bijoloġika ( 1 )

12

 

*

Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 624/2014 tal-14 ta' Frar 2014 li jistabbilixxi deroga mir-Regolament (UE) Nru 1290/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli għal parteċipazzjoni u disseminazzjoni f'Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) fir-rigward tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 ( 1 )

14

 

*

Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 625/2014 tat-13 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill permezz ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw ir-rekwiżiti tal-istituzzjonijiet investituri, sponsors, mutwanti oriġinali u oriġinaturi marbuta ma' skoperturi għar-riskju tal-kreditu trasferit ( 1 )

16

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 626/2014 tal-10 ta' Ġunju 2014 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni

26

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 627/2014 tat-12 ta' Ġunju 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 582/2011 biex jiġi adattat għall-progress tekniku fir-rigward ta' monitoraġġ ta' materja partikolata tas-sistema dijanjostika abbord il-vettura ( 1 )

28

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 628/2014 tat-12 ta' Ġunju 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 341/2007 fir-rigward tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni ta' tewm li joriġina ċ-Ċina

31

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 629/2014 tat-12 ta' Ġunju 2014 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva metilnonilketon ( 1 )

33

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 630/2014 tat-12 ta' Ġunju 2014 li jemenda għall-215-il darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al-Qaida

35

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 631/2014 tat-12 ta’ Ġunju 2014 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

38

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2014/348/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-5 ta' Ġunju 2014 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE rigward emenda għall-Protokoll 31 għall-Ftehim ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet

40

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/349/PESK tat-12 ta' Ġunju 2014 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX KOSOVO

42

 

 

2014/350/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Ġunju 2014 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għall-prodotti tessili (notifikata bid-dokument C(2014) 3677)  ( 1 )

45

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

13.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 174/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-20 ta' Frar 2014

dwar il-konklużjoni ta' Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Armenja, min-naħa l-oħra, dwar Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Armenja dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Armenja fil-programmi tal-Unjoni

(2014/347/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 114, 168, 169 u 172, l-Artikolu 173(3), u l-Artikoli 188 u 192, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta li saret mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/777/UE (1), il-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Armenja, min-naħa l-oħra, dwar Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Armenja dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Armenja fil-programmi tal-Unjoni (2) (“il-Protokoll”) ġie ffirmat f'isem l-Unjoni fis-17 ta' Diċembru 2012.

(2)

Il-Protokoll għandu jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Armenja, min-naħa l-oħra, dwar Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Armenja dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Armenja fil-programmi tal-Unjoni permezz ta' dan qiegħed jiġi approvat f'isem l-Unjoni.

It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 10 tal-Protokoll (3).

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Frar 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

K. HATZIDAKIS


(1)  ĠU L 340, 13.12.2012, p. 26.

(2)  Ara l-paġna 3 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(3)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll se tkun ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


13.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 174/3


PROTOKOLL

għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Armenja, min-naħa l-oħra, dwar Ftehim qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Armenja dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Armenja Fil-programmi tal-Unjoni

L-UNJONI EWROPEA, minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Unjoni”,

minn naħa waħda,

u

IR-REPUBBLIKA TAL-ARMENJA, minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Armenja”

min-naħa l-oħra,

minn hawn 'il quddiem imsejħa “il-Partijiet”

Billi:

(1)

L-Armenja kkonkludiet Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa l-waħda, u l-Armenja, min-naħa l-oħra, (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”), li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 1999.

(2)

Il-Kunsill Ewropew ta' Brussell tas-17 u t-18 ta' Ġunju 2004 laqa' b'mod favorevoli l-proposti tal-Kummissjoni Ewropea għal Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) u approva l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2004.

(3)

Il-Kunsill, f'bosta okkażjonijiet oħrajn, ikkonkluda ripetutament favur din il-politika.

(4)

Il-Kunsill, fil-5 ta' Marzu 2007, esprima appoġġ għall-approċċ ġenerali u globali deskritt fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta' Diċembru 2006 sabiex l-imsieħba tal-Politika Ewropea tal-Viċinat jipparteċipaw fl-aġenzi Komunitarji u l-programmi Komunitarji fuq il-merti tagħhom u fejn hekk jippermettu l-bażijiet legali.

(5)

L-Armenja esprimiet ix-xewqa li tipparteċipa f'għadd ta' programmi tal-Unjoni.

(6)

It-termini u l-kondizzjonijiet speċifiċi, b'mod partikolari, il-kontribuzzjoni finanzjarja u l-proċeduri ta' rapportar u ta' evalwazzjoni, dwar il-parteċipazzjoni tal-Armenja f'kull programm partikolari għandhom jiġu ddeterminati f'Memorandum ta' Ftehim bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti tal-Armenja,

FTEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Armenja għandha titħalla tipparteċipa fil-programmi tal-Unjoni attwali u futuri kollha miftuħa għall-parteċipazzjoni tal-Armenja skont id-dispożizzjonijiet relevanti li jadottaw dawn il-programmi.

Artikolu 2

L-Armenja għandha tikkontribwixxi finanzjarjament għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea li jikkorrispondi għall-programmi speċifiċi li fihom tipparteċipa l-Armenja.

Artikolu 3

Ir-rappreżentanti tal-Armenja għandhom jitħallew jieħdu sehem, bħala osservaturi u għall-punti li jirrigwardaw l-Armenja, fil-kumitati ta' ġestjoni responsabbli għas-sorveljanza tal-programmi li fihom l-Armenja tikkontribwixxi finanzjarjament.

Artikolu 4

Proġetti u inizjattivi mressqa minn parteċipanti mill-Armenja għandhom, kemm jista' jkun, ikunu suġġetti għall-istess kondizzjonijiet, regoli u proċeduri li għandhom x'jaqsmu mal-programmi kkonċernati kif huma applikati għall-Istati Membri.

Artikolu 5

It-termini u l-kondizzjonijiet speċifiċi dwar il-parteċipazzjoni tal-Armenja f'kull programm partikolari tal-Unjoni, b'mod partikolari l-kontribuzzjoni finanzjarja pagabbli, u l-proċeduri ta' rapportar u ta' evalwazzjoni, għandhom jiġu ddeterminati f'Memorandum ta' Ftehim bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti tal-Armenja abbażi tal-kriterji stabbiliti mill-programmi kkonċernati.

Jekk l-Armenja tapplika għall-assistenza esterna tal-Unjoni biex jipparteċipa fi programm partikolari tal-Unjoni abbażi l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1638/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 2006 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali għat-twaqqif ta' Strument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija jew skont kwalunkwe Regolament simili li jipprovdi għall-assistenza esterna tal-Unjoni lill-Armenja li jista' jiġi adottat fil-ġejjieni, il-kondizzjonijiet li jirregolaw l-użu mill-Armenja tal-assistenza esterna tal-Unjoni għandhom jiġu ddeterminati bi ftehim dwar l-iffinanzjar, li jirrispetta b'mod partikolari l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 1638/2006.

Artikolu 6

Kull Memorandum ta' Ftehim konkluż skont l-Artikolu 5, għandu jistipula, skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Gunju 2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-bagit generali tal-Komunitajiet Ewropej, li l-kontroll jew awditjar finanzjarju jew verifikazzjonijiet oħra, inklużi investigazzjonijiet amministrattivi se jitwettqu minn, jew taħt l-awtorità tal-Kummissjoni Ewropea, tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi u tal-Qorti tal-Awdituri.

Għandhom isiru dispożizzjonijiet dettaljati dwar kontroll u awditjar finanzjarju, miżuri amministrattivi, penali u rkupru li jippermettu lill-Kummissjoni Ewropea, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi u l-Qorti tal-Awdituri li jiġu mogħtija setgħat li jkunu ekwivalenti għas-setgħat tagħhom rigward il-benefiċjarji jew il-kuntratturi stabbiliti fl-Unjoni.

Artikolu 7

Dan il-Protokoll għandu japplika għall-perjodu li fih il-Ftehim ikun fis-seħħ.

Dan il-Protokoll għandu jiġi ffirmat u approvat mill-Partijiet skont il-proċeduri rispettivi tagħhom.

Kwalunkwe Parti tista' tiddenunzja dan il-Protokoll b'notifika bil-miktub lill-Parti Kontraenti l-oħra.

Dan il-Protokoll għandu jintemm sitt xhur wara d-data ta' din in-notifika.

It-terminazzjoni ta' dan il-Protokoll wara d-denunzja minn kwalunkwe waħda mill-Partijiet m'għandu jkollu l-ebda influwenza dwar l-ispezzjonijiet u kontrolli li jkollhom jitwettqu skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti kif previst fl-Artikoli 5 u 6 fejn xieraq.

Artikolu 8

Mhux aktar tard minn tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il-Protokoll, u wara kull tliet snin sussegwenti, iż-żewġ Partijiet Kontraenti jistgħu jirrevedu l-implimentazzjoni ta' dan il-Protokoll abbażi tal-parteċipazzjoni effettiva tal-Armenja fi programmi tal-Unjoni.

Artikolu 9

Dan il-Protokoll għandu japplika, min-naħa waħda, għat-territorji li fihom japplika t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak it-Trattat, u min-naħa l-oħra, għat-territorju tal-Armenja.

Artikolu 10

Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara d-data li fiha l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin permezz ta' mezzi diplomatiċi dwar it-tlestija tal-proċeduri tagħhom meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu.

Artikolu 11

Dan il-Protokoll għandu jagħmel parti integrali mill-Ftehim.

Artikolu 12

Dan il-Ftehim huwa miktub b'żewġ kopji fil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Olandiża, Ingliża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ungeriża, Taljana, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Svediża u Armena u kull wieħed minn dawn it-testi huwa ugwalment awtentiku.

Съставено в Брюксел на седемнадесети декември две хиляди и дванадесета година.

Hecho en Bruselas, el diecisiete de diciembre de dos mil doce.

V Bruselu dne sedmnáctého prosince dva tisíce dvanáct.

Udfærdiget i Bruxelles den syttende december to tusind og tolv.

Geschehen zu Brüssel am siebzehnten Dezember zweitausendzwölf.

Kahe tuhande kaheteistkümnenda aasta detsembrikuu seitsmeteistkümnendal päeval Brüsselis.

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις δέκα εφτά Δεκεμβρίου δύο χιλιάδες δώδεκα.

Done at Brussels on the seventeenth day of December in the year two thousand and twelve.

Fait à Bruxelles, le dix-sept décembre deux mille douze.

Fatto a Bruxelles, addì diciassette dicembre duemiladodici.

Briselē, divi tūkstoši divpadsmitā gada septiņpadsmitajā decembrī.

Priimta du tūkstančiai dvyliktų metų gruodžio septynioliktą dieną Briuselyje.

Kelt Brüsszelben, a kétezer-tizenkettedik év december havának tizenhetedik napján.

Magħmul fi Brussell, fis-sbatax-il jum ta’ Diċembru tas-sena elfejn u tnax.

Gedaan te Brussel, de zeventiende december tweeduizend twaalf.

Sporządzono w Brukseli dnia siedemnastego grudnia roku dwa tysiące dwunastego.

Feito em Bruxelas, em dezassete de dezembro de dois mil e doze.

Întocmit la Bruxelles la șaptesprezece decembrie două mii doisprezece.

V Bruseli sedemnásteho decembra dvetisícdvanásť.

V Bruslju, dne sedemnajstega decembra leta dva tisoč dvanajst.

Tehty Brysselissä seitsemäntenätoista päivänä joulukuuta vuonna kaksituhattakaksitoista.

Som skedde i Bryssel den sjuttonde december tjugohundratolv.

Image

За Европейския съюз

Por la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l'Union européenne

Per l'Unione europea

Eiropas Savienības vārdā -

Europos Sąjungos vardu

Az Európai Unió részéről

Ghall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

Image

Image

За Република Армения

Por la Republica de Armenia

Za Arménskou republiku

For Republikken Armenien

Für die Republik Armenien

Armeenia Vabariigi nimel

Για τη Δημοκρατία της Αρμενίας

For the Republic of Armenia

Pour la Republique dArménie

Per la Repubblica di Armenia

Armēnijas Republikas vārdā -

Armėnijos Respublikos vardu

Örmény Köztársaság részéről

Ghar-Repubblika tal-Armenja

Voor de Republiek Armenië

W imieniu Republiki Armenii

Pela República da Armenia

Pentru Republica Armenia

Za Armensku republiku

Za Republiko Armenijo

Armenian tasavallan puolesta

För Republiken Armenien

Image

Image


REGOLAMENTI

13.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 174/7


REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 622/2014

tal-14 ta' Frar 2014

li jistabbilixxi deroga mir-Regolament (UE) Nru 1290/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli għal parteċipazzjoni u disseminazzjoni f'“Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020)” fir-rigward tal-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1290/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi r-regoli għal parteċipazzjoni u disseminazzjoni f'“Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020)” u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1906/2006 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(3)(b) u l-punti (i) sa (vii) tal-Artikolu 1(3)(c) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jistabbilixxi il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) (Orizzont 2020) u jipprevedi l-involviment tal-Unjoni fi sħubijiet pubbliċi-privati, inkluż f'impriżi konġunti, f'oqsma ewlenin fejn ir-riċerka u l-innovazzjoni jistgħu jikkontribwixxu għall-miri kompetittivi usa' tal-Unjoni u jgħinu biex jiġu indirizzati l-isfidi tas-soċjetà.

(2)

Il-parteċipazzjoni f'azzjonijiet indiretti skont Orizzont 2020 għandha tikkonforma mar-Regolament (UE) Nru 1290/2013. Madankollu, sabiex jitqiesu l-ħtiġijiet operattivi speċifiċi tal-impriżi konġunti stabbiliti skont l-Artikolu 187 tat-Trattat fil-qasam tal-mediċini innovattivi, is-setgħa li tadotta atti skont l- Artikolu 290 tat-Trattat ġiet iddelegata lill-Kummissjoni għat-tul ta' żmien ta' Orizzont 2020 bil-ħsieb li l-korpi ta' finanzjament stabbiliti skont l-Artikolu 187 tat-Trattat jitħallew jillimitaw l-eliġibbiltà għall-finanzjament għal tipi speċifiċi ta' parteċipanti u jadottaw regoli speċifiċi dwar il-proprjetà intellettwali.

(3)

L-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi ġiet stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2008 (3) għal perjodu sal- 31 ta' Diċembru 2017 sabiex trawwem il-kollaborazzjoni bejn il-partijiet kollha interessati bħalma huma l-industrija, l-awtoritajiet pubbliċi (inklużi r-regolaturi), l-organizzazzjonijiet tal-pazjenti, l-universitajiet u ċ-ċentri kliniċi u ttejjeb l-effiċjenza u l-effettività tal-proċess tal-iżvilupp tal-mediċini bl-għan fit-tul li s-settur farmaċewtiku jipproduċi mediċini innovattivi aktar effettivi u sikuri.

(4)

L-għan tal-Inizjattiva dwar il-Mediċini Innovattivi (IMI), li huwa li tgħaqqad flimkien l-imsieħba industrijali l-kbar mal-organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ, l-entitajiet pubbliċi jew entitajiet oħra u li timmassimizza l-isfruttament tar-riżultati tal-proġetti sabiex titħaffef il-provvista tal-mediċini lill-pazjenti, jiġġustifika l-eżistenza ta' ħtiġijiet operattivi speċifiċi f'dak li għandu x'jaqsam mal-eliġibbiltà għall-finanzjament u r-regoli dwar il-proprjetà intellettwali. L-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2 stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 557/2014 (4) għandha tissokta tipprovdi finanzjament lil entitatjiet bħal intrapriżi mikro, żgħar u medji, istituzzjonijiet tal-edukazzjoni sekondarja u għolja, u organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ, u għalhekk tinħtieġ deroga mill-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 1290/2013.

(5)

Il-ħtiġijiet operattivi speċifiċi ġew identifikati fir-rigward ta' regoli dwar il-proprjetà intellettwali fil-kuntest tal-objettivi tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2, sabiex jinkisbu mudell ta' innovazzjoni miftuħ, sistema dinamika ta' qsim tal-għarfien li tipprovdi possibbiltajiet usa' li jinħoloq u jiġi sfruttat l-għarfien li jirriżulta mill-proġetti tal-IMI u aċċess wiesa' tal-parteċipanti, l-affiljati u partijiet terzi għal dan l-għarfien, bl-għan aħħari li jitħaffef l-iżvilupp ta' dijanjostika u intervent mediku għall-benefiċċju tal-pazjenti, anki billi jiġu stimolati r-riċerka traslazzjonali u klinika u l-provi kliniċi, b'mod partikolari fl-oqsma ta' interess tas-saħħa pubblika u ħtieġa medika kbira mhux sodisfatta, kif identifikat fir-rapport dwar il-mediċini ta' prijorità tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa maħruġ fid-9 ta' Lulju 2013 (5). Dawk il-kundizzjonijiet għandhom japplikaw għall-parteċipanti kollha sabiex jipproteġu l-għarfien preeżistenti tagħhom, ir-riżultati u l-għarfien miksub b'mod parallel. Huwa xieraq li jitħallew isiru t-trasferiment u l-liċenzjar tar-riżultati u tal-għarfien preeżistenti kif ukoll id-drittijiet ta' aċċess għar-riżultati u għall-għarfien preeżistenti ta' parteċipanti oħra sabiex tkun tista' titwettaq ir-riċerka. Huwa xieraq f'dak il-kuntest li ssir distinzjoni, fil-kuntest tal-isfruttament, bejn l-użu tar-riċerka u l-isfruttament dirett. Dawk il-kundizzjonijiet għandhom iqisu wkoll l-obbligi preċedenti tal-parteċipanti, filwaqt li jipprevedu l-isfruttament dirett potenzjali tar-riżultati, inklużi provi kliniċi fuq ir-riżultati per se. Sabiex ir-riżultati jiġu sfruttati b'mod wiesa' u jiġi ffaċilitat it-twassil ta' mediċini innovattivi lill-pazjenti u biex jitjiebu r-riċerka u l-iżvilupp tal-mediċini, jeħtieġ li jiġu stabbiliti derogi mill-Artikoli 41 u 44 sa 48 tar-Regolament (UE) Nru 1290/2013,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

B'deroga mill-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 1290/2013, fir-rigward tal-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2, il-parteċipanti li ġejjin biss għandhom ikunu eliġibbli għal finanzjament mill-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2:

(a)

entitajiet ġuridiċi stabbiliti fi Stat Membru jew f'pajjiż assoċjat, jew maħluqa skont il-liġi tal-Unjoni; kif ukoll

(b)

li jaqgħu taħt waħda mill-kategoriji li ġejjin:

(i)

intrapriżi mikro, żgħar u medji u kumpaniji oħra b'fatturat annwali ta' EUR 500 miljun jew inqas, u li ma jkunux entitajiet affiljati ta' kumpaniji b'fatturat annwali ta' aktar minn 500 miljun; id-definizzjoni ta' 'entitajiet affiljati' skont it-tifsira tal-Artikolu 2(1)(2) tar-Regolament (UE) Nru 1290/2013 għandha tapplika mutatis mutandis;

(ii)

istituzzjonijiet ta' edukazzjoni sekondarja u għolja;

(iii)

organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ, inklużi dawk li jwettqu r-riċerka jew l-iżvilupp teknoloġiku bħala wieħed mill-objettivi ewlenin tagħhom jew dawk li huma organizzazzjonijiet tal-pazjenti.

(c)

iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka;

(d)

organizzazzjonijiet internazzjonali ta' interess Ewropew.

Artikolu 2

B'deroga mill-Artikoli 41(2) u 45 sa 48 tar- Regolament (UE) Nru 1290/2013, id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għas-sjieda u l-aċċess għal għarfien miksub b'mod parallel:

(a)

ir-riżultati ma għandhomx jinkludu għarfien miksub b'mod parallel, f'għamla ta' elementi tanġibbli jew mhux tanġibbli ġġenerati minn parteċipant fi ħdan l-azzjoni, bħal dejta, għarfien u informazzjoni hi x'inhi l-forma jew in-natura tagħhom, li jistgħu jew ma jistgħux ikunu protetti, iżda li huma barra mill-objettivi tal-azzjoni kif definiti fil-ftehim dwar l-għoti u li għalhekk mhumiex meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-azzjoni jew għall-użu tar-riżultati għal finijiet ta' riċerka;

(b)

kull parteċipant għandu jibqa' l-proprjetarju esklussiv tal-għarfien tiegħu miksub b'mod parallel iżda jista' jintlaħaq qbil dwar allokazzjoni differenti tas-sjieda;

(c)

il-parteċipanti mhumiex marbuta li jagħtu d-drittijiet ta' aċċess għall-għarfien miksub b'mod parallel.

Artikolu 3

B'deroga mir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 44(1) tar-Regolament (UE) Nru 1290/2013, ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw għat-trasferiment u l-liċenzjar tar-riżultati u tal-għarfien preeżistenti għal entitajiet affiljati, xerrejja u kwalunkwe entità suċċessur oħra:

(a)

parteċipant jista', mingħajr il-kunsens tal-parteċipanti l-oħra, iżda b'kundizzjoni li l-parteċipanti l-oħra jiġu infurmati mingħajr dewmien bla bżonn u li ċ-ċessjonarju jaqbel bil-miktub li jintrabat bil-ftehim tal-għotja u l-ftehim tal-konsorzju, jittrasferixxi r-riżultati tiegħu lil kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(i)

l-entità affiljata tiegħu;

(ii)

kwalunkwe xerrej tal-assi rilevanti tiegħu kollha jew parti sostanzjali minnhom;

(iii)

kwalunkwe entità suċċessur li tirriżulta mill-amalgamazzjoni ma' parteċipant bħal dan jew mill-konsolidazzjoni tiegħu.

Id-dewmien imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jintlaħaq qbil dwaru mill-parteċipanti fil-ftehim tal-konsorzju

(b)

kull parteċipant għandu jibqa' ħieles li jilliċenzja jew jittrasferixxi d-drittijiet tas-sjieda tiegħu fuq l-għarfien preeżistenti, kif ukoll jiddisponi minnhom b'mod ieħor, suġġett għal kwalunkwe dritt u obbligu tal-ftehim tal-għotja u l-ftehim tal-konsorzju.

(c)

fejn parteċipant jittrasferixxi s-sjieda tal-għarfien preeżistenti, dan għandu jgħaddi liċ-ċessjonarju l-obbligi tiegħu speċifikati skont il-ftehim tal-għotja u l-ftehim tal-konsorzju, fir-rigward ta' dak l-għarfien preeżistenti, inkluż l-obbligu li jittrasferixxi dawk l-obbligi lil kwalunkwe ċessjonarju sussegwenti.

(d)

parteċipant jista', mingħajr il-kunsens tal-parteċipanti l-oħra, iżda b'kundizzjoni li l-parteċipanti l-oħra jiġu infurmati mingħajr dewmien bla bżonn u li ċ-ċessjonarju jaqbel bil-miktub li jintrabat bil-ftehim tal-għotja u l-ftehim tal-konsorzju, jittrasferixxi l-għarfien preeżistenti tiegħu lil kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(i)

l-entità affiljata tiegħu;

(ii)

kwalunkwe xerrej tal-assi rilevanti tiegħu kollha jew parti sostanzjali minnhom;

(iii)

kwalunkwe entità suċċessur li tirriżulta mill-amalgamazzjoni ma' parteċipant bħal dan jew mill-konsolidazzjoni tiegħu.

Id-dewmien imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jintlaħaq qbil dwaru mill-parteċipanti fil-ftehim tal-konsorzju.

Artikolu 4

B'deroga mill-Artikolu 44(2) tar-Regolament (UE) Nru 1290/2013, għandu japplika dan li ġej għat-trasferiment u l-liċenzjar tar-riżultati:

 

Sakemm kull dritt ta' aċċess għar-riżultati jista' jiġi eżerċitat u li kull obbligu addizzjonali skont il-ftehim tal-għotja jew il-ftehim tal-konsorzju jiġi rrispettat mill-parteċipant li jippossiedi r-riżultati, dan tal-aħħar jista' jagħti l-liċenzji jew inkella jagħti d-dritt ta' sfruttament tar-riżultati lil kwalunkwe entità ġuridika.

Artikolu 5

B'deroga mill-Artikolu 46(2) tar-Regolament (UE) Nru 1290/2013, għandu japplika dan li ġej għall-prinċipji marbuta mad-drittijiet ta' aċċess:

 

Kwalunkwe entità ġuridika li tkun tgawdi d-drittijiet ta' aċċess sabiex tlesti l-azzjoni jew għall-użu fir-riċerka, tista' tawtorizza entità ġuridika oħra biex teżerċita dawk id-drittijiet f'isimha b'kundizzjoni li jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-entità ġuridika li tkun tgawdi mid-drittijiet ta' aċċess għandha tkun responsabbli mill-atti tal-entità ġuridika l-oħra daqslikieku kienet hi stess li wettqet dawk l-atti;

(b)

id-drittijiet ta' aċċess mogħtija lill-entità ġuridika l-oħra ma għandhomx jinkludu d-dritt ta' subliċenzjar.

Artikolu 6

B'deroga mill-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) Nru 1290/2013, għandu japplika dan li ġej għad-drittijiet ta' aċċess għall-implimentazzjoni:

(a)

waqt it-twettiq tal-azzjoni, il-parteċipanti għandhom igawdu mid-drittijiet ta' aċċess għar-riżultati tal-parteċipanti l-oħra biss għall-iskop u sa fejn huwa meħtieġ għat-teħid u t-twettiq tal-azzjoni. Tali aċċess għandu jingħata ħieles mir-royalties;

(b)

waqt it-twettiq tal-azzjoni, il-parteċipanti għandhom, ħlief jekk ma jitħallewx jew ikunu ristretti milli jagħmlu dan minħabba obbligi lejn l-oħrajn li jeżistu fid-data tal-adeżjoni għall-ftehim tal-għotja, igawdu mid-drittijiet ta' aċċess għall-għarfien preeżistenti tal-parteċipanti l-oħra biss għall-fini u safejn huwa meħtieġ għat-teħid u t-twettiq tal-azzjoni. Tali aċċess għandu jingħata ħieles mir-royalties.

Artikolu 7

B'deroga mill-Artikolu 48 tar-Regolament (UE) Nru 1290/2013, għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:

(a)

Għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin fir-rigward tal-isfruttament:

(i)

“użu għal riċerka” tfisser l-użu ta' riżultati jew tal-għarfien preeżistenti meħtieġ biex ir-riżultati jintużaw, għall-finijiet kollha minbarra għat-twettiq tal-azzjoni jew għall-isfruttament dirett u li tinkludi, fost affarijiet oħra, l-applikazzjoni tar-riżultati bħala għodda għar-riċerka, inkluża r-riċerka klinika u l-provi kliniċi u li direttament jew indirettament tikkontribwixxi għall-objettivi stabbiliti fi ħdan l-isfidi tas-soċjetà “saħħa, bidla demografika u benesseri” msemmija fir-Regolament (UE) Nru 1291/2013.

(ii)

“sfruttament dirett” tfisser l-iżvilupp tar-riżultati għall-kummerċjalizzazzjoni, inkluż permezz ta' provi kliniċi, jew il-kummerċjalizzazzjoni tar-riżultati nfushom.

(b)

Matul u wara t-twettiq tal-azzjoni, il-parteċipanti u l-entitajiet affiljati tagħhom għandhom igawdu mid-drittijiet ta' aċċess għar-riżultati tal-parteċipanti l-oħra għall-użu għar-riċerka.

Id-drittijiet ta' aċċess għall-użu għar-riċerka għandhom jingħataw fuq bażi mhux esklussiva b'kundizzjonijiet ġusti u raġonevoli, jiġifieri kundizzjonijiet xierqa, inklużi t-termini finanzjarji jew ħielsa mir-royalties, filwaqt li jitqies il-valur effettiv jew potenzjali tar-riżultati li għalihom jintalab l-aċċess u karatteristiċi oħra tal-użu previst għar-riċerka.

Meta l-isfruttament dirett minn parteċipant jew parti terza jkun jeżiġi riżultati li huma fil-pussess ta' parteċipant ieħor, id-drittijiet tal-aċċess jistgħu jiġu nnegozjati bejn il-partijiet involuti.

(c)

Matul u wara t-twettiq tal-azzjoni, il-parteċipanti u l-entitajiet affiljati tagħhom għandhom igawdu mid-drittijiet ta' aċċess għall-għarfien preeżistenti tal-parteċipanti l-oħra, sa fejn huwa meħtieġ biss b'mod raġonevoli għall-fini tal-użu tar-riżultati għar-riċerka.

Tali drittijiet ta' aċċess għall-użu għar-riċerka għandhom jingħataw fuq bażi mhux esklussiva b'kundizzjonijiet ġusti u raġonevoli, jiġifieri kundizzjonijiet xierqa, inklużi t-termini finanzjarji jew ħielsa mir-royalties, filwaqt li jitqies il-valur effettiv jew potenzjali tal-għarfien preeżistenti li għalih jintalab l-aċċess u karatteristiċi oħra tal-użu previst għar-riċerka.

Il-parteċipanti mhumiex meħtieġa jagħtu d-drittijiet ta' aċċess għal sfruttament dirett għall-għarfien preeżistenti tagħhom u jistgħu jużaw jew jisfruttaw l-għarfien preeżistenti tagħhom, joħorġu subliċenzji fuq dan tal-aħħar jew inkella jikkumerċjalizzawh kif jidhrilhom xieraq, suġġett għal drittijiet ta' aċċess għall-użu għar-riċerka.

Meta l-isfruttament dirett minn parteċipant jew parti terza jkun jeżiġi għarfien preeżistenti meħtieġ għall-użu tar-riżultati li huma fil-pussess ta' parteċipant ieħor, id-drittijiet tal-aċċess jistgħu jiġu nnegozjati bejn il-partijiet involuti.

(d)

Wara t-twettiq tal-azzjoni, il-partijiet terzi għandu jkollhom id-dritt li jitolbu u jirċievu d-drittijiet ta' aċċess għar-riżultati tal-parteċipanti għall-użu għar-riċerka.

Dawn id-drittijiet ta' aċċess għandhom jingħataw fuq bażi mhux esklussiva skont il-kundizzjonijiet meqjusa xierqa mis-sid tar-riżultati u l-parti terza kkonċernata. Dawk il-kundizzjonijiet ma għandhomx ikunu aktar favorevoli mill-kundizzjonijiet applikati għall-parteċipanti u l-affiljati għall-użu għar-riċerka.

(e)

Wara t-twettiq tal-azzjoni, il-partijiet terzi għandu jkollhom id-dritt li jitolbu u jirċievu d-drittijiet ta' aċċess għall-għarfien preeżistenti tal-parteċipanti, sa fejn hu meħtieġ biss b'mod raġonevoli għall-fini tal-użu tar-riżultati għar-riċerka.

Dawn id-drittijiet ta' aċċess għandhom jingħataw fuq bażi mhux esklussiva skont il-kundizzjonijiet meqjusa xierqa mis-sid tal-għarfien preeżistenti u l-parti terza kkonċernata.

(f)

Qabel l-iffirmar tal-ftehim tal-għotja, parteċipant jista' jidentifika elementi speċifiċi tal-għarfien preeżistenti u jipprovdi talba raġunata lill-uffiċċju tal-Programm tal-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2 li tali elementi għandhom ikunu esklużi b'mod sħiħ jew parzjali mill-obbligi msemmija fl-Artikolu 7(e).

L-uffiċċju tal-Programm tal-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2 għandu jilqa' talba bħal din biss f'ċirkostanzi eċċezzjonali u fit-teħid tad-deċiżjoni tiegħu għandu jqis l-objettivi msemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 557/2014, il-kompiti tal-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2 imsemmija fl-istatuti tiegħu u l-interessi leġittimi tal-parteċipant ikkonċernat. Dan jista' jilqa' din it-talba bil-kundizzjonijiet kif miftiehma mal-parteċipant. Kwalunkwe eċċezzjoni għandha tkun inkluża fil-ftehim tal-għotja u ma tistax tinbidel sakemm din il-bidla ma tkunx permessa mill-ftehim tal-għotja.

(g)

Il-parteċipanti għandhom jaqblu fil-ftehim tal-konsorzju dwar il-limitu ta' żmien fir-rigward tat-talbiet għal aċċess skont il-punti (b) sa (e).

Artikolu 8

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Frar 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 81.

(2)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 104.

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2008 tal-20 ta' Diċembru 2007 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta għall-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi (ĠU L 30, 4.2.2008, p. 38).

(4)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 557/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2 (ĠU L 169, 7.6.2014, p. 54).

(5)  Rapport ta' Aġġornament dwar il-Mediċini ta' Prijorità għall-Ewropa u għad-Dinja, 2013, WHO, ISBN 978 92 4 150575 8 — http://www.who.int/medicines/areas/priority_medicines/en/.


13.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 174/12


REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 623/2014

tal-14 ta' Frar 2014

li jistabbilixxi deroga mir-Regolament (UE) Nru 1290/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli għal parteċipazzjoni u disseminazzjoni f'“Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020)” fir-rigward tal-Impriża Konġunta tal-Industriji b'Bażi Bijoloġika

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1290/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabilixxi r-regoli għal parteċipazzjoni u disseminazzjoni f'“Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020)” u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1906/2006 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(3)(b) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jistabbilixxi l-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) (Orizzont 2020) u jistipula l-involviment tal-Unjoni fi sħubiji pubbliċi u privati, inklużi f'impriżi konġunti, f'oqsma ewlenin fejn ir-riċerka u l-innovazzjoni jistgħu jikkontribwixxu għall-miri kompetittivi usa' tal-Unjoni u jgħinu jittrattaw l-isfidi soċjetali.

(2)

Il-parteċipazzjoni f'azzjonijiet indiretti skont Orizzont 2020 għandha tkun konformi mar-Regolament (UE) Nru 1290/2013. Madankollu, sabiex jitqiesu l-ħtiġijiet operattivi speċifiċi tal-impriżi konġunti stabbiliti skont l-Artikolu 187 tat-Trattat fil-qasam tal-industriji b'bażi bijoloġika, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat ġiet delegata lill-Kummissjoni għat-tul kollu ta' Orizzont 2020.

(3)

L-Impriża Konġunta tal-Industriji b'Bażi Bijoloġika (IK BBI) twaqqfet bir-[Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 560/2014 (3) fil-qasam tal-industriji b'bażi bijoloġika għal perjodu sal-31 ta' Diċembru 2024 sabiex tiġi implimentata l-Inizjattiva Tekonoloġika Konġunta dwar l-Industriji b'Bażi Bijoloġika.

(4)

Ġew identifikati ħtiġijiet operattivi speċifiċi sabiex jiffaċilitaw u jħeġġu l-parteċipazzjoni ta' tipi speċifiċi ta' parteċipanti. Dawk il-ħtiġijiet operattivi speċifiċi huma r-riżultat tal-frammentazzjoni attwali ta' dan is-settur industrijali li għadu jibda b'ħafna partijiet interessati industrijali żgħar u medji. Il-parteċipazzjoni ta' dawk il-partijiet interessati flimkien mal-istabbilimenti ta' edukazzjoni sekondarja u għolja u stabbilimenti oħra fl-Impriża Konġunta tal-Industriji b'Bażi Bijoloġika għandha tiġi ffaċilitata u mħeġġa wkoll minħabba l-importanza rikonoxxuta tagħhom fir-riċerka u l-iżvilupp. Sabiex jinkiseb livell ottimali ta' effett ta' lieva fuq l-investiment privat, dawk il-partijiet interessati biss għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament ta' azzjonijiet minbarra azzjonijiet ta' innovazzjoni mill-Impriża Konġunta tal-Industriji b'Bażi Bijoloġika.

(5)

Għaldaqstant, huwa xieraq li tiġi stabbilita deroga mill-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 1290/2013 sabiex tiġi limitata l-eliġibbiltà għall-finanzjament, għal azzjonijiet minbarra azzjonijiet ta' innovazzjoni, għal entitajiet bħal intrapriżi żgħar u medji jew stabbilimenti tal-edukazzjoni sekondarja u għolja,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

B'deroga mill-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 1290/2013, fir-rigward tal-Impriża Konġunta tal-Industriji b'Bażi Bijoloġika, il-parteċipanti li ġejjin biss għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament mill-Impriża Konġunta tal-Industriji b'Bażi Bijoloġika għal azzjonijiet fil-qasam tal-industriji b'bażi bijoloġika minbarra l-azzjonijiet innovattivi:

(a)

intrapriżi żgħar u medji;

(b)

stabbilimenti tal-edukazzjoni sekondarja u għolja;

(c)

entitajiet legali mingħajr skop ta' qligħ, inklużi dawk li jwettqu r-riċerka jew l-iżvilupp teknoloġiku bħala wieħed mill-għanijiet prinċipali tagħhom;

(d)

iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka;

(e)

organizzazzjonijiet internazzjonali b'interess Ewropew.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Frar 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 81

(2)  Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 104).

(3)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 560/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'bażi Bijoloġika (ĠU L 169, 7.6.2014, p. 130).


13.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 174/14


REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 624/2014

tal-14 ta' Frar 2014

li jistabbilixxi deroga mir-Regolament (UE) Nru 1290/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli għal parteċipazzjoni u disseminazzjoni f'“Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020)” fir-rigward tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1290/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi r-regoli għal parteċipazzjoni u disseminazzjoni f'“Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020)” u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1906/2006 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(3)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jistabbilixxi l-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) (Orizzont 2020) u jistipula l-involviment tal-Unjoni fi sħubiji pubbliċi u privati, inklużi f'impriżi konġunti, f'oqsma ewlenin fejn ir-riċerka u l-innovazzjoni jistgħu jikkontribwixxu għall-miri kompetittivi usa' tal-Unjoni u jgħinu jittrattaw l-isfidi soċjetali.

(2)

Il-parteċipazzjoni f'azzjonijiet indiretti skont Orizzont 2020 għandha tkun konformi mar-Regolament (UE) Nru 1290/2013. Madankollu, sabiex jitqiesu l-ħtiġijiet operattivi speċifiċi tal-impriżi konġunti stabbiliti skont l-Artikolu 187 tat-Trattat fil-qasam tal-ajrunawtika, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat ġiet delegata lill-Kummissjoni għat-tul kollu ta' Orizzont 2020, bil-għan li tippermetti li l-korpi ta' finanzjament stabbiliti skont l-Artikolu 187 tat-Trattat fil-qasam tal-ajrunawtika jnaqqsu l-għadd minimu ta' parteċipanti.

(3)

L-Impriża Konġunta Clean Sky 2 twaqqfet bir-[Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 558/2014 (3) fil-qasam tal-ajrunawtika għal perjodu sal-31 ta' Diċembru 2024. L-għan tagħha huwa li ttejjeb l-impatt ambjentali tat-teknoloġiji ajrunawtiċi Ewropej u tassigura l-kompetittività internazzjonali futura tal-industrija ajrunawtika Ewropea.

(4)

Ġew identifikati ħtiġijiet operattivi speċifiċi rigward ir-regoli għall-parteċipazzjoni f'Orizzont 2020, u b'mod partikolari l-għadd minimu ta' parteċipanti. Is-sejħiet għall-proposti mnedija mill-Impriża Konġunta huma speċifiċi u mmirati ħafna, biex joħolqu soluzzjonijiet innovattivi li jridu jiġu ffukati fuq proġetti ta' dimostrazzjoni finali. Barra minn hekk, il-fatt li entitajiet individwali tħallew iwieġbu għal sejħa għall-proposti tal-Impriża Konġunta Clean Sky kien effettiv ħafna biex jattira l-parteċipazzjoni ta' intrapriżi żgħar u medji (SMEs) kif ukoll ta' organizazzjonijiet tar-riċerka u universitajiet.

(5)

Sabiex jitkompla l-appoġġ għal parteċipazzjoni wiesa' ta' SMEs kif ukoll ta' organizzazzjonijiet tar-riċerka u universitajiet, huwa xieraq li tiġi provduta deroga mill-għadd minimu ta' parteċipanti stabbilit fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) Nru 1290/2013 sabiex entitajiet individwali jitħallew iwieġbu għal sejħa għall-proposti mnedija mill-Impriża Konġunta Clean Sky 2,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

B'deroga mill-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) Nru 1290/2013, fir-rigward ta' sejħiet għall-proposti maħruġa mill-Impriża Konġunta Clean Sky 2, il-kundizzjoni minima għandha tkun il-parteċipazzjoni ta' entità legali waħda stabbilita fi Stat Membru jew f'pajjiż assoċjat.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Frar 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 81.

(2)  Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 104).

(3)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 558/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Clean Sky 2 (ĠU L 169, 7.6.2014, p. 77).


13.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 174/16


REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 625/2014

tat-13 ta' Marzu 2014

li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill permezz ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw ir-rekwiżiti tal-istituzzjonijiet investituri, sponsors, mutwanti oriġinali u oriġinaturi marbuta ma' skoperturi għar-riskju tal-kreditu trasferit

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 410(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-ritenzjoni ta' interess ekonomiku għandha l-għan li tallinja interessi bejn il-partijiet billi rispettivament tittrasferixxi u tassumi r-riskju tal-kreditu tal-iskoperturi titolizzati. Meta entità tittitolizza l-obbligazzjonijiet tagħha stess, l-allinjament tal-interessi huwa stabbilit awtomatikament, irrispettivament minn jekk id-debitur finali jikkollateralizzax id-dejn tiegħu. Meta jkun ċar li r-riskju ta' kreditu jibqa' mal-oriġinatur, ir-ritenzjoni tal-interess mill-oriġinatur mhijiex neċessarja u ma ttejjibx il-pożizzjoni pre-eżistenti.

(2)

Huwa xieraq li jiġi ċċarat meta l-iskopertura għal riskju ta' kreditu trasferit titqies li sseħħ f'relazzjoni ma' ċerti każijiet speċifiċi fejn l-istituzzjonijiet, għajr meta jaġixxu bħala oriġinaturi, sponsors jew mutwanti oriġinali, jistgħu jsiru esposti għar-risku tal-kreditu ta' pożizzjoni ta' titolizzazzjoni, inkluż meta jaġixxu bħala kontraparti għal strument derivattiv bit-tranżazzjoni tat-titolizzazzjoni, bħala kontroparti ta' ħeġġ mat-tranżazzjoni tat-titolizzazzjoni, bħala fornitur ta' faċilità ta' likwidità għat-tranżazzjoni u fejn l-istituzzjonijiet ikollhom pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni fil-portafoll tan-negozju fil-kuntest ta' attivitajiet tal-ġenerazzjoni tas-suq.

(3)

Fi tranżazzjonijiet ta' rititolizzazzjoni, it-trasferiment ta' riskju tal-kreditu jseħħ fil-livell tal-ewwel titolizzazzjoni tal-assi u fit-tieni livell “ripakkeġġat” tat-tranżazzjoni. Iż-żewġ livelli tat-tranżazzjoni, u ż-żewġ każijiet ta' trasferiment korrispondenti tar-riskju tal-kreditu, huma indipendenti fir-rigward tar-rekwiżiti stipulati f'dan ir-Regolament. Ir-ritenzjoni ta' interess ekonomiku nett u d-diliġenza dovuta għandhom ikunu żgurati f'kull livell tat-tranżazzjoni mill-istituzzjonijiet li jsiru esposti għal riskju ta' kreditu trasferit f'dak il-livell partikolari. Għalhekk jekk istituzzjoni tiġi esposta biss għat-tieni livell ripakkeġġat tat-tranżazzjoni, ir-rekwiżiti marbuta mar-ritenzjoni ta' interess ekonomiku nett u d-diliġenza dovuta japplikaw biss għal dik l-istituzzjoni fir-rigward tat-tieni livell tat-tranżazzjoni. Fl-istess tranżazzjoni ta' rititolizzazzjoni, dawk l-istituzzjonijiet li saru esposti għall-ewwel livell ta' titolizzazzjoni tal-assi għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-ritenzjoni u tad-diliġenza xierqa fir-rigward tal-ewwel livell ta' titolizzazzjoni fit-tranżazzjoni.

(4)

Huwa xieraq li tiġi speċifikata f'aktar dettall l-applikazzjoni tal-impenn tar-ritenzjoni inkluża l-konformità meta jkun hemm oriġinaturi multipli, sponsors jew mutwanti oriġinali, dettalji dwar opzjonijiet differenti tar-ritenzjoni, dwar kif għandu jitkejjel ir-rekwiżit tar-ritenzjoni fl-oriġinazzjoni u fuq bażi kontinwa, u kif jiġu applikati l-eżenzjonijiet.

(5)

Il-Punti (a) sa (e) tal-Artikolu 405(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jistabbilixxu diversi opzjonijiet skont liema r-ritenzjoni rekwiżita tal-interess tista' tiġi ssodisfata. Dan ir-Regolament, jiċċara fid-dettall il-modi biex jiġi rrispettat kull wieħed minn dawk l-opzjonijiet.

(6)

Ir-ritenzjoni ta' interess tista' tinkiseb permezz ta' forma ta' ritenzjoni sintetika jew kontinġenti, sakemm dawn il-metodi jkunu konformi bis-sħiħ ma' waħda mill-opzjonijiet stipulati fi-punti (a) sa (e) tal-Artikolu 405(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, li għalihom il-forma sintetika jew kontinġenti ta' ritenzjoni tista' tiġi egwaljata, u bil-kundizzjoni li l-konformità mar-rekwiżiti tad-divulgazzjoni tkun żgurata.

(7)

L-iħħeġġjar jew il-bejgħ tal-interess ritenut huma pprojbiti fejn dawn it-tekniki jimminaw l-għan tar-rekwiżit tar-ritenzjoni, bl-implikazzjoni li dawn jistgħu jkunu permessi fejn ma jiħħeġġjawx ir-ritenitur kontra r-riskju tal-kreditu jew tal-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni ritenuti jew tal-iskoperturi ritenuti.

(8)

Sabiex tiġi żgurata ż-żamma kontinwa tal-interess ekonomiku nett, l-istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li ma jkunx hemm xi mekkaniżmu inkorporat fl-istruttura ta' titolizzazzjoni li bih ir-rekwiżit ta' ritenzjoni minima fl-oriġini neċessarjament jonqos aktar malajr milli l-interess trasferit. Bl-istess mod, l-interess ritenut ma għandux jingħata prijorità f'termini ta' flussi ta' flus biex preferenzjalment jibbenefika minn ħlas lura jew amortizzament b'tali mod li jaqa' taħt il-5 % tal-valur nominali tas-segmenti mibjugħa jew tal-iskoperturi titolizzati. Barra minn hekk, l-appoġġ tal-kreditu pprovdut lill-istituzzjoni jekk wieħed jassumi li dan ikun ġie espost għal xi pożizzjoni ta' titolizzazzjoni ma għandux jonqos b'mod sproporzjonat meta mqabbel mar-rata ta' ħlas lura fuq l-iskoperturi sottostanti.

(9)

L-istituzzjonijiet għandhom ikunu jistgħu jagħmlu użu minn mudelli finanzjarji żviluppati minn partijiet terzi, barra mill-ECAIs, sabiex jitnaqqsu l-piż amministrattiv u l-ispejjeż tal-konformità biex jiġu ssodisfati l-obbligi tad-diliġenza dovuta. L-istituzzjonijiet għandhom jużaw biss mudelli finanzjarji ta' parti terza ladarba jkunu ħadu ħsieb qabel ma jkunu investew, li jivvalidaw is-suppożizzjonijiet rilevanti, jagħtu struttura lill-mudelli u li jifhmu l-metodoloġija, is-suppożizzjonijiet u r-riżultati ta' dawn it-tip ta' mudelli.

(10)

Huwa essenzjali li jiġi speċifikat aktar kemm spiss l-istituzzjonijiet għandhom jirrieżaminaw il-konformità tagħhom mar-rekwiżiti ta' diliġenza dovuta, kif wieħed jivvaluta jekk huwiex xieraq jew le l-użu ta' politiki u proċeduri differenti għall-portafoll tan-negozjar u għall-portafoll mhux tan-negozjar, sabiex tiġi valutata l-konformità meta l-pożizzjonijiet jirrigwardaw il-korrelazzjoni tal-portafoll tan-negozju u jiġu ċċarati ċerti termini skont l-Artikolu 406, ir-Regolament (UE) Nru 575/2013, bħall-“karatteristiċi ta' riskju” u l-“karatteristiċi strutturali”.

(11)

Skont l-Artikolu 14(2)tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, entitajiet stabbiliti f'pajjiżi terzi li huma inklużi fil-konsolidazzjoni skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, iżda li ma jaqgħux direttament fl-ambitu ta' applikazzjoni tal-ponderazzjonijiet ta' riskju addizzjonali, għandhom, f'ċirkostanzi limitati, bħal għal skoperturi miżmuma fil-portafoll tan-negozjar għall-finijiet ta' attivitajiet ta' ġenerazzjoni tas-swieq, ma jitqisux li jkunu qed jiksru l-Artikolu 405 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. L-istituzzjonijiet ma għandhomx jitqiesu li huma fi ksur ta' dak l-Artikolu fejn tali skoperturi jew pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar ma jkunux materjali u ma jiffurmawx sehem sproporzjonat tal-attivitajiet tan-negozju, sakemm ikun hemm fehim sħiħ tal-iskoperturi jew pożizzjonijiet, u li jkunu ġew implimentati l-politiki u l-proċeduri formali li jkunu xierqa u proporzjonati ma' dik l-entità u għall-profil ġenerali tar-riskju tal-grupp.

(12)

Id-divulgazzjoni inizjali u kontinwa lill-investituri fil-livell tal-impenn tar-ritenzjoni u tad-dejta materjalment rilevanti kollha, inkluż dwar il-kwalità kreditizja u l-prestazzjoni tal-iskopertura sottostanti, hi neċessarja biex tiggarantixxi d-diliġenza dovuta fuq il-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni. Id-dejta żvelata għandha tinkludi d-dettalji tal-identità tar-ritenitur, l-opzjoni tar-ritenzjoni magħżula u l-impenn oriġinali u kontinwu biex jiġi ritenut interess ekonomiku. Fejn eżenzjonijiet previsti fl-Artikolu 405(3) u (4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 huma applikabbli, għandu jkun hemm divulgazzjoni espliċita ta' skoperturi titolizzati fejn ir-rekwiżit ta' ritenzjoni ma japplikax u r-raġuni għan-nuqqas ta' applikazzjoni.

(13)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-istandards tekniċi regolatorji abbozzati sottomessi mill-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Bankarja Ewropea) lill-Kummissjoni.

(14)

L-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Bankarja Ewropea) wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-istandards tekniċi regolatorji abbozzati li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati Bankarji stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DEFINIZZJONIJIET U SKOPERTURA GĦAR-RISKJU TA' TITOLIZZAZZJONI

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“ritenitur” tfisser entità li taġixxi bħala oriġinatur, sponsor jew mutwant oriġinali li żżomm interess ekonomiku nett fit-titolizzazzjoni skont l-Artikolu 405(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

(b)

“Forma sintetika ta' ritenzjoni” tfisser ir-ritenzjoni ta' interess ekonomiku permezz tal-użu ta' strumenti derivattivi.

(c)

“Forma kontinġenti ta' ritenzjoni” tfisser ir-ritenzjoni ta' interess ekonomiku permezz tal-użu tal-garanziji, ittra ta' krediti u forom simili oħra ta' appoġġ ta' kreditu li jiżguraw l-infurzar immedjat tar-ritenzjoni.

(d)

“Porzjon vertikali” tfisser porzjon li jesponi lid-detentur tiegħu għar-riskju tal-kreditu ta' kull porzjon maħruġ tat-tranżazzjoni tat-titolizzazzjoni fuq bażi prorata.

KAPITOLU II

SKOPERTURA GĦAR-RISKJU TAL-KREDITU TA' POŻIZZJONI TAT-TITOLIZZAZZJONI

Artikolu 2

Każijiet partikolari ta' skopertura għar-riskju tal-kreditu ta' pożizzjoni ta' titolizzazzjoni

1.   Fejn istituzzjoni taġixxi bħala kontroparti tad-derivattivi tal-kreditu jew kontroparti li tipprovdi l-ħeġġ jew bħala fornitur ta' faċilità ta' likwidità għal tranżazzjoni ta' titolizzazzjoni, hija għandha titqies li tkun esposta għar-riskju tal-kreditu ta' pożizzjoni ta' titolizzazzjoni meta d-derivattiva, il-ħeġġ jew il-faċilità ta' likwidità tassumi r-riskju tal-kreditu tal-iskoperturi titolizzati jew il-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni.

2.   Għall-finijiet tal-Artikolu 405 u 406 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, fejn faċilità ta' likwidità tikkonforma mal-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 255 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, il-fornitur ta' likwidità ma għandux jitqies li jkun espost għar-riskju tal-kreditu ta' pożizzjoni ta' titolizzazzjoni.

3.   Fil-kuntest ta' rititolizzazzjoni b'aktar minn livell wieħed jew titolizzazzjoni b'diversi tranżazzjonijiet diskreti sottostanti, istituzzjoni titqies li tkun esposta għar-riskju tal-kreditu biss tal-pożizzjoni jew tranżazzjoni individwali ta' titolizzazzjoni li tkun qed tassumi skopertura għaliha.

4.   L-istituzzjonijiet ma għandhomx jiġu kkunsidrati li jkunu qed jiksru l-Artikolu 405 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 skont l-Artikolu 14(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fuq bażi konsolidata sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-entità li żżomm pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni tkun stabbilita f'pajjiż terz u tkun inkluża fil-grupp konsolidat skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b)

il-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni jkunu ritenuti fil-portafoll tan-negozjar tal-entità msemmija fil-punt a) għall-finijiet ta' attivitajiet ta' ġenerazzjoni tas-suq;

(c)

il-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni ma jkunux materjali rigward il-profil tar-riskju globali tal-portafoll tan-negozjar tal-grupp imsemmi fil-punt a) u ma jiffurmawx sehem sproporzjonat tal-attivitajiet tan-negozju tal-grupp.

KAPITOLU III

RITENZJONI TA' INTERESS EKONOMIKU NETT

Artikolu 3

Ritenituri ta' interess ekonomiku materjali nett

1.   L-interess materjali ekonomiku nett ritenut ma jinqasamx bejn tipi differenti ta' ritenitur. Ir-rekwiżit li jinżamm interess materjali ekonomiku nett għandu jiġi ssodisfat b'mod sħiħ minn xi wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

l-oriġinatur jew oriġinaturi multipli;

(b)

l-isponsor jew sponsors multipli;

(c)

il-mutwanti oriġinali jew il-mutwanti oriġinali multipli.

2.   Fejn l-iskoperturi titolizzati jkunu maħluqa minn oriġinaturi multipli, ir-rekwiżit tar-ritenzjoni jiġi ssodisfat minn kull oriġinatur, fir-rigward tal-proporzjon tat-total tal-iskoperturi titolizzati li tagħhom ikun l-oriġinatur.

3.   Meta l-iskoperturi titolizzati jinħolqu minn diversi mutwanti oriġinali, ir-rekwiżit tar-ritenzjoni jitwettaq minn kull mutwant oriġinali, fir-rigward tal-proporzjon tat-total tal-iskoperturi titolizzati kollha li tagħhom huwa l-mutwant oriġinali.

4.   B'deroga mill-paragrafi 2 u 3, fejn l-iskoperturi titolizzati jinħolqu minn oriġinaturi multipli jew minn mutwanti oriġinali multipli, ir-rekwiżit ta' ritenzjoni jista' jiġi ssodisfat b'mod sħiħ minn oriġinatur wieħed jew mill-oriġinatur oriġinali sakemm tkun issodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-oriġinatur jew il-mutwant oriġinali jkun stabbilixxa u qed imexxi l-programm jew l-iskema tat-titolizzazzjoni;

(b)

l-oriġinatur jew il-mutwanti oriġinali jkunu stabbilixxew il-programm jew l-iskema tat-titolizzazzjoni u jkunu kkontribwixxew iktar minn 50 % tat-total tal-iskoperturi titolizzati.

5.   Fejn l-iskoperturi titolizzati kienu sponsorjati minn diversi sponsors, ir-rekwiżit tar-ritenzjoni jiġi ssodisfat minn jew:

(a)

l-isponsor li l-interess ekonomiku tiegħu huwa allinjat bl-aktar mod xieraq mal-investituri kif maqbul mill-isponsors multipli fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi inklużi l-istrutturi tal-miżati, l-involviment fl-istabbiliment u l-immaniġġar tal-programm jew l-iskema tat-titolizzazzjoni u l-iskopertura għar-riskju tal-kreditu tat-titolizzazzjonijiet;

(b)

minn kull wieħed mill-isponsors b'mod proporzjonali f'relazzjoni mal-għadd ta' sponsors.

Artikolu 4

L-issodisfar tar-rekwiżit tar-ritenzjoni permezz ta' forma sintetika jew kontinġenti ta' ritenzjoni

1.   Ir-rekwiżit tar-ritenzjoni jista' jiġi ssodisfat b'mod ekwivalenti għal waħda mill-opzjonijiet stipulati fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 405(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 permezz ta' forma sintetika jew kontinġenti ta' ritenzjoni, fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-ammont ritenut huwa mill-inqas ugwali għar-rekwiżit taħt l-opzjoni li għalih il-forma sintetika jew kontinġenti tar-ritenzjoni tista' tkun ekwata;

(b)

ir-ritenitur iddivulga espliċitament li se jżomm, fuq bażi kontinwa, interess materjali ekonomiku nett b'dak il-mod, inklużi d-dettalji tal-formola ta' ritenzjoni, il-metodoloġija użata fid-determinazzjoni tagħha u l-ekwivalenza ma' waħda minn dawk l-opzjonijiet.

2.   Fejn entità oħra għajr istituzzjoni ta' kreditu kif definit fl-Artikolu 4(1) (1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 taġixxi bħala ritenitur permezz ta' forma ta' ritenzjoni sintetika jew kontinġenti, l-interess ritenut fuq bażi sintetika jew kontinġenti jkun kollateralizzat kompletament fi flus likwidi u jinżamm fuq bażi segregata bħala fondi tal-klijenti kif imsemmi fl-Artikolu 13(8) tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

Artikolu 5

L-opzjoni ta' ritenzjoni (a) ritenzjoni prorata f'kull wieħed mill-porzjonijiet mibjugħa jew trasferiti lill-investituri

1.   Ritenzjoni ta' mhux inqas minn 5 % tal-valur nominali ta' kull segment mibjugħ jew trasferit kif imsemmi f'punt (a) tal-Artikolu 405(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jista' wkoll jinkiseb permezz ta' dawn li ġejjin:

(a)

ir-ritenzjoni ta' mill-inqas 5 % tal-valur nominali ta' kull waħda mill-iskoperturi titolizzati, sakemm ir-riskju tal-kreditu ta' tali skoperturi jkun kklassifikat pari passu jew ikun subordinat għal riskju tal-kreditu għall-istess skoperturi titolizzati. Fil-każ ta' titolizzazzjoni ċirkulanti, kif definita fl-Artikolu 242(13) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, dan jista' jseħħ permezz ta' ritenzjoni tal-interess tal-oriġinatur jekk wieħed jassumi li l-interess tal-oriġinatur kien ta' mill-inqas 5 % tal-valur nominali ta' kull waħda mill-iskoperturi titolizzati u kien ikklassifikat pari passu jew subordinat għar-riskju ta' kreditu li ġie titolizzat fir-rigward ta' dawk l-istess skoperturi;

(b)

il-provvediment, fil-kuntest ta' programm ABCP, ta' faċilità ta' likwidità li tista' tkun superjuri fil-waterfall kuntrattwali, meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

il-faċilità tal-likwidità tkopri 100 % tar-riskju tal-kreditu tal-iskoperturi titolizzati;

(ii)

il-faċilità ta' likwidità tkopri r-riskju tal-kreditu sakemm ir-ritenitur jista' jżomm l-interess ekonomiku permezz ta' faċilità ta' likwidità għall-pożizzjoni rilevanti ta' titolizzazzjoni;

(iii)

il-faċilità ta' likwidità hija provvduta mill-oriġinatur, l-isponsor jew il-mutwanti oriġinali fit-tranżazzjoni tat-titolizzazzjoni;

(iv)

l-istituzzjoni li ssir esposta għal titolizzazzjoni bħal din tkun ingħatat aċċess għal informazzjoni xierqa biex tkun tista' tivverifika li l-punti (i), (ii) u (iii) jkunu mħarsa.

(c)

Ritenzjoni ta' segment vertikali li għandu valur nominali ta' mhux inqas minn 5 % tal-valur nominali totali tal-porzjonijiet kollha maħruġa tan-noti.

Artikolu 6

L-opzjoni tar-ritenzjoni (b): ritenzjoni tal-interess tal-orġinatur għal skoperturi ċirkulanti

Ritenzjoni kif imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 405(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tista' tinkiseb billi jinżamm mill-inqas 5 % tal-valur nominali ta' kull waħda mill-iskoperturi titolizzati, sakemm ir-riskju tal-kreditu ritenut ta' tali skoperturi jkun ikkategorizzat pari passu jew subordinat għar-riskju tal-kreditu titolizzat għall-istess skoperturi.

Artikolu 7

Opzjoni ta' ritenzjoni (c): ritenzjoni ta' skoperturi magħżula b'mod aleatorju

1.   Il-ġabra ta' mill-inqas 100 skopertura potenzjalment titolizzati li minnhom l-iskoperturi miżmuma u titolizzati għandhom ikunu magħżula b'mod aleatorju, imsemmi fil-punt (c) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 405(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ikunu differenti biżżejjed biex tiġi evitata l-konċentrazzjoni eċċessiva tal-interess ritenut. Meta jkun qed iħejji l-proċess tal-għażla, ir-ritenitur jieħu kont tal-fatturi kwantitattivi u kwalitattivi sabiex jiżgura li d-distinzjoni bejn skoperturi ritenuti u titolizzati tkun ġenwinament aleatorja. Ir-ritenitur ta' skoperturi magħżula b'mod aleatorju jikkunsidra, fejn xieraq, fatturi bħall-epoka, il-prodott, il-ġeografija, id-data tal-oriġini, id-data tal-maturità, il-proporzjon tas-self mal-valur, it-tip ta' proprjetà, is-settur tal-industrija, u self pendenti tal-bilanċ meta jagħżel l-iskoperturi.

2.   Ir-ritenitur ma jikklassifikax skoperturi individwali differenti bħala skoperturi ritenuti f'punti differenti fiż-żmien, sakemm dan mhuwiex meħtieġ biex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit tar-ritenzjoni fir-rigward ta' titolizzazzjoni fejn l-iskoperturi titolizzati jvarjaw matul iż-żmien, jew minħabba skoperturi ġodda miżjuda mat-titolizzazzjoni jew minħabba tibdil fil-livell ta' skoperturi titolizzati individwali.

Artikolu 8

Opzjoni ta' ritenzjoni (d): ritenzjoni tas-segment tal-ewwel telf

1.   Ir-ritenzjoni tas-segment tal-ewwel telf skont il-punt (d) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 405(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tiġi ssodisfata jew minn pożizzjonijiet fil-karta bilanċjali jew minn pożizzjonijiet mhux fil-karta bilanċjali u tista' tiġi ssodisfata wkoll minn xi waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

il-forniment ta' forma kontinġenti ta' ritenzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 1(1)(c), jew ta' faċilità ta' likwidità fil-kuntest ta' programm ABCP, li tissodisfa l-kriterji li ġejjin:

(i)

tkopri mill-inqas 5 % tal-valur nominali tal-iskoperturi titolizzati;

(ii)

tikkostitwixxi pożizzjoni tal-ewwel telf fir-rigward tat-titolizzazzjoni;

(iii)

tkopri r-riskju tal-kreditu għat-tul kollu tal-impenn ta' ritenzjoni;

(iv)

hija pprovduta mill-oriġinatur, l-isponsor jew il-mutwanti oriġinali fit-titolizzazzjoni;

(v)

l-istituzzjoni li ssir esposta għal titolizzazzjoni bħal din tkun ingħatat aċċess għal informazzjoni xierqa biex tkun tista' tivverifika li l-punti (i), (ii), (iii) u (iv) jkunu mħarsa.

(b)

il-kollateralizzazzjoni żejda, bħala forma ta' tisħiħ tal-kreditu, jekk dik il-kollateralizzazzjoni żejda taġixxi bħala ritenzjoni tal-“ewwel telf” ta' mhux inqas minn 5 % tal-valur nominali tas-segmenti maħruġa mit-titolizzazzjoni.

2.   Fejn is-segment tal-ewwel telf jaqbeż il-5 % tal-valur nominali tal-iskoperturi titolizzati, ikun possibbli li r-ritenitur iżomm biss parti mit-tali porzjon tal-ewwel telf, fejn dan il-porzjoni huwa ekwivalenti għal mill-inqas 5 % tal-valur nominali tal-iskoperturi titolizzati.

3.   Għat-twettiq tar-rekwiżit tar-retenzjoni tar-riskju fil-livell tal-iskema tat-titolizzazzjoni, l-istituzzjonijiet iqisu l-eżistenza ta' tranżazzjonijiet sottostanti li fihom l-oriġinaturi jew il-mutwanti oriġinali jirritjenu skopertura tal-ewwel telf fil-livell speċifiku għat-tranżazzjonijiet.

Artikolu 9

Opzjoni ta' ritenzjoni (e): ritenzjoni tal-ewwel telf f'kull skopertura titolizzata

1.   Ir-ritenzjoni tal-iskopertura tal-ewwel telf fil-livell ta' kull skopertura titolizzata skont il-punt (e) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 405(1) tiġi applikata sabiex ir-riskju ta' kreditu ritenut ikun dejjem subordinat għar-riskju ta' kreditu li jkun ġie titolizzat fir-rigward ta' dawk l-istess skoperturi.

2.   Ir-ritenzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tista' titwettaq permezz tal-bejgħ b'valur skontat tal-iskoperturi sottostanti mill-oriġinatur jew mil-mutwant oriġinali, fejn l-ammont tal-iskont ikun mhux inqas minn 5 % tal-valur nominali ta' kull skopertura fejn l-ammont tal-bejgħ bi skont ikun ripagabbli biss lill-oriġinatur jew lill-mutwant oriġinali, fejn mhux assorbit minn telf relatat mar-riskju tal-kreditu assoċjat mal-iskoperturi titolizzati.

Artikolu 10

Il-kejl tal-livell ta' ritenzjoni

1.   Fejn ikun qed jitkejjel il-livell ta' ritenzjoni ta' interess ekonomiku nett, ikunu applikabbli l-kriterji li ġejjin:

(a)

l-oriġinazzjoni titqies bħala l-mument li fih kienu titolizzati l-ewwel skoperturi;

(b)

il-kalkolu tal-livell ta' ritenzjoni jkun ibbażat fuq il-valuri nominali u l-prezz tal-akkwist ta' assi ma jitqiesx;

(c)

“marġni pożittiv” kif definit fl-Artikolu 242(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ma jitqiesx meta jiġi kkalkulat l-interess ekonomiku nett tar-ritenitur;

(d)

L-istess opzjoni u metodoloġija tar-ritenzjoni tintuża sabiex jiġi kkalkulat l-interess ekonomiku nett matul il-ħajja tat-tranżazzjoni ta' titolizzazzjoni, sakemm ċirkostanzi eċċezzjonali ma jitolbux bidla u l-bidla ma tintużax bħala mezz sabiex jitnaqqas l-ammont tal-interess ritenut;

2.   Flimkien mal-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1, sakemm ma jkunx hemm mekkaniżmu inkorporat li bih l-interess ritenut fl-oriġinazzjoni jonqos aktar malajr mill-interess trasferit, l-issodisfar tar-rekwiżit ta' ritenzjoni ma jitqiesx bħala affettwat mill-amortizzament tar-ritenzjoni permezz tal-allokazzjoni ta' fluss ta' flus jew permezz tal-allokazzjoni ta' telf, li, effettivament inaqqas il-livell ta' ritenzjoni matul iż-żmien. Ritenitur ma jintalabx biex kontinwament jerġa' jimla jew jaġġusta mill-ġdid l-interess ritenut tiegħu għal mill-inqas 5 % hekk kif it-telf jiġi realizzat fuq l-iskoperturi jew allokat għall-pożizzjoni ritenuta tiegħu.

Artikolu 11

Kejl ta' ritenzjoni għal ammonti mhux użati fi skoperturi fil-forma ta' faċilitajiet ta' kreditu

Il-kalkolu tal-interess ekonomiku nett li għandu jiġi ritenut għall-faċilitajiet ta' kreditu, inklużi karti ta' kreditu, ikun ibbażat biss fuq l-ammonti li diġà ġew miġbuda, realizzati jew riċevuti u jiġu aġġustati skont it-tibdiliet f'dawk l-ammonti.

Artikolu 12

Projbizzjoni tal-iħħeġġjar jew il-bejgħ tal-interess ritenut

1.   L-obbligu fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 405(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li ma jkunx hemm assoġġettar tal-interess ekonomiku nett ritenut għal kwalunkwe mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu, pożizzjonijiet qosra, jew ħeġġ jew bejgħ ieħor, għandha tiġi applikata b'kunsiderazzjoni għall-għan tar-rekwiżit ta' ritenzjoni u bil-kunsiderazzjoni tas-sustanza ekonomika tat-tranżazzjoni. Ħeġġijiet tal-interess ekonomiku nett ma jitqiesux bħala ħeġġ għall-finijiet tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 405(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u jistgħu għaldaqstant ikunu permessi biss fejn dawn ma jiħħeġġjawx ir-ritenitur kontra r-riskju tal-kreditu jew tal-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni ritenuti jew l-iskoperturi ritenuti.

2.   Ir-ritenitur jista' juża kwalunkwe skopertura jew pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni ritenuti bħala kollateral għal skopijiet ta' finanzjament assigurat, sakemm dan l-użu ma jittrasferixxix ir-riskju ta' kreditu ta' dawn l-skoperturi ritenuti jew pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni lil parti terza.

Artikolu 13

Eżenzjonijiet għall-Artikolu 405(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

It-tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 405(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jinkludu pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni fil-portafoll tan-negozjar ta' korrelazzjoni, li huma strumenti ta' referenza li jissodisfaw il-kriterju fl-Artikolu 338(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew huma eliġibbli għall-inklużjoni fil-portafoll tan-negozjar ta' korrelazzjoni.

Artikolu 14

Ritenzjoni fuq bażi ta' konsolidament

Istituzzjoni li tissodisfa r-rekwiżit ta' ritenzjoni fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata tal-istituzzjoni ta' kreditu prinċipali relatata tal-UE, kumpanija azzjonarja finanzjarja tal-UE, jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta tal-UE skont l-Artikolu 405(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, fil-każ li r-ritenitur ma jkunx għadu inkluż fl-ambitu tas-superviżjoni fuq bażi konsolidata, tiżgura li waħda jew aktar mill-entitajiet li jibqgħu li jkunu inklużi fl-ambitu tas-superviżjoni fuq bażi konsolidata tassumi skopertura għat-titolizzazzjoni sabiex jiġi żgurat it-twettiq kurrenti tar-rekwiżit.

KAPITOLU IV

REKWIŻITI TA' DILIĠENZA DOVUTA GĦALL-ISTITUZZJONIJIET LI JSIRU ESPOSTI GĦAL POŻIZZJONI TA' TITOLIZZAZZJONI

Artikolu 15

L-esternalizzazzjoni u kunsiderazzjonijiet ġenerali oħrajn

1.   Fejn ma hemm l-ebda informazzjoni oħra disponibbli dwar l-iskoperturi speċifiċi li jridu jiġu titolizzati, inkluż fejn skoperturi jakkumulaw qabel it-titolizzazzjoni tagħhom jew jekk ikunux jistgħu jiġu sostitwiti f'titolizzazzjoni ċirkolanti eżistenti, istituzzjoni tkun meqjusa li tissodisfa l-obbligi tagħha ta' diliġenza dovuta msemmija fl-Artikolu 406 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, għal kull waħda mill-pożizzjonijiet tat-titolizzazzjoni tagħha fuq il-bażi tal-kriterji ta' eliġibbiltà rilevanti għal dawn l-iskoperturi.

2.   Meta jiġu esternalizzati ċerti kompiti tal-proċess għat-twettiq tal-obbligi stipulati fl-Artikolu 406 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, inkluż iż-żamma tar-rekords, l-istituzzjonijiet li jsiru esposti għar-riskji ta' titolizzazzjoni jżommu kontroll sħiħ ta' dak il-proċess.

Artikolu 16

L-ispeċifikazzjoni ta' karatteristiki ta' riskju u karatteristiki strutturali

1.   Il-karatteristiki tar-riskju tal-pożizzjoni individwali ta' titolizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 406(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jinkludu l-karatteristiki l-aktar xierqa u materjali li ġejjin, bħal:

(a)

segment tal-livell ta' superjorità;

(b)

profil tal-fluss ta' flus;

(c)

kwalunkwe klassifikazzjoni eżistenti;

(d)

prestazzjoni storika ta' segmenti simili;

(e)

obbligazzjonijiet relatati mal-porzjonijiet inklużi fid-dokumentazzjoni relatata mat-titolizzazzjoni;

(f)

tisħiħ fil-kreditu.

2.   Il-karatteristiċi tar-riskju tal-iskoperturi sottostanti għall-pożizzjoni ta' titolizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 406(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandhom jinkludu l-karatteristiċi l-aktar xierqa u materjali, inkluża l-informazzjoni tal-prestazzjoni msemmija fl-Artikolu 406(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward ta' skoperturi għal ipoteki residenzjali. L-istituzzjonijiet jidentifikaw metriċi xierqa u komparabbli għall-analiżi tal-karatteristiki tar-riskju ta' klassijiet oħra tal-assi.

3.   Karatteristiki strutturali addizzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 406(1)(g) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jinkludu strumenti derivattivi, garanziji, ittra ta' krediti u forom simili oħra ta' appoġġ ta' kreditu.

Artikolu 17

Frekwenza tar-rieżami

L-istituzzjonijiet jirrieżaminaw il-konformità tagħhom mal-Artikolu 406 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 wara li jkunu saru esposti għal pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni mill-anqas darba fis-sena u aktar spiss, hekk kif l-istituzzjonijiet isiru konxji minn ksur tal-obbligi inklużi fid-dokumentazzjoni dwar it-titolizzazzjoni jew ta' bidla materjali f'xi wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

karatteristiki strutturali li jista' jkollhom impatt materjali fuq il-prestazzjoni tal-pożizzjoni ta' titolizzazzjoni;

(b)

il-karatteristiki tar-riskju tal-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni u tal-iskoperturi sottostanti.

Artikolu 18

Testijiet tal-istress

1.   It-testijiet tal-istress imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 406(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jinkludu l-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni kollha rilevanti u jiġu inkorporati fl-istrateġiji u l-proċessi tal-ittestjar tal-istress li l-istituzzjonijiet iwettqu skont il-proċess ta' valutazzjoni tal-adegwatezza kapitali interna speċifikat fl-Artikolu 73 tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

2.   Sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-testijiet tal-istress imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 406(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw mudelli finanzjarji komparabbli żviluppati minn partijiet terzi, barra minn dawk żviluppati minn ECAIs, sakemm jistgħu juru, meta mitluba, li jkunu taw l-attenzjoni dovuta, qabel ma investew li jivvalidaw is-suppożizzjonijiet rilevanti u l-istrutturar tal-mudelli tagħhom u biex jifhmu l-metodoloġija, is-suppożizzjonijiet u r-riżultati.

3.   Waqt it-twettiq tat-testijiet tal-istress imsemmija fl-Artikolu 406(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fi programm ABCP kif imsemmi fl-Artikolu 242(9) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, li huwa appoġġat minn faċilità ta' likwidità li tkopri kompletament ir-riskju tal-kreditu tal-iskoperturi titolizzati, l-istituzzjonijiet jistgħu jwettqu test tal-istress dwar l-affidabbiltà kreditizja tal-fornitur tal-faċilità ta' likwidità aktar milli fuq l-iskoperturi titolizzati.

Artikolu 19

Skoperturi fil-portafoll tan-negozjar u l-portafoll mhux tan-negozjar

1.   Iż-żamma ta' pożizzjoni ta' titolizzazzjoni fil-portafoll tan-negozjar jew fil-portafoll mhux tan-negozjar rispettivament ma jirrappreżentawx ġustifikazzjoni biżżejjed fiha nnifisha għall-applikazzjoni ta' politiki u proċeduri differenti jew ta' rieżami ta' intensità differenti biex jiġu ssodisfati l-obbligi tad-diliġenza dovuta msemmija fl-Artikolu 406 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Fid-determinazzjoni ta' jekk politiki u proċeduri differenti jew rieżami ta' intensità differenti għandhomx jiġu applikati, jiġu kkunsidrati l-fatturi rilevanti kollha li jkollhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju ta' kull wieħed mill-portafolli u tal-pożizzjonijiet rilevanti ta' titolizzazzjoni, inkluż id-daqs tal-pożizzjonijiet, l-impatt fuq il-bażi kapitali istituzzjonali matul perjodu ta' stress, u l-konċentrazzjoni ta' riskju fuq tranżazzjoni, emittent, jew klassi ta' assi waħda specifika.

2.   L-istituzzjonijiet jiżguraw li kull bidla materjali li żżid il-profil ta' riskju tal-pożizzjonijiet tat-titolizzazzjoni fil-portafoll tan-negozjar u fil-portafoll mhux tan-negozjar tagħhom tkun riflessa b'mod xieraq b'bidla xierqa fil-proċeduri tagħhom ta' diliġenza dovuta fir-rigward ta' dawk il-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni. F'dan ir-rigward, l-istituzzjonijiet jidentifikaw fil-politiki u l-proċeduri formali tagħhom tal-portafoll tan-negozjar u tal-portafoll mhux tan-negozjar, iċ-ċirkostanzi li jiskattaw rieżami tal-obbligi ta' diliġenza dovuta.

Artikolu 20

Pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar ta' korrelazzjoni

L-Artikolu 406 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jitqies li jkun ġie rrispettat meta jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni jew huma miżmuma fil-portafoll tan-negozjar ta' korrelazzjoni, u huma strumenti ta' referenza kif imsemmi fl-Artikolu 338(1)(b) ta' dak ir-Regolament, jew huma eliġibbli għall-inklużjoni fil-portafoll tan-negozjar ta' korrelazzjoni;

(b)

l-istituzzjoni tikkonforma mal-Artikolu 377 ta' dak ir-Regolament fir-rigward tal-ikkalkular tar-rekwiżiti ta' fondi proprji fir-rigward tal-portafoll tan-negozjar ta' korrelazzjoni;

(c)

l-approċċ tal-istituzzjoni għall-kalkolu tal-fondi proprji fir-rigward tal-portafoll tan-negozjar tagħha tirriżulta f'fehim komprensiv u sħiħ tal-profil tar-riskju tal-investiment tagħha fil-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni;

(d)

l-istituzzjoni implimentat politiki u proċeduri formali xierqa għall-portafoll tan-negozjar ta' korrelazzjoni tagħha u b'mod proporzjonali mal-profil tar-riskju tal-investimenti tagħha fil-pożizzjonijiet titolizzati korrispondenti, għall-analiżi u r-reġistrazzjoni tal-informazzjoni rilevanti msemmija fl-Artikolu 406(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

KAPITOLU V

REKWIŻITI GĦALL-ORIĠINATURI, L-ISPONSORS U L-MUTWANTI ORIĠINALI

Artikolu 21

Politiki għall-għoti ta' kreditu

1.   It-twettiq tal-obbligu msemmi fl-Artikolu 408 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 mill-istituzzjonijiet oriġinaturi jew sponsors ma jimplikax li t-tipi ta' min jissellef u prodotti ta' self għandhom ikunu l-istess għal skoperturi titolizzati u mhux titolizzati

2.   Fejn l-istituzzjonijiet sponsor u oriġinatur ma jkunux involuti fl-għoti tal-kreditu oriġinali tal-skoperturi li jkunu se jiġu titolizzati, jew ma jkunux attivi fl-għoti tal-kreditu tat-tipi speċifiċi ta' skoperturi li jkunu se jiġu titolizzati, dawk l-istituzzjonijiet jiżguraw li huma jiksbu l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jivvalutaw jekk il-kriterji applikati fl-għoti ta' kreditu għal dawn l-iskoperturi humiex sodi u definiti sew bl-istess mod bħall-kriterji applikati għal skoperturi mhux titolizzati.

Artikolu 22

Divulgazzjoni tal-livell tal-impenn li jinżamm interess ekonomiku nett

1.   Ir-ritenitur għandu, skont l-Artikolu 409 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jiddivulga lill-investituri tal-anqas l-informazzjoni li ġejja dwar il-livell tal-impenn tiegħu li jżomm interess ekonomiku nett fit-titolizzazzjoni:

(a)

il-konferma tal-identità tar-ritenitur u dwar jekk hux qiegħed jirritjeni bħala oriġinatur, sponsor jew muwanti oriġinali;

(b)

jekk il-modalitajiet previsti fil-punti (a), (b), (c), (d) jew (e) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 405(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ikunux ġew applikati sabiex jinżamm interess ekonomiku nett;

(c)

kull bidla għall-modalità biex jinżamm interess ekonomiku nett kif imsemmi fil-punt (b) skont l-Artikolu 10(1)(d);

(d)

konferma tal-livell tar-ritenzjoni fl-oriġinazzjoni u tal-impenn biex issir ir-ritenzjoni fuq bażi kontinwa, li tirrelata biss mal-kontinwazzjoni tal-issodisfar tal-obbligu oriġinali u ma tirrikjedix dejta fuq il-valur nominali jew tas-suq, jew kwalunkwe indeboliment jew valwazzjoni 'l isfel fuq l-interess ritenut.

2.   Fejn l-eżenzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 3 jew 4 tal-Artikolu 405 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 japplikaw għal tranżazzjoni ta' titolizzazzjoni, l-istituzzjonijiet li jaġixxu bħala oriġinatur, sponsor jew mutwant oriġinali jiżvelaw informazzjoni dwar l-eżenzjoni applikabbli għall-investituri.

3.   Id-divulgazzjoni ddokumentata fil-paragrafi 1 u 2 tkun iddokumentata b'mod xieraq u titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, ħlief fi tranżazzjonijiet bilaterali jew privati fejn divulgazzjoni privata tkun meqjusa suffiċjenti mill-partijiet. L-inklużjoni ta' dikjarazzjoni dwar l-impenn tar-ritenzjoni fil-prospett għat-titoli maħruġa taħt il-programm ta' titolizzazzjoni titqies bħala mezz xieraq biex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit.

4.   Id-divulgazzjoni tiġi kkonfermata wkoll wara l-oriġinazzjoni bl-istess regolarità bħall-frekwenza tar-rappurtar tat-tranżazzjoni, mill-inqas kull sena u f'kull waħda miċ-ċirkustanzi li ġejjin:

(a)

fejn iseħħ ksur tal-impenn tar-ritenzjoni msemmi fl-Artikolu 405(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b)

fejn il-prestazzjoni tal-pożizzjoni ta' titolizzazzjoni jew il-karatteristiki tar-riskju tat-titolizzazzjoni jew tal-iskoperturi sottostanti jinbidlu materjalment;

(c)

wara ksur ta' obbligi inklużi fid-dokumentazzjoni relatata mat-titolizzazzjoni;

Artikolu 23

Divulgazzjoni ta' dejta materjalment rilevanti

1.   L-oriġinaturi, l-isponsors u l-mutwanti oriġinali jiżguraw li d-dejta materjalment rilevanti skont l-Artikolu 409 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tkun faċilment aċċessibbli għall-investituri, mingħajr piż amministrattiv eċċessiv.

2.   Id-divulgazzjoni xierqa msemmija fl-Artikolu 409 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 issir mill-inqas kull sena u fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)

fejn il-prestazzjoni tal-pożizzjoni ta' titolizzazzjoni jew il-karatteristiki tar-riskju tat-titolizzazzjoni jew tal-iskoperturi sottostanti jinbidlu materjalment;

(b)

wara ksur ta' obbligi inklużi fid-dokumentazzjoni relatata mat-titolizzazzjoni;

(c)

Sabiex id-dejta tiġi kkunsidrata bħala materjalment rilevanti fir-rigward tal-iskoperturi sottostanti individwali, hija, b'mod ġenerali, tiġi pprovduta separatament għal kull self. Madankollu hemm każijiet fejn l-informazzjoni tista' tiġi pprovduta fuq bażi aggregata. Fl-ivvalutar ta' jekk l-informazzjoni aggregata hijiex biżżejjed, il-fatturi li għandhom jiġu kkunsidrati jinkludu l-granularità tal-pool sottostanti u jekk l-immaniġġar tal-iskoperturi f'dak il-pool huwiex ibbażat fuq il-pool innifsu jew fuq bażi ta' self b'self.

3.   L-obbligu tad-divulgazzjoni huwa suġġett għal kull rekwiżit ġuridiku u regolatorju ieħor applikabbli għar-ritenitur.

KAPITOLU VI

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 24

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Marzu 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1

(2)  Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).

(3)  Id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1).

(4)  Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).


13.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 174/26


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 626/2014

tal-10 ta' Ġunju 2014

li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa nomenklatura tal-oġġetti, minn hawn 'il quddiem imsejħa bħala n-“Nomenklatura Magħquda” jew “NM”, li hija stabbilita fl-Anness I għal dak ir-Regolament.

(2)

Jeżistu opinjonijiet diverġenti fir-rigward tal-klassifikazzjoni (fl-intestaturi tan-NM 2207 u 3824) ta' taħlitiet li fihom l-alkoħol etiliku użat bħala materja prima għall-produzzjoni tal-fjuwils għall-vetturi bil-mutur.

(3)

Fl-interess taċ-ċertezza legali, huwa għalhekk meħtieġ li jiġi ċċarat l-ambitu tas-subintestatura tan-NM 2207 20 rigward l-alkoħol etiliku denaturat.

(4)

Is-subintestatura tan-NM 2207 20 għandha tkopri alkoħol etiliku b'saħħa alkoħolika skont il-volum ta' 50 % jew ogħla, b'mod partikolari taħlitiet ibbażati fuq l-alkoħol etiliku użati għall-produzzjoni ta' fjuwil għall-vetturi motorizzati, denaturat biż-żieda ta' ċerti sustanzi mal-alkoħol etiliku sabiex isir inadegwat għall-konsum uman b'mod irriversibbli.

(5)

L-istandard Ewropew EN 15376, intitolat “Karburanti għall-karozzi — Etanol bħala bażi għat-taħlit mal-petrol — Rekwiżiti u metodi ta' ttestjar” u approvat mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni fl-24 ta' Diċembru 2010, jikkontribwixxi għall-objettivi tal-Unjoni Ewropea bl-istandards tekniċi volontarji li jippromwovi l-kummerċ ħieles u jikkompletaw is-suq uniku. Fil-punt 4.3 huwa jipprovdi lista tad-denaturanti rrakkomandati li mhumiex ta' ħsara għas-sistemi tal-vetturi. Is-sustanzi msemmija fil-lista huma: petrol tal-karozzi li jikkonforma ma' EN 228, etil terzjarju butil eteru (ETBE), metil terzjarju butil eteru (MTBE), alkoħol butil terzjarju (TBA), 2-metil-1-propanol (isobutanol), u 2-propanol (isopropanol). Wieħed jew aktar minn dawn id-denaturanti jistgħu jintużaw fit-taħlita, ħlief l-isobutanol u l-isopropanol li huma faċilment separabbli mit-taħlita. Għalhekk huma meħtieġ li huma dejjem jintużaw flimkien ma' denaturant ieħor.

(6)

Nota Addizzjonali ġdida għandha għalhekk tiżdied fil-Kapitolu 22 tal-Parti Tnejn tan-NM biex tiġi żgurata l-interpretazzjoni uniformi tagħha madwar l-Unjoni.

(7)

Il-Kumitat tal-Kodiċi Doganali ma ħariġx opinjoni fil-limiti ta' żmien preskritt mill-president tal-kumitat,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fil-Kapitolu 22 ta' Parti Tnejn tan-Nomenklatura Magħquda stipulata fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, tiddaħħal in-Nota addizzjonali 12 li ġejja:

“12.

Is-subintestatura 2207 20 tkopri taħlit ta' alkoħol etiliku użat bħala materja prima għall-produzzjoni tal-fjuwils għal vetturi bil-mutur ta' qawwa alkoħolika skont il-volum, ta' 50 % jew ogħla u denaturat permezz ta' sustanza minn dawn li ġejjin jew aktar:

(a)

Petrol tal-karozzi (konformi ma' EN 228);

(b)

Tert-butil etil eter (etil-tertio-butil-eter, ETBE);

(c)

Metil tert butil eteru (MTBE);

(d)

2-metilpropan-2-ol (tert-butil alcoħol, (alkoħol butil terzjarju, TBA);

(e)

2-metilpropan-1-ol (2-metil- 1-propanol, isobutanol);

(f)

propan-2-ol (isopropil alcoħol, 2-propanol, isopropanol).

Id-denaturanti msemmija fil-punti (e) u (f) tal-ewwel paragrafu għandhom jintużaw f'kombinazzjoni ma' tal-anqas waħda mis-sustanzi denaturanti elenkati fil-punti minn (a) sa (d) tal-ewwel paragrafu.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kummissjoni

F'isem il-President

Algirdas ŠEMETA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.


13.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 174/28


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 627/2014

tat-12 ta' Ġunju 2014

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 582/2011 biex jiġi adattat għall-progress tekniku fir-rigward ta' monitoraġġ ta' materja partikolata tas-sistema dijanjostika abbord il-vettura

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur u magni rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 u d-Direttiva 2007/46/KE u li jħassar id-Direttivi 80/1269/KEE, 2005/55/KE u 2005/78/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(4) u l-Artikolu 12(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 582/2011 (2) jistabbilixxi l-obbligu tal-Kummissjoni li twettaq reviżjoni dwar il-fattibbiltà teknika ta' monitoraġġ, għal vetturi ta' tqabbid bil-kompressjoni, il-prestazzjoni ta' filtru tal-partikuli tad-diżil (DPF) meta mqabbla mal-ogħla limiti tas-sistema dijanjostika abbord il-vettura (OTLs) stabbiliti fit-Tabella 1 tal-Anness X ta' dak ir-Regolament.

(2)

Il-Kummissjoni wettqet dik ir-reviżjoni u kkonkludiet li t-teknoloġija kapaċi mill-monitoraġġ tal-prestazzjoni tad-DPF meta mqabbla mal-OTLs hija disponibbli. Madankollu, minn dik ir-reviżjoni jirriżulta wkoll li huwa xieraq li tiġi diferita d-data tal-implimentazzjoni ta' dawk ir-rekwiżiti tal-prestazzjoni tad-DPF sabiex jingħata biżżejjed żmien lill-industrija biex tiżgura d-disponibilità tat-tagħmir f'termini ta' produzzjoni tal-massa u l-adattament tagħha għall-vetturi. Huwa għalhekk meħtieġ li tiġi adattata t-Tabella 1 tal-Appendiċi 9 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 582/2011, sabiex tiġi inkluża d-data ta' implimentazzjoni l-ġdida.

(3)

Barra minn hekk, u fil-każ ta' magni ta' tqabbid bl-ispark plaggs, it-Tabella 1 tal-Appendiċi 9 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 582/2011 għandha tiġi adattata wkoll billi tiddaħħal kolonna li tirreferi għall-ħtieġa li l-livelli ta' monossidu tal-karbonju jiġu mmonitorjati waqt li jiġu mqabbla mal-OTLs stabbiliti fit-Tabella 2 tal-Anness X tar-Regolament (UE) Nru 582/2011, kif ukoll il-kolonna li tirreferi għar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 6. sa 6.5.5.1 tal-Anness X ta' dak ir-Regolament

(4)

Ir-Regolament (UE) Nru 582/2011 għandu għalhekk jigi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Tekniku — Vetturi bil-Mutur,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 582/2011 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 4, il-paragrafu 8 jinbidel b'dan li ġej:

“8.   Fuq talba tal-manifattur, sal-31 ta' Diċembru 2015, fil-każ ta' tipi ġodda ta' vetturi jew magni u sal-31 ta' Diċembru 2016 għall-vetturi ġodda kollha mibjugħa, irreġistrati jew imqiegħda fis-servizz fl-Unjoni, il-fabbrikant jista' jekk irid, juża dispożizzjonijiet alternattivi għall-monitoraġġ tad-DPF kif stipulat fil-Punt 2.3.3.3 tal-Anness X.”;

(2)

L-Anness I huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-approvazzjonijiet tat-tip mogħtija għal magni ta' tqabbid bil-kompressjoni u vetturi skont l-Ittra B fit-Tabella 1 tal-Appendiċi 9 tal-Anness I qabel id-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, għandhom jibqgħu validi wara dik id-data.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 188, 18.7.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 582/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) u li jemenda l-Annessi I u III għad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 167, 25.6.2011, p. 1).


ANNESS

It-Tabella 1 fl-Appendiċi 9 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 582/2011 jinbidel b'dan li ġej:

“Tabella 1

Ittra

NOx OTL (1)

PM OTL (2)

CO OTL (6)

IUPR

Reaġent tal-kwalità u l-konsum

Dati tal-implimentazzjoni: tipi ġodda

Dati tal-implimentazzjoni: il-vetturi kollha

L-aħħar data ta' reġistrazzjoni

A

Ir-ringiela ‘il-perjodu ta' dħul gradwali’ tat-Tabella 1 jew tat-Tabella 2

Monitoraġġ tal- prestazzjoni (3)

 

Id-dħul gradwali (7)

Id-dħul gradwali (4)

31.12.2012

31.12.2013

31.8.2015 (9)

30.12.2016 (10)

B (11)

Ir-ringiela ‘il-perjodu ta' dħul gradwali’ tat-Tabella 2

 

Ir-ringiela ‘il-perjodu ta' dħul gradwali’ tat-Tabella 2

Id-dħul gradwali (7)

Id-dħul gradwali (4)

1.9.2014

1.9.2015

30.12.2016

C

Ir-ringiela ‘rekwiżiti ġenerali’ tat-Tabella 1 jew tat-Tabella 2

Ir-ringiela ‘rekwiżiti ġenerali’ tat-Tabella 1

Ir-ringiela ‘rekwiżiti ġenerali’ tat-Tabella 2

Ġenerali (8)

Ġenerali (5)

31.12.2015

31.12.2016

 


(1)  ‘NOx OTL’ rekwiżiti ta' monitoraġġ kif stipulati fit-Tabella 1 u 2 tal-Anness X.

(2)  ‘PM OTL’ rekwiżiti ta' monitoraġġ kif stipulati fit-Tabella 1 tal-Anness X.

(3)  Ir-rekwiżiti tal-‘monitoraġġ tal-prestazzjoni’ kif stipulati fil-Punt 2.1.1 tal-Anness X.

(4)  Ir-rekwiżiti ta' ‘dħul gradwali’ tar-reaġent tal-kwalità u l-konsum kif stipulati fil-Punti 7.1.1.1 u 8.4.1.1. tal-Anness XIII.

(5)  Ir-rekwiżiti ‘ġenerali’ tar-reaġent tal-kwalità u l-konsum kif stipulati fil-Punti 7.1.1. u 8.4.1. tal-Anness XIII.

(6)  ‘CO OTL’ rekwiżiti ta' monitoraġġ kif stipulati fit-Tabella 2 tal-Anness X.

(7)  Ir-rekwiżiti ta' ‘dħul gradwali’ IUPR kif stipulati fil-punti 6.4.4, 6.5.5 u 6.5.5.1 tal-Anness X.

(8)  Ir-rekwiżiti ‘ġenerali’ IUPR kif stipulati fit-Taqsima 6 tal-Anness X.

(9)  Għal magni u vetturi bi starjar pożittiv mgħammra b'tali magni.

(10)  Għal magni u vetturi bi startjar bil-kompressjoni mgħammra b'tali magni.

(11)  Applikabbli biss għal magni u vetturi bi startjar pożittiv mgħammra b'tali magni.”


13.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 174/31


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 628/2014

tat-12 ta' Ġunju 2014

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 341/2007 fir-rigward tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni ta' tewm li joriġina ċ-Ċina

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-punt (a) tal-Artikolu 187 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 341/2007 (2) jintroduċi u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji għat-tewm u għal ċerti prodotti agrikoli oħra importati minn pajjiżi terzi.

(2)

Il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Popolari taċ-Ċina skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 rigward il-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni Ewropea (3), approvata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/116/UE (4), jipprevedi żieda ta' 12 375 tunnellata fl-allokazzjoni għar-Repubblika Popolari taċ-Ċina taħt il-kwota tar-rata tariffarja tal-UE għat-tewm.

(3)

Iż-żieda fil-kwota tar-rata tariffarja għandha tkun riflessa fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 341/2007. Billi l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Popolari taċ-Ċina approvah il-Kunsill fit-28 ta' Jannar 2014, l-importaturi għandu jkollhom aċċess għal kwantitajiet akbar mit-tieni subperjodu tal-perjodu tal-kwota tariffarja tal-importazzjoni 2014/2015.

(4)

Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 341/2007 għandu jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi fir-Regolament (KE) Nru 341/2007

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 341/2007 jinbidel bit-test tal-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan japplika mill-1 ta' Lulju 2014.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 341/2007 tad-29 ta' Marzu 2007 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji u li jintroduċi sistema għal liċenzji tal-importazzjoni u ċertifikati ta' oriġini għat-tewm u għal ċertu prodotti agrikoli oħra importati minn pajjiżi terzi (ĠU L 90, 30.3.2007, p. 12).

(3)  ĠU L 64, 4.3.2014, p. 2.

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/116/UE tat-28 ta' Jannar 2014 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Popolari taċ-Ċina skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 fir-rigward tal-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni Ewropea (ĠU L 64, 4.3.2014, p. 1).


ANNESS

“ANNESS I

Kwoti tariffarji introdotti skont id-Deċiżjoni 2001/404/KE, id-Deċiżjoni 2006/398/KE u d-Deċiżjoni 2014/116/UE għal importazzjonijiet ta' tewm bil-kodiċi NM 0703 20 00

L-oriġini

In-numru tal-ordni

Il-kwota (f'tunnellati)

L-ewwel subperjodu (Ġunju-Awwissu)

It-tieni subperjodu (Settembru-Novembru)

It-tielet subperjodu (Diċembru-Frar)

Ir-raba' subperjodu (Marzu-Mejju)

Total

L-Arġentina

 

 

 

 

 

19 147

Importaturi tradizzjonali

09.4104

9 590

3 813

 

Importaturi ġodda

09.4099

4 110

1 634

 

Total

 

13 700

5 447

 

Iċ-Ċina

 

 

 

 

 

46 075

Importaturi tradizzjonali

09.4105

8 278

8 278

7 210

8 488

 

Importaturi ġodda

09.4100

3 547

3 547

3 090

3 637

 

Total

 

11 825

11 825

10 300

12 125

 

Pajjiżi terzi oħra

 

 

 

 

 

6 023

Importaturi tradizzjonali

09.4106

941

1 960

929

386

 

Importaturi ġodda

09.4102

403

840

398

166

 

Total

 

1 344

2 800

1 327

552

 

Total

 

13 169

14 625

25 327

18 124

71 245 ”


13.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 174/33


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 629/2014

tat-12 ta' Ġunju 2014

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva metilnonilketon

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u partikolarment it-tieni alternattiva tal-Artikolu 21(3) u l-Artikolu 78(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 608/2012 (2) emenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 (3) fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta' approvazzjoni tas-sustanza attiva metilnonilketon billi ffissal-kundizzjoni li n-notifikatur għandu jipprovdi informazzjoni ulterjuri ta' konferma fil-forma ta' studji dwar l-ispeċifikazzjoni mad-dejta ta' appoġġ tal-lott u metodi vvalidati tal-analiżi.

(2)

In-notifikatur ippreżenta informazzjoni addizzjonali fil-forma ta' studji dwar l-ispeċifikazzjoni b'dejta ta' appoġġ tal-lott u metodi vvalidati ta' analiżi lill-Istat Membru relatur, il-Belġju, fil-perjodu ta' żmien stipulat għal-preżentazzjoni tiegħu.

(3)

Il-Belġju vvaluta l-informazzjoni addizzjonali mressqa min-notifikatur. Fil-25 ta' Novembru 2013 dan ressaq il-valutazzjoni tiegħu, fil-forma ta' abbozz tar-rapport ta' valutazzjoni rivedut, lill-Istati Membri l-oħra, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, minn hawn 'il quddiem “l-Awtorità”.

(4)

L-abbozz tar-rapport ta' valutazzjoni rivedut, ġie rivedut mill-Istati Membri u l-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u ġie ffinalizzat fis-16 ta' Mejju 2014 fil-format tar-rapport ta' reviżjoni tal-Kummissjoni għall-metilnonilketon.

(5)

Il-Kummissjoni stiednet lin-notifikatur jippreżenta l-kummenti tiegħu dwar ir-rapport ta' reviżjoni għal metilnonilketon.

(6)

Il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni li informazzjoni ta' konferma ulterjuri wriet li l-purità minima tas-sustanza attiva għandha tiġi ffissata għal 985 g/kg.

(7)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 għandu għalhekk jigi emendat skont dan. L-Istati Membri għandhom jingħataw iż-żmien biex jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-metilnonilketon fejn jixraq.

(8)

Fejn l-Istati Membri jagħtu xi perjodu ta' konċessjoni skont l-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-metilnonilketon, dan il-perjodu għandu jiskadi sa mhux aktar tard minn tmintax-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

(9)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011,

Fil-kolonna “Purità” tar-ringiela 238, metilnonilketon, tal-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, il-purità tinbidel b'dan “≥ 985 g/kg”.

Artikolu 2

Miżuri tranżizzjonali

Fejn hu meħtieġ, l-Istati Membri għandhom, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, jemendaw jew jirtiraw awtorizzazzjonijiet eżistenti għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-metilnonilketon bħala sustanza attiva sat-3 ta' Jannar 2015.

Artikolu 3

Perjodu ta' konċessjoni

Kwalunkwe perjodu ta' konċessjoni mogħti mill-Istati Membri f'konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandu jkun qasir kemm jista' jkun u għandu jiskadi fit-3 ta' Jannar 2016.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 608/2012 tas-6 ta' Lulju 2012 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi benżoat tad-denatonju, metilnonilketon u ż-żjut veġetali/żejt tan-nagħniegħ (ĠU L 177, 7.7.2012, p. 19).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal- 25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p.1).


13.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 174/35


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 630/2014

tat-12 ta' Ġunju 2014

li jemenda għall-215-il darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al-Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network ta' Al-Qaida (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a), 7a(1) u 7a(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament.

(2)

Fit-2 ta' Ġunju 2014, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) ddeċieda li jżid tliet persuni fiżiċi mal-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi. Fil-istess jum, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-KSNU ddeċieda li jneħħi żewġ persuni mil-lista tiegħu u li jemenda tliet annotazzjonijiet fil-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi.

(3)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għalhekk jiġi aġġornat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kummissjoni

F'isem il-President

Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Strumenti


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

L-entrati li ġejjin għandhom jiżdiedu taħt l-intestatura “Persuni ġuridiċi, gruppi u entitajiet”:

(a)

“Al Mouakaoune Biddam (psewdonimu (a) Les Signataires par le Sang; (b) Ceux Qui Signent avec le Sang; (c) Those Who Sign in Blood. Indirizz: Mali. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 2.6.2014.”

(b)

“Al Moulathamoun (psewdonimu (a) Les Enturbannés; (b) The Veiled. Indirizz: (a) l-Alġerija; (b) Mali; (c) in-Niġer. Informazzjoni oħra: Attivi fis-Saħel/Saħara. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 2.6.2014.”

(c)

“Al Mourabitoun (psewdonimu (a) Les Sentinelles; (b) The Sentinels). Indirizz: Mali. Informazzjoni oħra: Attivi fir-reġjun tas-Saħel/Saħara. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 2.6.2014.”

(2)

L-annotazzjonijiet li ġejjin taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” jitħassru:

(a)

“Jainal Antel Sali (jr.) (psewdonimu (a) Abu Solaiman, (b) Abu Solayman, (c) Apong Solaiman, (d) Apung). Data tat-twelid: 1.6.1965. Post tat-twelid: Barangay Lanote, Bliss, Isabela, Basilan, il-Filippini. Nazzjonalità: Filippina. Informazzjoni oħra: Rappurtat li miet fl-2007. Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 6.12.2005.”

(b)

“Mohammad Ilyas Kashmiri (psewdonimu (a) Muhammad Ilyas Kashmiri, (b) Elias al-Kashmiri, (c) Ilyas Naib Amir). Titolu: Mufti. Indirizz: Ir-Raħal ta' Thathi, Samahni, id-Distrett ta' Bhimber fil-Kashmir amministrat mill-Pakistan. Data tat-twelid: (a) 2.1.1964, (b) 10.2.1964. Post tat-twelid: Bhimber, Samahani Valley, fil-Kaxmir amministrat mill-Pakistan. Informazzjoni oħra: (a) Titolu preċedenti: Maulana. (b) Rapportat li miet fil-Pakistan fil-11 ta' Ġunju 2011. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 6.8.2010.”

(3)

L-annotazzjoni “Abu Mohammed Al-Jawlani (psewdonimu (a) Abu Mohamed al-Jawlani, (b) Abu Muhammad al-Jawlani, (c) Abu Mohammed al-Julani, (d) Abu Mohammed al-Golani, (e) Abu Muhammad al-Golani, (f) Abu Muhammad Aljawlani, (g) Muhammad al-Jawlani, (h) Shaykh al-Fatih; (i) Al Fatih. Data tat-twelid: Bejn l-1975 u l-1979. Post tat-twelid: Is-Sirja Nazzjonalità: Sirjana Indirizz: Fis-Sirja minn Ġunju 2013. Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 24.7.2013.” taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” tiġi ssostitwita b'dan li ġej:

“Abu Mohammed Al-Jawlani (psewdonimu (a) Abu Mohamed al-Jawlani, (b) Abu Muhammad al-Jawlani, (c) Abu Mohammed al-Julani, (d) Abu Mohammed al-Golani, (e) Abu Muhammad al-Golani, (f) Abu Muhammad Aljawlani, (g) Muhammad al-Jawlani, (h) Shaykh al-Fatih; (i) Al Fatih. Data tat-twelid: Bejn l-1975 u l-1979. Post tat-twelid: Is-Sirja Nazzjonalità: Sirjana Indirizz: Fis-Sirja minn Ġunju 2013. Informazzjoni oħra: Minn Jannar 2012, il-kap ta' Al-Nusrah Front for the People of the Levant. Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 24.7.2013.”

(4)

L-annotazzjoni “Doku Khamatovich Umarov (psewdonimu Умаров Доку Хаматович). Data tat-twelid: 12.5.1964. Post tat-twelid: Ir-raħal ta' Kharsenoy, id-Distrett ta' Shatoyskiy (Sovetskiy), Chechenskaya Respublika, Nazzjonalità tal-Federazzjoni Russa: (a) Russu, (b) USSR (sal-1991). Informazzjoni oħra: (a) Jgħix fil-Federazzjoni Russa minn Novembru 2010; (b) Mandat ta' arrest internazzjonali maħruġ fis-sena 2000. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 10.3.2011.” taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” tiġi ssostitwita b'dan li ġej:

“Doku Khamatovich Umarov (psewdonimu Умаров Доку Хаматович). Data tat-twelid: 12.5.1964. Post tat-twelid: Ir-raħal ta' Kharsenoy, id-Distrett ta' Shatoyskiy (Sovetskiy), Chechenskaya Respublika, il-Federazzjoni Russa. Nazzjonalità: (a) Russu, (b) USSR (sal-1991). Informazzjoni oħra: (a) Jgħix fil-Federazzjoni Russa minn Novembru 2010; (b) Mandat ta' arrest internazzjonali maħruġ fis-sena 2000; (c) Rappurtat mejjet minn April 2014. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 10.3.2011.”

(5)

L-entrata “Al-Qaida in Iraq (psewdonimu (a) AQI, (b) al-Tawhid, (c) the Monotheism and Jihad Group, (d) Qaida of the Jihad in the Land of the Two Rivers, (e) Al-Qaida of Jihad in the Land of the Two Rivers, (f) The Organization of Jihad's Base in the Country of the Two Rivers, (g) The Organization Base of Jihad/Country of the Two Rivers, (h) The Organization Base of Jihad/Mesopotamia, (i) Tanzim Qa'idat Al-Jihad fi Bilad al-Rafidayn, (j) Tanzeem Qa'idat al Jihad/Bilad al Raafidaini, (k) Jama'at Al-Tawhid Wa'al-Jihad, (l) JTJ, (m) Islamic State of Iraq, (n) ISI, (o) al-Zarqawi network, (p) Jabhat al Nusrah, (q) Jabhet al-Nusra, (r) Al-Nusrah Front, (s) The Victory Front, (u) Islamic State in Iraq and the Levant). Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 18.10.2004.” taħt l-intestatura “Persuni, gruppi u entitajiet ġuridiċi” tiġi ssostitwita b'dan li ġej:

“Al-Qaida in Iraq (psewdonimu (a) AQI, (b) al-Tawhid, (c) the Monotheism and Jihad Group, (d) Qaida of the Jihad in the Land of the Two Rivers, (e) Al-Qaida of Jihad in the Land of the Two Rivers, (f) The Organization of Jihad's Base in the Country of the Two Rivers, (g) The Organization Base of Jihad/Country of the Two Rivers, (h) The Organization Base of Jihad/Mesopotamia, (i) Tanzim Qa'idat Al-Jihad fi Bilad al-Rafidayn, (j) Tanzeem Qa'idat al Jihad/Bilad al Raafidaini, (k) Jama'at Al-Tawhid Wa'al-Jihad, (l) JTJ, (m) Islamic State of Iraq, (n) ISI, (o) al-Zarqawi network, (p) Islamic State in Iraq and the Levant). Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 18.10.2004.”


13.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 174/38


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 631/2014

tat-12 ta’ Ġunju 2014

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Ġunju 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 KG)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MK

62,3

TR

71,7

ZZ

67,0

0707 00 05

MK

50,6

TR

105,0

ZZ

77,8

0709 93 10

MA

68,1

TR

109,3

ZA

27,3

ZZ

68,2

0805 50 10

AR

103,3

TR

120,8

ZA

121,5

ZZ

115,2

0808 10 80

AR

135,5

BR

76,6

CL

96,5

CN

99,1

NZ

133,4

US

183,9

UY

168,2

ZA

99,1

ZZ

124,0

0809 10 00

TR

248,2

ZZ

248,2

0809 29 00

TR

456,1

ZZ

456,1

0809 30

MA

135,6

ZZ

135,6


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

13.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 174/40


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-5 ta' Ġunju 2014

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE rigward emenda għall-Protokoll 31 għall-Ftehim ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet

(2014/348/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 46(d), l-Artikolu 149, l-Artikolu 153(2)(a), l-Artikolu 175, it-tielet paragrafu, u l-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta' Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”) fih dispożizzjonijiet u arranġamenti speċifiċi rigward kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet.

(2)

Huwa xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti fil-Ftehim ŻEE tiġi estiża u tinkludi r-Regolament (UE) Nru 1296/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

(3)

Għaldaqstant, il-Protokoll 31 għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan, sabiex din il-kooperazzjoni estiża tkun tista' tibda sseħħ mill-1 ta' Jannar 2014.

(4)

Il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għandha għalhekk tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni mehmuż,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE rigward l-emenda proposta għall-Protokoll 31 għall-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-5 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

N. DENDIAS


(1)  ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.

(2)  Regolament (UE) Nru 1296/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar Programm Ewropew għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (“EaSI”) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 283/2010/UE li tistabbilixxi Faċilità Ewropea ta' Mikrofinanzjament Progress għall-impjiegi u l-inklużjoni soċjali (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 238).


ABBOZZ

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru …/2014

ta'

li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim taż-ŻEE”), u partikolarment l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Huwa xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti fil-Ftehim taż-ŻEE tiġi estiża u tinkludi r-Regolament (UE) Nru 1296/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar Programm tal-Unjoni Ewropea għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (“EaSI”) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 283/2010/UE li tistabbilixxi Faċilità Ewropea ta' Mikrofinanzjament Progress għall-impjiegi u l-inklużjoni Soċjali (1).

(2)

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat sabiex din il-kooperazzjoni estiża tkun tista' tibda sseħħ mill-1 ta' Jannar 2014,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 15 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Fil-paragrafu 2, il-kliem “u li huma mwettqa qabel l-1 ta' Jannar 2014,” jiżdiedu wara l-kliem “paragrafu 1”.

2.

Dan li ġej jiżdied fil-paragrafu 8:

“—

32013 R 1296: Ir-Regolament (UE) Nru 1296/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar Programm Ewropew għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (‘EaSI’) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 283/2010/UE li tistabbilixxi Faċilità Ewropea ta' Mikrofinanzjament Progress għall-impjiegi u l-inklużjoni soċjali (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 238).

Il-Liechtenstein jingħata eżenzjoni mill-parteċipazzjoni f'dan il-programm, u milli jħallas kontribut finanzjarju għalih. In-Norveġja tipparteċipa biss fl-assi tal-EURES tal-programm, u tikkontribwixxi finanzjarjament għalihom.”

3.

It-test tal-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“L-Istati tal-EFTA jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-ewwel inċiż tal-paragrafu 8 sa mill-1 ta' Jannar 1999, fl-attivitajiet imsemmija fit-tieni inċiż sa mill-1 ta' Jannar 2003 u fl-attivitajiet li hemm referenza għalihom fit-tielet inċiż sa mill-1 ta' Jannar 2014.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2014.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Is-Segretarji

għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 238.

(*)  [L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.] [Rekwiżiti kostituzzjonali indikati.]


13.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 174/42


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/349/PESK

tat-12 ta' Ġunju 2014

li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (1), EULEX KOSOVO

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fl-4 ta' Frar 2008, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK (2).

(2)

Fit-8 ta' Ġunju 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/322/PESK (3) li emendat l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK u estendiet it-tul tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (EULEX KOSOVO) għal perijodu ta' sentejn sal-14 ta' Ġunju 2012.

(3)

Fis-6 ta' Ġunju 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/291/PESK (4) li emendat l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK u estendiet it-tul tal-EULEX KOSOVO għal perijodu ta' sentejn sal-14 ta' Ġunju 2014.

(4)

Wara r-rakkomandazzjonijiet fir-Reviżjoni Strateġika adottata fl-2014, huwa meħtieġ li t-tul tal-EULEX KOSOVO jiġi estiż għal perijodu ulterjuri ta' sentejn.

(5)

Fis-27 ta' Mejju 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/241/PESK (5) li emendat l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK biex tipprovdi għal ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri l-perijodu mill-15 ta' Ġunju 2013 sal-14 ta' Ġunju 2014. L-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK għandha tiġi emendata biex tipprovdi ammont ġdid ta' referenza finanzjarja maħsub sabiex ikopri l-perijodu mill-15 ta' Ġunju 2014 sal-14 ta' Ottubru 2014.

(6)

Il-EULEX KOSOVO ser titmexxa fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' timpedixxi l-ksib tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat.

(7)

L-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK hija emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

(a)

jiżdied il-paragrafu li ġej:

“1a.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun ir-rappreżentant tal-Missjoni. Il-Kap tal-Missjoni jista' jiddelega kompiti ta' ġestjoni fi kwistjonijiet ta' persunal u kwistjonijiet finanzjarji lil membri tal-persunal tal-Missjoni, taħt ir-responsabbiltà ġenerali tiegħu.”;

(b)

il-paragrafu 5 jitħassar;

(c)

il-paragrafu 9 huwa emendat kif ġej:

“9.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jiżgura li l-EULEX KOSOVO taħdem mill-qrib u tikkoordina mal-awtoritajiet kompetenti tal-Kosovo u ma' atturi internazzjonali rilevanti, kif meħtieġ, inklużi n-NATO/KFOR, l-UNMIK, l-OSKE u Stati terzi involuti fl-istat tad-dritt fil-Kosovo.”.

(2)

L-Artikolu 9(4) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“4.   Il-persunal kollu għandu jwettaq dmirijietu u jaġixxi fl-interess tal-Missjoni. Il-persunal kollu għandu jirrispetta l-prinċipji tas-sigurtà u l-istandards minimi stabbiliti mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE (*).

(*)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE tat-23 ta' Settembru 2013 dwar ir-regoli ta' sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 274, 15.10.2013, p. 1).”;"

(3)

L-Artikolu 10(3) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Il-kondizzjonijiet tal-impjieg u d-drittijiet u l-obbligi tal-persunal internazzjonali u lokali għandhom jiġu stabbiliti fil-kuntratti li għandhom jiġu konklużi bejn il-EULEX KOSOVO u l-membri tal-persunal ikkonċernati.”;

(4)

L-Artikolu 14(7) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“7.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jiżgura l-protezzjoni tal-informazzjoni klassifikata tal-UE f'konformità mad-Deċiżjoni 2013/488/UE.”;

(5)

Jiżdied l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 15a.

Arranġamenti legali

Il-EULEX KOSOVO għandha l-kapaċità li takkwista servizzi u provvisti, li tikkonkludi kuntratti u arranġamenti amministrattivi, li timpjega persunal, li jkollha kontijiet bankarji, li takkwista u tiddisponi mill-assi u tħallas l-obbligazzjonijiet tagħha, u li tkun parti għal proċeduri legali, kif meħtieġ sabiex tiġi implimentata din l-Azzjoni Konġunta.”;

(6)

L-Artikolu 16 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa tal-EULEX KOSOVO sal-14 ta' Ottubru 2010 għandu jkun ta' EUR 265 000 000.

L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa tal-EULEX KOSOVO mill-15 ta' Ottubru 2010 sal-14 ta' Diċembru 2011 għandu jkun ta' EUR 165 000 000.

L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa tal-EULEX KOSOVO mill-15 ta' Diċembru 2011 sal-14 ta' Ġunju 2012 għandu jkun ta' EUR 72 800 000.

L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa tal-EULEX KOSOVO mill-15 ta' Ġunju 2012 sal-14 ta' Ġunju 2013 għandu jkun ta' EUR 111 000 000.

L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa tal-EULEX KOSOVO mill-15 ta' Ġunju 2013 sal-14 ta' Ġunju 2014 għandu jkun ta' EUR 110 000 000.

L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa tal-EULEX KOSOVO mill-15 ta' Ġunju 2014 sal-14 ta' Ottubru 2014 għandu jkun ta' EUR 34 000 000.

L-ammont ta' referenza finanzjarja għall-perijodu sussegwenti għall-EULEX KOSOVO għandu jiġi deċiż mill-Kunsill.”;

(b)

il-paragrafi 4 sa 7 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“4.   Il-EULEX KOSOVO għandha tkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Missjoni. Għal dan il-għan, il-Missjoni għandha tiffirma kuntratt mal-Kummissjoni.

5.   Il-EULEX KOSOVO għandha tkun responsabbli għal kwalunkwe pretensjoni u obbligu li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tal-mandat li jibda mill-15 ta' Ġunju 2014, bl-eċċezzjoni ta' kwalunkwe pretensjoni relatata ma' kondotta serjament skorretta mill-Kap tal-Missjoni, li għaliha l-Kap tal-Missjoni għandu jerfa' r-responsabbiltà.

6.   L-implimentazzjoni tal-arranġamenti finanzjarji għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal-linja ta' kmand kif previst fl-Artikoli 7, 8 u 11 u r-rekwiżiti operazzjonali tal-missjoni EULEX KOSOVO, inkluż il-kompatibilità tat-tagħmir u l-interoperabilità tat-timijiet tagħha.

7.   In-nefqa għandha tkun eliġibbli mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din l-Azzjoni Konġunta.”;

(7)

Jiżdied l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 16a.

Ċellula ta' proġetti

1.   L-EULEX KOSOVO għandu jkollha Ċellula ta' Proġetti għall-identifikazzjoni u l-implimentazzjoni tal-proġetti. Il-EULEX KOSOVO għandha, skont kif ikun meħtieġ, tikkoordina, tiffaċilita, u tipprovdi parir dwar proġetti implimentati mill-Istati Membri u Stati terzi taħt ir-responsabbiltà tagħhom f'oqsma marbutin mal-EULEX KOSOVO u b'appoġġ għall-objettivi tagħha.

2.   L-EULEX KOSOVO hija awtorizzata li tuża l-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Istati Membri jew ta' Stati terzi għall-implimentazzjoni ta' proġetti identifikati bħala li jissupplimentaw b'mod konsistenti azzjonijiet oħra tal-EULEX KOSOVO, jekk il-proġett ikun:

(a)

previst fid-dikjarazzjoni finanzjarja relatata ma' din l-Azzjoni Konġunta; jew

(b)

integrat matul il-mandat permezz ta' emenda għad-dikjarazzjoni finanzjarja fuq talba tal-Kap tal-Missjoni. L-EULEX KOSOVO għandha tikkonkludi arranġament ma' dawk l-Istati, li jkopri b'mod partikolari l-proċeduri speċifiċi għat-trattament ta' kull ilment minn partijiet terzi dwar ħsara kkawżata minħabba atti jew ommissjonijiet mill-EULEX KOSOVO fl-użu tal-fondi pprovduti minn dawk l-Istati. L-Istati Membri li jikkontribwixxu ma jistgħu f'ebda ċirkostanza jżommu lill-Unjoni jew lir-RGħ responsabbli ta' atti jew ommissjonijiet mill-EULEX KOSOVO fl-użu tal-fondi pprovduti minn dawk l-Istati.

3.   Il-KPS għandu jaqbel dwar l-aċċettazzjoni ta' kontribuzzjoni finanzjarja minn Stati terzi għaċ-Ċellula ta' proġetti.”

(8)

Fl-Artikolu 18, il-paragrafi 1 u 2 huma emendati kif ġej:

“1.   Ir-RGħ huwa awtorizzat li jirrilaxxa lin-Nazzjonijiet Uniti, lin-NATO/KFOR u lil partijiet terzi oħrajn, assoċjati ma' din l-Azzjoni Konġunta, informazzjoni klassifikata tal-UE u dokumenti ġġenerati għall-finijiet tal-EULEX KOSOVO sal-livell tal-klassifikazzjoni rilevanti rispettivament għal kull wieħed minnhom, f'konformità mad-Deċiżjoni 2001/488/UE. Għandhom jitfasslu arranġamenti tekniċi lokali biex dan jiġi ffaċilitat.

2.   Fil-każ ta' ħtieġa operazzjonali speċifika u immedjata, ir-RGħ huwa awtorizzat ukoll li jirrilaxxa lill-awtoritajiet lokali kompetenti informazzjoni u dokumenti klassifikati tal-UE sal-livell ‘RESTREINT UE/ EU RESTRICTED’ iġġenerati għall-finijiet tal-EULEX KOSOVO, f'konformità mad-Deċiżjoni 2013/488/UE. Fil-każijiet l-oħrajn kollha, tali informazzjoni u dokumenti għandhom jiġu rilaxxati lill-awtoritajiet lokali kompetenti f'konformità mal-proċeduri adatti għal-livell ta' kooperazzjoni ta' dawk l-awtoritajiet mal-UE.”;

(9)

Fl-Artikolu 20, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Hija għandha tiskadi fl-14 ta' Ġunju 2016.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-12 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

Y. MANIATIS


(1)  Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għal pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244 (1999) u mal-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni ta' indipendenza tal-Kosovo.

(2)  Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/124/PESK tal-4 ta' Frar 2008 dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX KOSOVO (ĠU L 42, 16.2.2008, p. 92).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/322/PESK tat-8 ta' Ġunju 2010 li temenda u testendi l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX KOSOVO (ĠU L 145, 11.6.2010, p. 13).

(4)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/291/PESK tal-5 ta' Ġunju 2012 li temenda u testendi l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX KOSOVO (ĠU L 146, 6.6.2012, p. 46).

(5)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/241/PESK tas-27 ta' Mejju 2013 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX KOSOVO (ĠU L 141, 28.5.2013, p. 47).


13.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 174/45


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-5 ta' Ġunju 2014

li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għall-prodotti tessili

(notifikata bid-dokument C(2014) 3677)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/350/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar skema ta' Ekotikketta tal-UE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Bord tal-Ekotikkettar tal-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, l-Ekotikketta tal-UE tista' tingħata lill-prodotti b'impatt ambjentali mnaqqas matul iċ-ċiklu kollu ta' ħajjithom.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 jipprevedi li kriterji speċifiċi tal-Ekotikketta tal-UE għandhom jiġu stabbiliti skont il-gruppi tal-prodotti.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/567/KE (2) stabbilixxiet il-kriterji ekoloġiċi u r-rekwiżiti relatati tal-valutazzjoni u l-verifika għall-prodotti tessili, li huma validi sat-30 ta' Ġunju 2014.

(4)

Sabiex tkun riflessa aħjar l-aktar teknoloġija aġġornata tas-suq għal dan il-grupp ta' prodotti, u sabiex titqies l-innovazzjoni li tkun saret matul il-perjodu intermedjarju, jitqies xieraq li jiġi modifikat l-ambitu tal-grupp ta' prodotti u jiġi stabbilit sett rivedut ta' kriterji ekoloġiċi.

(5)

Il-kriterji għandhom l-għan, b'mod partikolari, li jidentifikaw il-prodotti li għandhom impatt ambjentali iktar baxx matul iċ-ċiklu ta' ħajjithom, b'titjib speċifiku biex b'hekk: jinkisbu minn forom aktar sostenibbli tal-agrikoltura u tal-forestrija, jiġu mmanifatturati bl-użu aktar effiċjenti tar-riżorsi u tal-enerġija, jintużaw proċessi li jniġġsu anqas, immanifatturati billi jintużaw sustanzi anqas perikolużi, u ddisinjati u speċifikati biex ikunu ta' kwalità għolja u durabbli. Il-kriterji għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għat-tessuti huma stabbiliti għall-aspetti msemmija qabel u għandhom jiġu promossi dawk il-prodotti bi prestazzjoni mtejba f'dawn l-aspetti. Għalhekk jixraq li jiġu stabbiliti kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għall-grupp ta' prodotti “tessuti”.

(6)

Il-kriterji riveduti, kif ukoll ir-rekwiżiti relatati tal-valutazzjoni u tal-verifika, għandhom ikunu validi għal erba' snin mid-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni, filwaqt li jitqies iċ-ċiklu ta' innovazzjoni għal dan il-grupp ta' prodotti.

(7)

Għaldaqstant, id-Deċiżjoni 2009/567/KE għandha tinbidel b'din id-Deċiżjoni.

(8)

Għandu jingħata perjodu tranżitorju għall-produtturi li l-prodotti tagħhom ingħataw l-Ekotikketta tal-UE għall-prodotti tessili abbażi tal-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2009/567/KE, sabiex ikollhom żmien biżżejjed biex jadattaw il-prodotti tagħhom biex isiru konformi mal-kriterji u r-rekwiżiti riveduti.

(9)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 66/2010,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-grupp ta' prodotti “prodotti tessili” għandu jinkludi:

(a)

Ħwejjeġ tal-ilbies u aċċessorji tessili: ħwejjeġ tal-ilbies u aċċessorji li jikkonsistu f'mill-inqas 80 % bil-piż ta' fibri tessili f'forma minsuġa, mhux minsuġa jew maħduma bil-labar.

(b)

Tessuti għal ġewwa: prodotti tessili għal użu fuq ġewwa li jikkonsistu f'mill-inqas 80 % bil-piż ta' fibri tessili f'forma minsuġa, mhux minsuġa jew maħduma bil-labar;

(c)

Fibri, ħajt, drapp u pannelli maħduma bil-labar: maħsuba għall-użu fi ħwejjeġ tal-ilbies u aċċessorji tessili u tessuti għal ġewwa, inklużi drapp għat-tappizzerija u kisi għall-mili tal-imtieraħ qabel l-applikazzjoni tar-rinforz u tat-trattamenti marbuta mal-prodott finali;

(d)

Elementi mhux ta' fibra: żippijiet, buttuni u aċċessorji oħra li huma inkorporati fil-prodott. Membrani, kisi u laminati.

(e)

Prodotti tat-tindif: prodotti tad-drapp minsuġa jew mhux minsuġa maħsuba għat-tindif fl-umdità jew fix-xott tal-uċuħ u l-ixxuttar ta' oġġetti tal-kċina.

2.   Il-prodotti li ġejjin mhumiex inklużi fil-grupp ta' prodotti “prodotti tessili”:

(a)

prodotti li huma maħsuba biex jintremew wara li jintużaw darba biss;

(b)

kisi tal-art, kopert mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/967/KE (3)

(c)

drappijiet li jiffurmaw parti minn strutturi maħsuba għall-użu fuq barra.

3.   Ħwejjeġ, drappijiet u fibri li fihom dawn li ġejjin u huma esklużi mill-grupp ta' prodotti.

(a)

tagħmir elettriku jew li jifforma parti integrali miċ-ċirkwiterija elettrika;

(b)

tagħmir jew sustanzi mimlija maħsuba biex iħossu l-bidliet fil-kundizzjonijiet ambjentali jew biex jirreaġixxu għalihom.

Artikolu 2

Id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għall-fini ta' din id-Deċiżjoni:

(a)

“fibri tessili” tfisser fibri naturali, fibri sintetiċi u fibri ċellulożi magħmula mill-bniedem;

(b)

“Fibri naturali” tfisser qoton u fibri oħra ta' żrieragħ ċellulożi naturali, kittien u fibri oħra tat-tilju, suf u fibri oħra tal-keratina;

(c)

“Fibri sintetiċi” tfisser akriliku, elastane, poliammid, poliester u polipropilen;

(d)

“Fibri ċellulożi magħmula mill-bniedem” tfisser lijoċell, modal u viskuż.

Artikolu 3

Għal “ħwejjeġ tal-ilbies u aċċessorji tessili” u għal mili ta' “tessuti għal ġewwa”, inforor, padding, membrani, u kisjiet magħmula minn fibri inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni ma għandhomx għalfejn jitqiesu fil-kalkolu tal-perċentwal tal-fibri tessili.

Artikolu 4

Il-materjali tal-mili li mhumiex magħmula minn fibri tessili għandhom jikkonformaw mar-restrizzjonijiet elenkati fil-kriterju 10 stabbiliti fl-Anness u li jikkonċernaw l-awżiljarji, tensjoattivi, bijoċidi u formaldeid.

Artikolu 5

Il-kriterji biex tingħata l-Ekotikketta tal-UE skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, għal prodott li jaqa' fil-grupp ta' prodotti “prodotti tessili” kif definit fl-Artikolu 1 ta' din id-Deċiżjoni, kif ukoll ir-rekwiżiti relatati tal-valutazzjoni u tal-verifika huma stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 6

Il-kriterji u r-rekwiżiti tal-valutazzjoni relatati stabbiliti fl-Anness, għandhom ikunu validi għal erba' snin mid-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 7

Għall-finijiet amministrattivi, in-numru tal-kodiċi assenjat lill-grupp ta' prodotti “prodotti tessili” għandu jkun “016”.

Artikolu 8

Id-Deċiżjoni 2009/567/KE hija mħassra.

Artikolu 9

1.   L-applikazzjonijiet għall-Ekotikketta tal-UE għal prodotti li jaqgħu fil-grupp tal-prodotti “prodotti tessili” ppreżentati fi żmien xahrejn mid-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni jistgħu jkunu bbażati jew fuq il-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2009/567/KE, jew fuq il-kriterji stabbiliti f'din id-Deċiżjoni. L-applikazzjonijiet għandhom ikunu evalwati skont il-kriterji li huma bbażati fuqhom.

2.   Il-liċenzji għall-Ekotikketta tal-UE mogħtija skont il-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2009/567/KE jistgħu jintużaw għal 12-il xahar mid-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 10

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kummissjoni

Janez POTOČNIK

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 27, 30.1.2010, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/567/KE tad-9 ta' Lulju 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta Komunitarja lill-prodotti tessili (ĠU L 197, 29.7.2009, p. 70).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/967/KE tat-30 ta' Novembru 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta Komunitarja għall-kisi tessili tal-art (ĠU L 332, 17.12.2009, p. 1).


ANNESS

Il-kriterji għall-aġġudikazzjoni tal-Ekotikketta tal-UE għall-prodotti tat-tessut, kif ukoll is-sottokategoriji li taħthom huma miġbura, huma kif ġej:

Fibri tessili

1.

Fibri tal-qoton u ta' żrieragħ ċellulożi naturali oħrajn

2.

Kittien u fibri oħrajn tat-tilju

3.

Suf u fibri oħrajn tal-keratina

4.

Akrilik

5.

Elastane

6.

Poljamide

7.

Poliester

8.

Polipropilen

9.

Fibri ċellulożi magħmula mill-bniedem (lijoċell, modal u visk)

Komponenti u aċċessorji

10.

Mili

11.

Kisjiet, laminati u membrani

12.

Aċċessorji

Sustanzi kimiċi u proċessi

13.

Lista ta' Sustanzi Ristretti (RSL)

14.

Sostituzzjoni ta' sustanzi perikolużi fl-għoti tal-kulur taż-żebgħa, fl-istampar u fl-irfinatura

15.

L-effiċjenza fl-użu tal-enerġija għall-ħasil, għat-tnixxif u għat-tqaddid

16.

It-trattament tal-emissjonijiet fl-arja u fl-ilma

L-adegwatezza għall-użu

17.

Bidliet dimensjonali matul il-ħasil u t-tnixxif

18.

Iż-żamma tal-kulur fil-ħasil

19.

Iż-żamma tal-kulur fil-għaraq (aċidu, alkalin)

20.

Iż-żamma tal-kulur fit-tagħrik bit-tixrib

21.

Iż-żamma tal-kulur fit-tagħrik bit-tnixxif

22.

Iż-żamma tal-kulur fid-dawl

23.

Ir-reżistenza tal-prodotti tat-tindif għall-ħasil

24.

Ir-reżistenza tad-drappijiet għall-ifformar f'għamla ta' pilloli u għall-brix

25.

Id-durabbiltà tal-funzjoni

Ir-Responsabbiltà Soċjali Korporattiva

26.

Il-prinċipji u d-drittijiet fundamentali fuq il-post tax-xogħol

27.

Restrizzjoni fuq it-tindif bit-tfigħ tar-ramel (sandblasting) tad-denim

Informazzjoni ta' appoġġ

28.

L-informazzjoni li tidher fuq l-Ekotikketta

Barra minn hekk, l-Appendiċi 1 jinkludi l-RSL imsemmija fil-kriterju 13. Din telenka r-restrizzjonijiet li japplikaw għal sustanzi perikolużi li jistgħu jintużaw fil-manifattura ta' prodotti tessili u li jistgħu jkunu preżenti fil-prodott finali.

Il-kriterji tal-Ekotikketta jirriflettu l-prodotti bl-aqwa prestazzjoni ambjentali fis-suq tat-tessuti. Filwaqt li l-użu ta' prodotti kimiċi u r-rilaxx tas-sustanzi li jniġġsu huma parti mill-proċess tal-produzzjoni, prodott li jkollu l-Ekotikketta tal-UE jiggarantixxi lill-konsumatur li l-użu ta' tali sustanzi kien limitat kemm jista' jkun teknikament possibbli mingħajr ħsara għall-adegwatezza tiegħu għall-użu.

Kull meta jkun possibbli, il-kriterji jeskludu, jew inkella jirrestrinġu għall-minimu, il-konċentrazzjoni (meħtieġa għall-provvista ta' funzjonijiet u karatteristiċi speċifiċi) ta' numru ta' sustanzi identifikati bħala perikolużi jew potenzjalment perikolużi għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent li jistgħu jintużaw għall-manifattura tat-tessuti. Huwa biss meta s-sustanza tkun meħtieġa sabiex jintlaħqu l-aspettattivi tal-prestazzjoni tal-konsumaturi jew ir-rekwiżiti obbligatorji għall-prodott (pereżempju r-reżistenza għall-fjammi), u meta ma jkunx hemm alternattivi disponibbli li jkunu ġew applikati u ttestjati, li tkun tista' tingħata deroga sabiex tintuża tali sustanza fl-Ekotikketta.

Id-derogi jiġu evalwati fuq il-bażi tal-prinċipju ta' prekawzjoni u fuq il-bażi tal-evidenza teknika u xjentifika, speċjalment jekk ikun hemm prodotti aktar sikuri fis-suq.

L-ittestjar tal-prodotti għal sustanzi perikolużi ristretti jintalab sabiex tiġi pprovduta assigurazzjoni ta' livell għoli lill-konsumaturi. Qegħdin jiġu imposti wkoll kondizzjonijiet stretti fuq il-proċessi tal-manifattura tat-tessuti sabiex jiġi kkontrollat it-tniġġis tal-ilma u tal-arja, kif ukoll sabiex titnaqqas l-espożizzjoni tal-forza tax-xogħol. Il-verifika tal-konformità mal-kriterji tiġi fformulata b'tali mod li tipprovdi livell għoli ta' assigurazzjoni lill-konsumaturi, tirrifletti l-potenzjal prattiku għall-applikanti sabiex jiksbu informazzjoni mill-katina tal-provvista u teskludi l-potenzjal għal “parassitiżmu” mill-applikanti.

Valutazzjoni u verifika Sabiex juri l-konformità mal-kriterji, l-applikant għandu jiddikjara l-informazzjoni li ġejja dwar il-prodott(i) u l-katina tal-provvista tagħhom:

Kull kriterju jinkludi rekwiżiti ddettaljati tal-verifika li jitolbu lill-applikant jiġbor id-dikjarazzjonijiet, id-dokumentazzjoni, l-analiżi, ir-rapporti tal-ittestjar u evidenza oħra relatata mal-prodott(i) u l-katina tal-provvista tagħhom.

Il-validità tal-liċenzja hija bbażata fuq verifika mal-applikazzjoni u, fejn speċifikat taħt il-kriterju 13, ittestjar tal-prodott li għandu jiġi sottomess lill-korpi kompetenti għal verifika. Il-bidliet fil-fornituri u fis-siti tal-produzzjoni li jappartjenu għall-prodotti liċenzjati għandhom jiġu nnotifikati lill-korpi kompetenti, flimkien ma' informazzjoni ta' appoġġ sabiex tiġi vverifikata l-konformità kontinwa mal-kondizzjonijiet tal-liċenzja.

Il-korpi kompetenti għandhom jirrikonoxxu preferenzjalment it-testijiet mil-laboratorji akkreditati skont l-ISO 17025 u l-verifiki mwettqa minn korpi li huma akkreditati skont l-istandard EN 45011 jew standard internazzjonali ekwivalenti.

L-unità funzjonali, li magħha għandhom ikunu relatati d-dħul u l-ħruġ, hija ta' 1 kg tal-prodott tessili f'kondizzjonijiet normali (65 % RH ± 4 % u 20 °C ± 2 °C; dawn il-kondizzjonijiet tan-normi huma speċifikati fl-ISO 139 Tessuti — l-atmosferi standard għall-kondizzjonament u l-ittestjar).

Meta l-applikant juża sistema ta' ċertifikazzjoni sabiex jipprovdi verifiki indipendenti, is-sistema magħżula u s-sistemi assoċjati għall-akkreditazzjoni tal-verifikaturi għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti ġenerali ta' EN 45011 u ISO 17065. Fejn ikun xieraq, il-korpi kompetenti jista' jkollhom bżonn dokumentazzjoni ta' appoġġ u jistgħu jwettqu verifiki indipendenti u żjarat fuq il-post.

Huwa rrakkomandat li l-korpi kompetenti jieħdu f'kunsiderazzjoni l-implimentazzjoni ta' skemi rikonoxxuti ta' ġestjoni ambjentali, bħal EMAS, ISO 14001 u ISO 50001, meta jivvalutaw l-applikazzjonijiet u jimmonitorjaw il-konformità mal-kriterji (nota: mhuwiex meħtieġ li jiġu implimentati tali skemi ta' ġestjoni).

IL-KRITERJI TAL-EKOTIKKETTA TAL-UE

L-applikanti għandhom juru l-konformità mal-kriterji rilevanti għall-kompożizzjoni tal-materjal, għall-formulazzjonijiet kimiċi, għas-siti tal-produzzjoni u l-adegwatezza għall-użu tal-prodotti li jixtiequ li jkollhom l-Ekotikketta.

1.   IL-KRITERJI TAL-FIBRI TESSILI

Il-kriterji speċifiċi għall-fibri huma stipulati f'din it-taqsima għat-tipi ta' fibri li ġejjin:

(a)

Fibri naturali: Il-qoton u fibri ta' żrieragħ ċellulożi naturali oħrajn, il-kittien u fibri oħrajn tat-tilju, is-suf u fibri oħrajn tal-keratina;

(b)

Fibri sintetiċi: L-akrilik, l-elastane, il-poljamide, il-poliester u l-polipropilene;

(c)

Fibri ċellulożi magħmula mill-bniedem: il-lijoċell, il-modal u l-visk.

Il-kriterji għal tip ta' fibra partikolari ma għandhomx bżonn jiġu ssodisfati jekk fibra tikkontribwixxi għal inqas minn 5 % tal-piż totali tal-prodott jew jekk hija tikkostitwixxi kkuttunar jew lining. Bl-eċċezzjoni tal-poljamide u tal-poliester, dawn il-kriterji ma għandhomx bżonn jiġu ssodisfati:

(a)

Mill-prodott kollu jekk dan ikun fih fibri b'kontenut irriċiklat li jikkostitwixxi mill-inqas 70 % skont il-piż tal-fibri kollha fil-prodott,

(b)

Minn fibri individwali li jifformaw parti mill-prodott bl-ekotikketta li jikkostitwixxi mill-inqas 70 % skont il-piż tal-kontenut irriċiklat.

F'dan il-kuntest, il-fibri li fihom kontenut irriċiklat huma definiti bħala fibri li joriġinaw minn skart qabel jasal għand il-konsumaturi (inklużi skart mill-produzzjoni tal-polimer u tal-fibra, xtur ta' tessuti u skart ieħor prodott mill-manifatturi tal-ilbies), kif ukoll minn skart li jħallu l-konsumaturi (tessut u kull xorta ta' prodotti tessili u tal-fibri, kif ukoll skart mhux tessili, fosthom fliexken tax-xorb tal-PET u xbieki tas-sajd).

Il-kontenut irriċiklat għandu, bl-eċċezzjoni tal-fliexken tal-PET użati għall-manifattura tal-poliester, jissodisfa r-rekwiżiti tal-kriterju 13 RSL. Dan għandu jinkludi ttestjar analitiku aleatorju u annwali għall-gruppi ta' sustanzi speċifikati.

Valutazzjoni u verifika għall-kontenut irriċiklat : il-kontenut irriċiklat għandu jkun rintraċċabbli lura għall-ipproċessar mill-ġdid tal-materja prima. Dan għandu jiġi vverifikat permezz ta' ċertifikazzjoni minn parti terza indipendenti tal-katina tal-kustodja jew permezz ta' dokumentazzjoni pprovduta mill-fornituri u mir-riproċessuri tal-materja prima. Fejn ikun meħtieġ mill-kriterju 13, għandhom jiġu pprovduti d-dikjarazzjonijiet u r-riżultati tal-ittestjar fil-laboratorju mill-manifatturi tal-fibri u mill-fornituri tal-materja prima.

Kriterju 1. Fibri tal-qoton u ta' żrieragħ ċellulożi naturali oħrajn (inkluż kapok)

Il-fibri tal-qoton u ta' żrieragħ ċellulożi naturali oħrajn (li minn hawn 'il quddiem issir referenza għalihom bħala qoton) għandu jkollhom kontenut minimu ta' qoton organiku (ara l-kriterju 1a) jew ta' qoton b'ġestjoni integrata tal-pesti (integrated pest management — IPM) (ara l-kriterju 1b). Minbarra dan:

Il-qoton konvenzjonali u l-qoton IPM kollu li jintuża għandu jkun konformi mar-restrizzjonijiet fuq il-pestiċidi msemmija fil-kriterju 1c;

Għall-istandard tal-produzzjoni organika 1(a), il-qoton konvenzjonali u l-qoton IPM kollu li jintuża għandu jkun ġej minn varjetajiet mhux immodifikati ġenetikament;

Il-qoton organiku u l-qoton IPM kollu għandu jkun kompletament rintraċċabbli skont il-kriterju 1d.

L-ilbies għat-trabi ta' taħt it-3 snin għandu jkun fih minimu ta' 95 % qoton organiku

Il-prodotti li jissodisfaw il-livelli limiti tal-kontenut speċifiku għall-qoton organiku jew IPM għandhom jitħallew juru test addizzjonali ħdejn l-Ekotikketta li jikkomunika l-pretensjoni tal-kontenut. Għal dan il-għan, qiegħda tiġi pprovduta gwida fil-kriterju 28.

1(a)   Standard tal-produzzjoni organika

Bl-eċċezzjoni tal-prodotti elenkati hawn taħt, minimu ta' 10 % tal-qoton għandu jitkabbar skont ir-rekwiżiti stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (1), fil-Programm Organiku Nazzjonali (NOP) tal-Istati Uniti jew fl-obbligi legali ekwivalenti stabbiliti mill-imsieħba kummerċjali tal-UE. Il-kontenut tal-qoton organiku jista' jinkludi qoton imkabbar b'mod organiku u qoton organiku tranżitorju.

Il-kontenut ta' qoton tal-prodotti li ġejjin għandu jinkludi minimu ta' 95 % qoton organiku: T-shirts, flokkijiet tan-nisa, qomos każwali, jeans, piġami u lbies ta' bil-lejl, ħwejjeġ ta' taħt u kalzetti.

Valutazzjoni u verifika : Il-kontenut organiku għandu jiġi ċċertifikat minn korp ta' kontroll indipendenti u għandu jkun ġie prodott skont ir-rekwiżiti tal-produzzjoni u tal-ispezzjoni stipulati fir-Regolament (KE) Nru 834/2007, tal-Programm Organiku Nazzjonali (NOP) tal-Istati Uniti jew dawk stabbiliti minn imsieħba kummerċjali oħrajn. Il-verifika għandha tiġi pprovduta fuq bażi annwali għal kull pajjiż ta' oriġini.

Il-varjetajiet mhux immodifikati ġenetikament tal-qoton għandhom jiġu vverifikati skont ir-Regolament (KE) Nru 1830/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

1(b)   Il-produzzjoni tal-qoton skont il-prinċipji tal-IPM

Minimu ta' 20 % tal-qoton għandu jitkabbar skont il-prinċipji tal-IPM kif definiti mill-programm IPM tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti (FAO) jew skont is-sistemi tal-Ġestjoni Integrata tal-Uċuh tar-Raba' (ICM) li jinkorporaw il-prinċipji tal-IPM, filwaqt li għandu jikkonforma mar-restrizzjonijiet fuq il-pestiċidi stipulati fil-kriterju 1(c).

Għall-prodotti li ġejjin, il-perċentwal minimu tal-qoton li għandu jitkabbar skont il-prinċipji tal-IPM kif definit hawn fuq għandu jkun ta' 60 %: T-shirts, flokkijiet tan-nisa, qomos każwali, jeans, piġami u lbies ta' bil-lejl, ħwejjeġ ta' taħt u kalzetti.

Valutazzjoni u verifika : L-applikant għandu jipprovdi evidenza li l-qoton tkabbar minn bdiewa li pparteċipaw fi programmi ta' taħriġ informali tal-FAO tan-Nazzjonijiet Uniti jew fil-programmi IPM u ICM tal-Gvern u/jew li l-qoton ġie vverifikat bħala parti mill-iskemi tal-IPM iċċertifikati minn parti terza. Il-verifika għandha tiġi pprovduta jew fuq bażi annwali għal kull pajjiż ta' oriġini jew inkella fuq il-bażi ta' ċertifikazzjonijiet għall-balal kollha tal-qoton IPM mixtrija għall-manifattura tal-prodott.

Il-konformità mar-restrizzjoni fuq il-pestiċidi ma għandhiex tkun meħtieġa għal dawk l-iskemi li jipprojbixxu l-użu tas-sustanzi elenkati fil-kriterju 1(c) u fejn l-ittestjar jitwettaq jew id-dikjarazzjonijiet tan-nuqqas ta' użu jinkisbu minn bdiewa u/jew gruppi ta' produtturi agrikoli li jiġu vverifikati permezz ta' żjarat fuq il-post imwettqa minn korpi ta' kontroll akkreditati minn gvernijiet nazzjonali jew skemi rikonoxxuti għaċ-ċertifikazzjoni tal-qoton organiku jew IPM.

Il-qoton IPM mhux immodifikat ġenetikament, li jintuża flimkien mal-qoton organiku, għandu jiġi vverifikat skont ir-Regolament (KE) Nru 1830/2003. L-iskemi tal-IPM li jeskludu l-qoton immodifikat ġenetikament għandhom jiġu aċċettati bħala prova tal-konformità għall-kontenut tal-IPM.

1(c)   Restrizzjonijiet fuq il-pestiċidi li japplikaw għall-qoton konvenzjonali u għall-qoton IPM

Il-qoton kollu li jintuża fi prodotti tessili bl-ekotikketta, bl-eċċezzjoni tal-qoton organiku u l-qoton mill-iskemi applikabbli tal-IPM eżentati f'1(b), għandu jitkabbar mingħajr l-użu ta' kwalunkwe waħda mis-sustanzi li ġejjin:

Alaklor, aldikarb, aldrin, kamfeklor (toksafen), kaptafol, klordan, 2,4,5-T, klordimeform, klorobenżilat, ċipermetrina, DDT, dieldrin, dinoseb u l-imluħa tiegħu, endosulfan, endrin, glifosulfat, heptaklor, eżaklorobenżen, eżakloroċikloeżan (isomeri totali), metamidofos, metil-o-dematon, metilparatjon, monokrotofos, neonikotinojdi (klotjanidin, imidakloprid, tijametoksam), paratjon, fosfamidon, pentaklorofenol, tjofaneż, triafaneż, triażofos

B'kollox, il-qoton għandu jkun fih aktar minn 0,5 ppm tas-sustanzi elenkati hawn fuq.

Valutazzjoni u verifika : Il-qoton għandu jiġi ttestjat għas-sustanzi elenkati. Barra minn hekk, għandu jiġi pprovdut rapport tat-test abbażi tal-metodi tal-ittestjar li ġejjin, skont kif xieraq:

US EPA 8081 B (il-pestiċidi tal-organoklorin, bl-estrazzjoni ultrasonika jew Soxhlet u s-solventi apolari (l-isoottane jew l-eżan)),

US EPA 8151 A (l-erbiċidi kklorinati, bl-użu tal-metanol),

US EPA 8141 B (il-komposti tal-organofosfru),

US EPA 8270 D (il-komposti organiċi semivolatili).

It-testijiet għandhom isiru fuq kampjuni ta' qoton mhux ipproċessat minn kull pajjiż ta' oriġini qabel jgħaddi minn xi trattament bit-tixrib. Għal kull pajjiż ta' oriġini, l-ittestjar għandu jitwettaq fuq il-bażi li ġejja:

(i)

Fejn jintuża lott wieħed biss ta' qoton fis-sena, għandu jittieħed kampjun minn balla magħżula b'mod aleatorju,

(ii)

Jekk jintużaw żewġ lottijiet jew aktar ta' qoton fis-sena, għandhom jittieħdu kampjuni komposti minn 5 % tal-balal.

Mhuwiex meħtieġ li l-qoton jiġi ttestjat meta dan ikun ġie ċċertifikat minn skema tal-IPM li tipprojbixxi l-użu tas-sustanzi elenkati.

1(d)   Ir-rekwiżiti tat-traċċabilità li japplikaw għall-qoton organiku u għall-qoton IPM

Il-qoton kollu li jitkabbar skont l-istandards tal-produzzjoni organika u tal-IPM u li jintuża għall-manifattura ta' prodott tessili bl-Ekotikketta għandu jkun rintraċċabbli mill-punt tal-verifika tal-istandard tal-produzzjoni sa, bħala minimu, il-produzzjoni tat-tessuti greige.

Valutazzjoni u verifika : l-applikant għandu juri l-konformità mar-rekwiżit tal-kontenut minimu tal-qoton jew għall-volum annwali tal-qoton mixtri jew inkella għat-taħlita ta' qoton li tintuża għall-manifattura tal-prodott(i) finali u skont kull linja tal-prodott:

(i)

Fuq bażi annwalizzata: Għandhom jiġu pprovduti reġistri tat-tranżazzjonijiet u/jew fatturi li jiddokumentaw il-kwantità ta' qoton mixtri fuq bażi annwali minn bdiewa jew gruppi ta' produtturi, u/jew il-piż totali tal-balal iċċertifikati, sal-produzzjoni tat-tessuti greige.

(ii)

Fuq bażi tal-prodott finali: Għandha tiġi pprovduta dokumentazzjoni mill-istadji tal-għażel u/jew tal-produzzjoni tad-drappijiet. Id-dokumentazzjoni kollha għandha tagħmel referenza għall-Korp ta' Kontroll jew għaċ-ċertifikatur tal-forom differenti ta' qoton.

Kriterju 2. Kittien u fibri oħrajn tat-tilju (inklużi l-qanneb, il-ġuta u r-rami)

2(a)   Il-kittien u fibri oħrajn tat-tilju għandhom jitrattbu f'kondizzjonijiet ambjentali u mingħajr inputs tal-enerġija termali.

Valutazzjoni u verifika : l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-metodu tat-trattib użat mill-bdiewa u/jew l-imtieħen tal-imxit li jfornu l-fibra.

2(b)   Meta jintuża l-metodu tat-trattib bl-ilma, l-ilma mormi mill-għadajjar tat-trattib għandu jiġi ttrattat b'tali mod li jnaqqas is-COD jew it-TOC b'mill-inqas 75 % għall-fibri tal-qanneb u b'mill-inqas 95 % għall-kittien u għal fibri oħrajn tat-tilju.

Valutazzjoni u verifika : jekk jintuża l-metodu tat-trattib bl-ilma, l-applikant għandu jipprovdi rapport tat-test li juri l-konformità u l-użu tal-metodu tal-ittestjar li ġej: ISO 6060 (COD).

Kriterju 3. Suf u fibri oħrajn tal-keratina (inkluż suf minn nagħaġ u ħrief, u xagħar minn iġmla, alpaka u mogħoż)

3(a)   It-totali tas-somma pprovduti fit-tabella 2 ma għandhomx jinqabżu għall-konċentrazzjonijiet ektoparassitiċi tas-suf fuq suf mhux ipproċessat qabel it-tagħrik.

Dawn ir-rekwiżiti ma għandhomx japplikaw jekk tkun tista' tiġi ppreżentata evidenza dokumentarja li tistabbilixxi l-identità tal-impriżi agrikoli li jipproduċu mill-inqas 75 % tal-fibri tas-suf jew tal-keratina inkwistjoni, flimkien ma' verifika indipendenti bbażata fuq żjarat fuq il-post li s-sustanzi elenkati hawn fuq ma ġewx applikati għall-oqsma jew għall-annimali kkonċernati.

Tabella

Ir-restrizzjonijiet tas-somma totali fuq il-konċentrazzjonijiet ektoparassitiċi fis-suf

Gruppi ektoparassitiċi

Il-valur limitu tas-somma totali

γ-eżakloroċikloeżan (lindan), α-eżakloroċikloeżan, β-eżakloroċikloeżan, δ-eżakloroċikloeżan, aldrin, dieldrin, endrin, p,p'-DDT, p,p'-DDD

0,5 ppm

Ċipermetrina, deltametrin, fenvalerat, ċjalotrin, flumetrin

0,5 ppm

Diażinon, propetamfos, klorfenvinfos, diklofentjon, klorprifos, fenchlorphos

2 ppm

Diflubenżuron, triflumuron, diċiklanil

2 ppm

Il-barraxa tas-suf li joperaw sistemi tal-ilma b'ċirkwit magħluq mingħajr ir-rilaxx tal-effluwent tal-ilma li jintrema u li jkissru l-ektoparassitiċidi msemmija fuq, li jistgħu jkunu preżenti fir-residwi tat-tagħrik u fil-ħama permezz ta' inċinerazzjoni, huma derogati mir-rekwiżit għall-ittestjar tas-suf, iżda għandhom jikkonformaw ma' mill-inqas tnejn mill-miżuri msemmija fil-punt 3(c).

Valutazzjoni u verifika : l-applikant għandu jew jipprovdi d-dokumentazzjoni indikata hawn fuq jew inkella jikkompila r-rapporti tat-testijiet, bl-użu tal-metodu tal-ittestjar li ġej: l-abbozz tal-metodu tal-ittestjar 59 tal-IWTO. It-test għandu jsir fuq lottijiet tal-bejgħ ta' suf mhux ipproċessat, skont il-pajjiż tal-oriġini (jekk ikunu mħalltin) u qabel isir kwalunkwe pproċessar bit-tixrib. Għandu jiġi ttestjat minimu ta' kampjun kompost wieħed ta' diversi lottijiet minn kull pajjiż ta' oriġini għal kull lott tal-ipproċessar. Kampjun kompost għandu jkun jikkonsisti minn:

(i)

Fibri tas-suf minn mill-inqas 10 lottijiet ta' impriżi agrikoli magħżula b'mod aleatorju fi ħdan il-lott tal-bejgħ, jew

(ii)

Kampjun kompost wieħed għal kull impriża organika li tforni l-lottijiet fejn ikun hemm inqas minn 10 lottijiet tal-bejgħ fi ħdan il-lott tal-ipproċessar.

B'mod alternattiv, jistgħu jiġu sottomessi ċertifikati tat-testijiet residwi għal-lottijiet tal-bejgħ kollha f'lott tal-ipproċessar.

Fejn tapplika deroga, l-applikant imbagħad ikun irid jipprovdi evidenza li tikkonferma l-konfigurazzjoni tal-impjant tat-tagħrik tas-suf flimkien ma' rapporti tat-testijiet fil-laboratorji li juru t-tkissir tal-ektoparassitiċidi li jistgħu jkunu preżenti fir-residwi tat-tagħrik u fil-ħama.

3(b)   L-operazzjonijiet tat-tagħrik tas-suf għandhom inaqqsu s-COD effluwenti billi jimmassimizzaw it-tneħħija tal-ħmieġ u l-irkupru tal-grass, segwiti minn trattament skont il-valur speċifikat fit-tabella 3 fuq is-sit jew barra minnu. Il-limiti COD li ġejjin għandhom japplikaw għat-tagħrik tas-suf mhux ipproċessat u tas-suf fin u żejtni. Suf fin huwa definit bħala suf merino b'dijametru ta' ≤ 23,5 mikron.

Tabella 3

Il-valuri tas-COD għar-rilaxx finali tal-effluwent mit-tagħrik tas-suf

Tip ta' suf

Rilaxx finali fl-ambjent (g COD/kg ta' suf żejtni)

Suf oħxon

25 g/kg

Suf fin

45 g/kg

Valutazzjoni u verifika : l-applikant għandu jipprovdi dejta rilevanti u rapporti tat-testijiet relatati ma' dan il-kriterju, bl-użu tal-metodu tal-ittestjar li ġej: ISO 6060. Id-dejta għandha turi konformità mis-sit tat-tagħrik tas-suf jew, jekk l-effluwent jiġi ttrattat barra mis-sit, mill-operatur tat-trattament tal-ilma tal-iskart. Il-konformità ma' dan il-kriterju għandha tkun il-bażi tal-medji ta' kull xahar għas-sitt xhur ta' qabel l-applikazzjoni.

3(c)   Il-barraxa tas-suf għandhom jimplimentaw mill-inqas waħda mill-miżuri li ġejjin sabiex jirkupraw il-valur minn grass ossidizzat, fibri, suint jew ħama li jirriżultaw mis-sit tat-tagħrik li jintuża għall-prodotti tas-suf bl-ekotikketta:

(i)

l-irkupru għall-bejgħ bħala materja prima kimika,

(ii)

il-produzzjoni ta' kompost jew fertilizzant likwidu,

(iii)

il-manifattura ta' prodotti bħal materjal tal-bini,

(iv)

it-trattament u l-irkupru tal-enerġija permezz ta' diġestjoni anerobika jew inċinerazzjoni.

Valutazzjoni u verifika : l-applikant għandu jipprovdi rapport u noti dwar it-trasferiment tal-iskart li jikkonfermaw it-tip u l-proporzjon ta' skart irkuprat u l-metodu użat.

Kriterju 4. Akrilik

4(a)   L-emissjonijiet tal-akrilonitril fl-arja (matul il-polimerizzazzjoni sas-soluzzjoni lesta għall-għażil), espressi bħala medja annwali, għandhom ikunu inqas minn 1,0 g/kg ta' fibra prodotta.

Valutazzjoni u verifika : l-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni ddettaljata u/jew rapporti tat-testijiet li juru l-konformità ma' dan il-kriterju, flimkien ma' dikjarazzjoni tal-konformità mill-manifattur(i) tal-fibri.

4(b)   L-emissjonijiet mill-postijiet tax-xogħol tal-N,N-dimetilaċetammid (127-19-5) fl-arja matul il-polimerizzazzjoni u l-għażil ma għandhomx jaqbżu Valur Limitu Indikattiv ta' Espożizzjoni Professjonali (IOELV) ta' 10,0 ppm.

Valutazzjoni u verifika : il-valuri tal-emissjonijiet għandhom jitkejlu f'dawk l-istadji tal-proċess li fihom jintużaw is-sustanzi, espressi bħala valur medju fuq medda ta' 8 sigħat (valur medju ta' xift). L-applikant għandu jipprovdi rapporti tat-testijiet u dejta dwar il-monitoraġġ mingħand il-manifattur(i) tal-fibri li juru l-konformità ma' dan il-kriterju.

Kriterju 5. Elastan

5(a)   Ma għandhomx jintużaw komposti tal-organotin għall-manifattura tal-fibri.

Valutazzjoni u verifika : l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tan-nuqqas ta' użu mingħand il-manifattur(i) tal-fibri.

5(b)   L-emissjonijiet mill-postijiet tax-xogħol tas-sustanzi li ġejjin fl-arja matul il-polimerizzazzjoni u l-għażil ma għandhomx jaqbżu l-valuri limiti indikattivi tal-espożizzjoni professjonali (IOELV) li ġejjin:

(i)

difenilmetan-4,4'-diisoċjanat (101-68-8) 0,005 ppm

(ii)

toluen-2,4-diisoċjanat (584-84-9) 0,005 ppm

(iii)

N,N-dimetilaċetammid (127-19-5) 10,0 ppm

Valutazzjoni u verifika : il-valuri tal-emissjonijiet għandhom jitkejlu f'dawk l-istadji tal-proċess li fihom jintużaw is-sustanzi, espressi bħala valur medju fuq medda ta' 8 sigħat (valur medju ta' xift). L-applikant għandu jipprovdi rapporti tat-testijiet u dejta dwar il-monitoraġġ mingħand il-manifattur(i) tal-fibri li juru l-konformità ma' dan il-kriterju.

Kriterju 6. Poliammid (jew najlon)

Il-prodotti tal-poliammid għandhom jikkonformaw ma' mill-inqas wieħed mill-istandards tal-produzzjoni elenkati fis-subkriterji 6(a) u 6(b).

Kwalunkwe prodott li jissodisfa l-limitu massimu tal-kontenut irriċiklat minimu għandu jitħalla juri test addizzjonali ħdejn l-Ekotikketta li jikkomunika pretensjoni dwar il-kontenut. Għal dan il-għan, qiegħda tiġi pprovduta gwida fil-kriterju 28.

6(a)   Standard tal-produzzjoni 1: Il-kontenut irriċiklat minimu.

Il-fibri għandhom jiġu mmanifatturati bl-użu ta' kontenut minimu ta' 20 % najlon li jkun ġie rriċiklat minn skart iġġenerat qabel jasal għand il-konsumaturi u/jew skart li jħallu l-konsumaturi.

Valutazzjoni u verifika : il-kontenut irriċiklat għandu jkun rintraċċabbli lura għall-ipproċessar mill-ġdid tal-materja prima. Dan għandu jiġi vverifikat permezz ta' ċertifikazzjoni indipendenti tal-katina tal-kustodja jew permezz ta' dokumentazzjoni pprovduta mill-fornituri u mill-proċessuri.

6(b)   Standard tal-produzzjoni 2: L-emissjonijiet tal-N2O mill-produzzjoni tal-monomeri.

L-emissjonijiet tal-N2O mill-produzzjoni tal-monomeri tan-najlon fl-arja, espressi bħala medja annwali, ma għandhomx jaqbżu d-9,0 g N2O/kg ta' kaprolaktam (għal najlon 6) jew ta' aċidu adipiku (għal najlon 6,6).

Valutazzjoni u verifika : l-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni jew rapporti tat-testijiet li juru l-konformità abbażi tad-dejta dwar il-monitoraġġ, flimkien ma' dikjarazzjoni tal-konformità mill-manifattur(i) tal-fibri u mill-fornituri tal-materja prima.

Kriterju 7. Poliester

Il-prodotti tessili li huma primarjament għall-bejgħ lill-konsumaturi għandhom jikkonformaw mas-subkriterji (a) u (b). Il-prodotti tessili li huma primarjament għall-bejgħ lil klijenti kummerċjali jew fis-settur pubbliku għandhom jikkonformaw ma' (a) u (b) jew (c).

Kwalunkwe prodott li jissodisfa l-limitu massimu tal-kontenut irriċiklat minimu għandu jitħalla juri test addizzjonali ħdejn l-Ekotikketta li jikkomunika pretensjoni dwar il-kontenut. Għal dan il-għan, qiegħda tiġi pprovduta gwida fil-kriterju 28.

7(a)   Il-livell ta' antimonju preżenti fil-fibri tal-poliester ma għandux jaqbeż il-260 ppm. Il-fibri tal-poliester immanifatturati minn fliexken irriċiklati tal-PET huma derogati minn dan ir-rekwiżit.

Valutazzjoni u verifika : l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tan-nuqqas ta' użu jew rapport tat-test bl-użu tal-metodi tal-ittestjar li ġejjin: determinazzjoni diretta permezz ta' Spettrometrija tal-Assorbiment Atomiku jew permezz ta' Spettrometrija tal-Emissjoni Atomika bi Plażma Akkoppjata Induttivament (ICP). It-test għandu jitwettaq fuq kampjun kompost ta' fibri mhux ipproċessati qabel kwalunkwe pproċessar bit-tixrib. Għaldaqstant, għandha tiġi pprovduta dikjarazzjoni għall-fibri li jiġu mmanifatturati minn fliexken irriċiklati tal-PET.

7(b)   Il-fibri għandhom jiġu mmanifatturati bl-użu ta' kontenut minimu ta' PET li jkun ġie rriċiklat minn skart iġġenerat qabel jasal għand il-konsumaturi u/jew skart li jħallu l-konsumaturi. Il-fibri diskontinwi għandu jkollhom kontenut minimu ta' 50 %, filwaqt li l-fibri b'filament għandu jkollhom kontenut minimu ta' 20 %. Il-mikrofibri huma derogati minn dan ir-rekwiżit u minflok għandhom jikkonformaw ma' (c).

Valutazzjoni u verifika : il-kontenut irriċiklat għandu jkun rintraċċabbli lura għall-ipproċessar mill-ġdid tal-materja prima. Dan għandu jiġi vverifikat permezz ta' ċertifikazzjoni indipendenti tal-katina tal-kustodja jew permezz ta' dokumentazzjoni pprovduta mill-fornituri u mill-proċessuri.

7(c)   L-emissjonijiet tal-VOCs matul il-produzzjoni tal-poliester, espressi bħala medja annwali, inklużi kemm is-sorsi lokalizzati kif ukoll l-emissjonijiet fuġittivi, ma għandhomx jaqbżu 1.2 g/kg għal-laqx tal-PET u 10.3 g/kg għall-fibri b'filament.

Valutazzjoni u verifika : l-applikant għandu jipprovdi dejta dwar il-monitoraġġ u/jew rapporti tat-testijiet li juru l-konformità ma' EN 12619 jew standards b'metodu ta' ttestjar ekwivalenti. Il-medji ta' kull xahar għall-emissjonijiet totali tal-komposti organiċi mis-siti tal-produzzjoni għall-prodotti b'ekotikketta għandhom jiġu pprovduti għal minimu ta' sitt xhur qabel l-applikazzjoni.

Kriterju 8. Polipropilen

Ma għandhomx jintużaw pigmenti bbażati fuq iċ-ċomb.

Valutazzjoni u verifika : l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tan-nuqqas ta' użu.

Kriterju 9. Fibri ċellulożi magħmula mill-bniedem (lijoċell, modal u visk)

Is-subkriterji tal-produzzjoni tal-polpa

9(a)   Minimu ta' 25 % ta' fibri tal-polpa għandhom jiġu mmanifatturati minn injam li jkun tkabbar skont il-prinċipji tal-ġestjoni tal-forestrija sostenibbli kif definit mill-FAO tan-Nazzjonijiet Uniti. Il-proporzjon li jifdal tal-fibri tal-polpa għandu jkun ġej minn polpa li tittieħed minn pjantaġġuni u forestrija legali.

Valutazzjoni u verifika : l-applikant għandu jikseb mingħand il-manifattur(i) tal-fibri ċertifikati validi u ċċertifikati b'mod indipendenti tal-katina tal-kustodja li juru li l-fibri tal-injam tkabbru skont il-prinċipji tal-ġestjoni tal-forestrija sostenibbli u/jew ittieħdu minn sorsi legali. L-iskemi tal-FSC, tal-PEFC jew skemi ekwivalenti għandhom jiġu aċċettati bħala ċertifikazzjoni indipendenti.

Il-manifattur tal-fibri għandu juri li ġew segwiti proċessi ta' diliġenza xierqa kif speċifikat fir-Regolament (UE) Nru 995/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) sabiex jiġi żgurat li l-injam ikun inħasad legalment. Il-liċenzji validi tal-EU FLEGT (L-Infurzar tal-Liġi tal-Foresta, il-Governanza u l-Kummerċ) jew is-CITES tan-Nazzjonijiet Uniti (il-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta' Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu) u/jew iċ-ċertifikazzjoni minn parti terza għandhom jiġu aċċettati bħala evidenza ta' provenjenza legali.

9(b)   Il-polpa li tiġi prodotta minn linterni tal-qoton għandha, bħala minimu, tissodisfa r-rekwiżiti tal-kriterju 1a jew 1b għall-qoton.

Valutazzjoni u verifika : kif indikat fil-kriterji korrispondenti

9(c)   Il-polpa li tintuża għall-manifattura tal-fibri għandha tiġi bbliċjata mingħajr l-użu ta' klorin elementali. L-ammont totali li jirriżulta ta' klorin u ta' klorin organiku fil-fibri maħduma (OX) ma għandux jaqbeż il-150 ppm, filwaqt li l-ammont totali ta' klorin u ta' klorin organiku fl-ilma tal-iskart mill-manifattura tal-polpa (AOX) ma għandux jaqbeż 0.170 kg/ADt ta' polpa.

Valutazzjoni u verifika : l-applikant għandu jipprovdi rapport tat-test li juri l-konformità mar-rekwiżit OX jew mar-rekwiżit AOX, bl-użu tal-metodu tal-ittestjar xieraq: OX: ISO 11480 (kombustjoni kkontrollata u l-mikrokulometrija).

AOX: ISO 9562

9(d)   Minimu ta' 50 % tal-polpa użata għall-manifattura tal-fibri għandha tinxtara minn imtieħen li jħollu l-polpa u li jirkupraw il-valur mil-likuri użati permezz ta':

i.

Ġenerazzjoni tal-elettriku u tal-fwar fuq il-post; jew

ii.

Manifattura ta' koprodotti kimiċi.

Valutazzjoni u verifika : l-applikant għandu jipprovdi lista ta' fornituri tal-polpa li jfornu l-materja prima li tintuża għall-manifattura tal-fibri bl-ekottikketta, kif ukoll il-proporzjon ta' polpa li jfornu. Għandha tiġi pprovduta dokumentazzjoni u evidenza li turi li l-proporzjon meħtieġ ta' fornituri għandhom it-tagħmir xieraq għall-ġenerazzjoni tal-enerġija u/jew sistemi għall-manifattura u l-irkupru ta' koprodotti installati fis-siti tal-produzzjoni relatati.

Is-subkriterji tal-produzzjoni tal-fibri

9(e)   Għall-visk u l-fibri modali, il-kontenut ta' kubrit fl-emissjonijiet ta' komposti tal-kubrit fl-arja mill-proċessi tal-produzzjoni tal-fibri, espress bħala medja annwali, ma għandux jaqbeż il-valuri tal-prestazzjoni li ġejjin indikati fit-tabella 4.

Tabella 4

Il-valuri tal-emissjonijiet ta' kubrit mill-visk u minn fibri modali

Tip ta' fibra

Valur tal-prestazzjoni (g S/kg)

Fibra diskontinwa

30 g/kg

Fibra b'filament

 

Ħasil tal-lott

Ħasil integrat

40 g/kg

170 g/kg

Valutazzjoni u verifika : l-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni ddettaljata u/jew rapporti tat-testijiet li juru l-konformità ma' dan il-kriterju, flimkien ma' dikjarazzjoni tal-konformità.

2.   IL-KRITERJI TAL-KOMPONENTI U L-AĊĊESSORJI

Il-kriterji f'din it-taqsima japplikaw għall-komponenti u l-aċċessorji li jifformaw parti minn prodott finali.

Kriterju 10. Mili

10(a)   Il-materjali tal-mili li jikkonsistu minn fibri tessili għandhom jikkonformaw mal-kriterji tal-fibri tessili (1–9), fejn ikun xieraq.

10(b)   Il-materjali tal-mili għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tat-tessuti RSL għall-bijoċidi u l-formaldeid (ara l-Appendiċi 1).

10(c)   Id-deterġenti u sustanzi kimiċi oħrajn li jintużaw għall-ħasil tal-mili (rix irqiq artab, rix, fibri naturali jew sintetiċi) għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tat-tessuti RSL għas-sustanzi kimiċi awżiljarji u għad-deterġenti, għar-rattaba tad-drapp u għall-aġenti li jikkumplessaw (ara l-Appendiċi 1).

Valutazzjoni u verifika : kif indikat fil-kriterji korrispondenti

Kriterju 11. Kisjiet, laminati u membrani

11(a)   Il-komponenti magħmula mill-poliuretan għandhom jikkonformaw mal-kriterji tal-fibri tessili 5(a) fir-rigward tal-landa organika u 5(b) fir-rigward tal-espożizzjoni tal-postijiet tax-xogħol għad-diisoċjanati aromatiċi u d-DMAc.

11(b)   Il-komponenti magħmula mill-poliester għandhom jikkonformaw mal-kriterji tal-fibri tessili 7(a) u 7(c) fir-rigward tal-kontenut tal-antimonju u l-emissjoni tal-VOCs matul il-polimerizzazzjoni.

11(c)   Il-polimeri għandhom jikkonformaw mar-restrizzjoni g(v) tal-RSL fl-Appendiċi 1 ta' din id-Deċiżjoni.

Valutazzjoni u verifika : kif indikat fil-kriterji korrispondenti u/jew fl-Appendiċi 1 għal din id-Deċiżjoni.

Kriterju 12. Aċċessorji

Il-komponenti tal-metall u tal-plastik, bħal żippijiet, buttuni u qfieli, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-RSL għall-aċċessorji (ara l-Appendiċi 1).

Valutazzjoni u verifika : kif indikat fil-kriterji korrispondenti.

3.   KRITERJI TAS-SUSTANZI KIMIĊI U PROĊESSI

Il-kriterji f'din it-taqsima japplikaw, fejn jiġi speċifikat, għall-istadji tal-produzzjoni li ġejjin:

(i)

L-għażil

(ii)

Il-formazzjoni tad-drappijiet

(iii)

Il-proċess ta' qabel it-trattament

(iv)

L-għoti taż-żebgħa

(v)

L-istampar

(vi)

L-irfinatura

(vii)

Il-qtugħ/il-ħidma/it-tirqim

Sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor, dawn il-kriterji, inklużi r-rekwiżiti għall-ittestjar b'mod aleatorju, għandhom japplikaw ukoll għall-fibri li fihom kontenut irriċiklat.

Kriterju 13. Lista ta' Sustanzi Ristretti (RSL)

13(a)   Rekwiżiti ġenerali

Il-prodott finali u r-riċetti tal-produzzjoni użati għall-manifattura tal-prodott finali ma għandhomx jinkludu s-sustanzi perikolużi elenkati fil-Lista ta' Sustanzi Ristretti fi ħdan jew 'il fuq mil-limiti tal-konċentrazzjonijiet speċifikati jew skont ir-restrizzjonijiet speċifikati. L-RSL tista' tinstab fl-Appendiċi 1. Ir-restrizzjonijiet fl-RSL jieħdu preċedenza fuq id-derogi elenkati fil-Kriterju 14, it-Tabella 6.

L-RSL għandha tiġi kkomunikata lill-fornituri u l-aġenti responsabbli mill-istadji tal-għażil, tal-għoti taż-żebgħa, tal-istampar u tal-irfinatura tal-produzzjoni. Ir-rekwiżiti tal-verifika u tal-ittestjar huma speċifikati fl-RSL għal kull stadju tal-produzzjoni u għall-prodott finali.

L-ittestjar fil-laboratorji, fejn ikun meħtieġ, għandu jitwettaq għal kull linja tal-prodott abbażi ta' teħid ta' kampjun aleatorju. L-ittestjar għandu jsir kull sena matul il-perjodu tal-liċenzja sabiex tintwera l-konformità kontinwa mal-RSL.

Valutazzjoni u verifika : l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità mal-RSL appoġġjata minn evidenza kif applikabbli għas-sustanzi u r-riċetti tal-produzzjoni użati għall-manifattura tal-prodott finali. Ir-rekwiżiti huma indikati fl-RSL u jinkludu d-dikjarazzjonijiet miksuba minn dawk responsabbli għall-istadji tal-produzzjoni relatati, id-dikjarazzjonijiet miksuba mingħand il-fornituri tas-sustanzi kimiċi u r-riżultati tat-testijiet mill-analiżi fil-laboratorji tal-kampjuni tal-prodott finali. Id-dikjarazzjonijiet miksuba mill-istadji tal-produzzjoni għandhom jiġu appoġġjati minn skedi ta' dejta tas-sigurtà (SDS) għar-riċetti tal-produzzjoni u, fejn meħtieġ, minn dikjarazzjonijiet mill-fornituri tas-sustanzi kimiċi. L-SDS għandhom jimtlew skont il-gwida pprovduta fit-Taqsimiet 2, 3, 9, 10, 11 u 12 tal-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4)(Gwida għall-kompilazzjoni tal-iskedi ta' dejta tas-sigurtà). SDS inkompleti għandhom jiġu ssupplimentati b'dikjarazzjonijiet mill-fornituri tas-sustanzi kimiċi.

L-analiżi f'laboratorju tal-prodott finali għandha titwettaq b'mod rappreżentattiv għal-linji tal-prodotti liċenzjati, fejn speċifikat, fl-RSL u skont il-metodi tal-ittestjar elenkati. Meta jkun meħtieġ, l-ittestjar għandu jsir mal-applikazzjoni u darba fis-sena minn hemm 'il quddiem għal kull linja ta' prodott abbażi ta' kampjun aleatorju, bir-riżultati mbagħad jiġu kkomunikati lill-korp kompetenti rilevanti. Id-dejta tat-test miksuba għall-finijiet tal-konformità mal-RSL's tal-industrija u ma' skemi oħrajn għandha tiġi aċċettata meta l-metodi tal-ittestjar ikunu ekwivalenti u jkunu twettqu fuq kampjun rappreżentattiv tal-prodott finali.

In-nuqqas ta' riżultat tat-test matul perjodu ta' liċenzja għandu jirriżulta fl-ittestjar mill-ġdid għal-linja speċifika tal-prodott. Jekk it-tieni test ifalli, allura l-liċenzja tiġi sospiża għal-linja speċifika tal-prodott. Għaldaqstant, imbagħad ikun hemm bżonn ta' azzjoni ta' rimedju sabiex terġa' tiddaħħal il-liċenzja.

13(b)   Sustanzi ta' Tħassib Serju Ħafna (SVHC's)

Sakemm ma jkunx idderogat b'mod speċifiku, il-prodott finali, inkluż kwalunkwe komponent jew aċċessorju, ma għandux ikun fih sustanzi li:

(i)

Jissodisfaw il-kriterji fl-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006,

(ii)

Ġew identifikati skont il-proċedura deskritta fl-Artikolu 59(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 li tistabbilixxi l-lista kandidata ta' sustanzi ta' tħassib serju ħafna.

Dan japplika għas-sustanzi li jintużaw sabiex jagħtu funzjoni lill-prodott finali, kif ukoll għas-sustanzi li ntużaw intenzjonalment fil-formuli tal-produzzjoni.

Ma għandha tingħata ebda deroga fir-rigward tas-sustanzi li jissodisfaw kwalunkwe waħda minn dawn iż-żewġ kondizzjonijiet u li huma preżenti f'oġġett tessili, jew fi kwalunkwe parti omoġenja ta' oġġett tessili kumpless, f'konċentrazzjonijiet ogħla minn 0,10 % (piż skont il-piż).

Valutazzjoni u verifika : Is-sustanzi u r-riċetti li jintużaw f'kull stadju tal-produzzjoni għandhom jiġu eżaminati fl-isfond tal-aħħar verżjoni tal-lista kandidata ppubblikata mill-ECHA. L-applikant għandu jikkompila d-dikjarazzjonijiet ta' konformità minn kull stadju tal-produzzjoni appoġġjati minn dokumentazzjoni tal-eżaminazzjoni.

Meta tkun ingħatat deroga, l-applikant għandu juri li l-użu tas-sustanza huwa f'konformità mal-limiti tal-konċentrazzjoni u mal-kondizzjonijiet tad-deroga stabbiliti fl-RSL.

Kriterju 14. Sostituzzjoni ta' sustanzi perikolużi użati fl-għoti tal-kulur taż-żebgħa, fl-istampar u fl-irfinatura

Is-sustanzi applikati għad-drappijiet u għall-panewijiet maħduma bil-labar matul il-proċessi tal-għoti taż-żebgħa, tal-istampar u tal-irfinatura li jibqgħu fuq il-prodott finali u li, b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) jew mad-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE (6), jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni bil-klassijiet ta' periklu jew bil-frażijiet ta' riskju elenkati fit-tabella 5, ma għandhomx jintużaw sakemm ma jkunux ġew derogati b'mod speċifiku. Dawn ir-restrizzjonijiet għandhom japplikaw ukoll għas-sustanzi funzjonali inkorporati fil-fibri magħmula mill-bniedem matul il-manifattura tagħhom.

14(a)   Restrizzjonijiet fuq il-klassifikazzjoni tal-perikli

Il-klassifikazzjonijiet tal-perikli ristretti huma elenkati fit-tabella 5. L-aktar regoli tal-klassifikazzjoni riċenti adottati mill-Unjoni Ewropea għandhom jieħdu preċedenza fuq il-klassifikazzjonijiet tal-perikli u l-frażijiet ta' riskju elenkati. Għaldaqstant, l-applikanti għandhom jiżguraw li l-klassifikazzjonijiet ikunu bbażati fuq l-aktar regoli tal-klassifikazzjoni riċenti.

L-użu tas-sustanzi jew tat-taħlitiet li jbiddlu l-karatteristiċi tagħhom mal-ipproċessar (pereżempju ma jibqgħux aktar bijodisponibbli jew jgħaddu minn modifika kimika) tant li ma jibqax japplika l-periklu identifikat, huma eżentati mir-rekwiżiti msemmija fuq. Dawn għandhom jinkludu l-polimeri li ġew immodifikati sabiex jinkorporaw funzjoni, kif ukoll il-monomeri jew l-addittivi li saru marbuta b'mod kovalenti mal-polimeri.

Tabella 5

Klassifikazzjonijiet ta' perikli u frażijiet ta' riskju ristretti u l-kategorizzazzjoni CLP tagħhom

Tossiċità akuta

Il-Kategoriji 1 u 2

Il-Kategorija 3

H300 Fatali jekk jinbela' (R28)

H301 Tossiku jekk jinbela' (R25)

H310 Fatali jekk imiss mal-ġilda (R27)

H311 Tossiku meta jmiss mal-ġilda (R24)

H330 Fatali jekk jinxtamm (R23/26)

H331 Tossiku jekk jinxtamm (R23)

H304 Jista' jkun fatali jekk jinbela' u jidħol fil-pajpijiet tan-nifs (R65)

EUH070 Tossiku meta jmiss mal-għajnejn (R39/41)

Tossiċità għall-organi speċifiċi fil-mira

Il-Kategorija 1

Il-Kategorija 2

H370 Jagħmel ħsara lill-organi (R39/23, R39/24, R39/25, R39/26, R39/27, R39/28)

H371 Jista' jikkawża ħsara lill-organi (R68/20, R68/21, R68/22)

H372 Jikkawża ħsara lill-organi jekk ikun hemm espożizzjoni fit-tul jew ripetuta (R48/25, R48/24, R48/23)

H373 Jista' jikkawża ħsara lill-organi ikun hemm espożizzjoni fit-tul jew ripetuta (R48/20, R48/21, R48/22)

Sensitizzazzjoni respiratorja u tal-ġilda

Il-Kategorija 1 A

Il-Kategorija 1B

H317: Jista' jikkawża reazzjoni allerġika tal-ġilda (R43)

H317: Jista' jikkawża reazzjoni allerġika tal-ġilda (R43)

H334: Jista' jikkawża l-allerġija jew sintomi tal-ażma jew problemi biex jieħu n-nifs jekk jinxtamm (R42)

H334: Jista' jikkawża l-allerġija jew sintomi tal-ażma jew problemi biex jieħu n-nifs jekk jinxtamm (R42)

Karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni

Il-Kategoriji 1 A u 1B

Il-Kategorija 2

H340 Jista' jikkawża difetti ġenetiċi (R46)

H341 Suspettat li jikkawża difetti ġenetiċi (R68)

H350 Jista' jikkawża l-kanċer (R45)

H351 Suspettat li jikkawża l-kanċer (R40)

H350i Jista' jikkawża l-kanċer jekk jinxtamm (R49)

 

H360F Jista' jagħmel ħsara lill-fertilità (R60)

H361f Suspettat li jista' jagħmel il-ħsara lill-fertilità (R62)

H360D Jista' jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx (R61)

H361d Suspettat li jista' jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx (R63)

H360FD Jista' jagħmel ħsara lill-fertilità. Jista' jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha fil-ġuf (R60, R60/61)

H361fd Suspettat li jagħmel il-ħsara lill-fertilità. Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx (R62/63)

H360Fd Jista' jagħmel ħsara lill-fertilità. Jista' jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx (R60/63)

H362 Jista' jagħmel ħsara lit-tfal imreddgħa (R64)

H360Df Jista' jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx. Suspettat li jagħmel il-ħsara lill-fertilità (R61/62)

 

Perikolużi għall-ambjent akwatiku

Il-Kategoriji 1 u 2

Il-Kategoriji 3 u 4

H400 Tossiku ħafna għall-organiżmi akwatiċi (R50)

H412 Jagħmel ħsara lill-organiżmi li jgħixu fl-ilma b'mod li jħalli effetti dejjiema (R52/53)

H410 Tossiku ħafna għall-organiżmi li jgħixu fl-ilma b'mod li jħalli effetti dejjiema (R50/53)

H413 Jista' jikkawża effetti dejjiema li jagħmlu ħsara lill-organiżmi li jgħixu fl-ilma (R53)

H411 Tossiku għall-organiżmi li jgħixu fl-ilma b'mod li jħalli effetti dejjiema (R51/53)

 

Perikolużi għas-saff tal-ożonu

EUH059 Perikoluż għas-saff tal-ożonu (R59)

 

14(b)   Derogi li japplikaw għall-gruppi ta' sustanzi tessili

Skont l-Artikolu 6(7) tar-Regolament (KE) Nru 66/2010, il-gruppi ta' sustanzi elenkati fit-tabella 6 huma speċifikament derogati mir-rekwiżiti stabbiliti fil-Kriterju 14(a) u skont il-kondizzjonijiet tad-deroga deskritti fit-tabella 6. Għal kull grupp ta' sustanzi, il-kondizzjonijiet kollha tad-deroga huma pprovduti għall-klassifikazzjonijiet tal-perikli speċifikati. Dawn id-derogi japplikaw ukoll għas-sustanzi miżjuda mal-fibri sintetiċi u ċellulożiċi u magħmula mill-bniedem matul il-manifattura tagħhom.

Tabella 6

Klassifikazzjonijiet ta' perikli derogati skont il-grupp ta' sustanzi

Sustanzi li jagħtu funzjoni lill-prodott finali

Grupp ta' sustanzi

Klassifikazzjonijiet tal-perikli derogati

Il-kondizzjonijiet tad-deroga

(i)

Kulurant għall-għoti taż-żebgħa u l-istampar mhux bil-pigmenti

H301, H311, H331, H317, H334

Għandhom jintużaw formulazzjonijiet taż-żebgħa ħielsa mit-trab jew dożaġġ u distribuzzjoni awtomatiċi taż-żebgħat mill-kumpaniji li jipproduċu ż-żebgħa u mill-istampaturi sabiex titnaqqas l-espożizzjoni tal-ħaddiema;

H411, H412, H413

Il-proċessi tal-għoti taż-żebgħa li jagħmlu użu minn żebgħat reattivi, diretti, likwidi b'żebgħa mdewba fihom u żebgħa tal-kubrit għandhom jissodisfaw minimu ta' waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

L-użu ta' żebgħat b'affinità għolja;

Il-kisba ta' rata ta' rifjut ta' inqas minn 3,0 %

L-użu ta' strumentazzjoni li tqabbel il-kuluri;

L-implimentazzjoni ta' proċeduri operattivi standard għall-proċess tal-għoti taż-żebgħa;

L-użu ta' tneħħija tal-kulur sabiex l-ilma li jintrema jiġi ttrattat b'konformità mal-kriterju 16a)

L-użu ta' żebgħa ta' soluzzjoni u/jew l-istampar diġitali huma eżentati minn dawn il-kondizzjonijiet.

(ii)

Sustanzi reżistenti għall-fjammi

H317 (1B), H373, H411, H412, H413

Il-prodott għandu jkun intiż sabiex jintuża f'applikazzjonijiet fejn ikun meħtieġ li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-protezzjoni min-nirien fl-istandards u r-regolamenti dwar l-akkwist pubbliku tal-ISO, tal-EN, tal-Istati Membri jew tas-settur pubbliku.

Il-prodott għandu jissodisfa r-rekwiżiti għad-durabbiltà tal-funzjoni (ara l-kriterju 25)

H351 huwa derogat għall-applikazzjoni tat-trijossidu tal-antimonju sinerġizzant għall-kisi minn wara tat-tessuti.

Il-prodott għandu jkun intiż sabiex jintuża f'applikazzjonijiet fejn ikun meħtieġ li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-protezzjoni min-nirien fl-istandards u r-regolamenti dwar l-akkwist pubbliku tal-ISO, tal-EN, tal-Istati Membri jew tas-settur pubbliku.

L-emissjonijiet fl-arja fil-postijiet tax-xogħol fejn tiġi applikata s-sustanza reżistenti għall-fjammi fuq il-prodott tessili għandhom jissodisfaw valur limitu ta' 0,50 mg/m3 ta' espożizzjoni professjonali fuq medda ta' tmien sigħat.

(iii)

Sustanzi li joħolqu luminożità ottika

H411, H412, H413

Is-sustanzi li joħolqu luminożità ottika jistgħu jiġu applikati biss fil-każijiet li ġejjin:

Fl-istampar b'kulur abjad;

Sabiex tinkiseb luminożità mtejba fl-uniformijiet u fl-ilbies tax-xogħol;

Bħala addittivi matul il-produzzjoni ta' poliammid u poliester b'kontenut riċiklat.

(iv)

Sustanzi li jbarru l-ilma, it-trab u t-tbajja'

H413

Is-sustanza li tbarri u l-prodotti ta' degradazzjoni tagħha għandhom ikunu faċilment u/jew inerentement bijodegradabbli u mhux bijoakkumulattivi fl-ambjent akwatiku, inkluż is-sediment akwatiku.

Il-prodott għandu jissodisfa r-rekwiżiti għad-durabbiltà tal-funzjoni (ara l-kriterju 25)

Sustanzi residwi oħrajn li jistgħu jinstabu fuq il-prodott finali

(v)

Awżiljarji li jinkludu:

Trasportaturi,

Aġenti tal-Invellar,

Aġenti ta' Dispersjoni,

Aġenti Tensjoattivi,

Aġenti tat-Tgħaqqid,

Aġenti Leganti

H301, H311, H331, H371, H373, H317 (1B), H334, H411, H412, H413, EUH070,

Ir-riċetti għandhom jiġu fformulati bl-użu ta' sistemi ta' dożaġġ awtomatiċi u l-proċessi għandhom isegwu l-proċeduri operattivi standard.

Sustanzi kklassifikati b'H311, H331 u H317 (1B) ma għandhomx ikunu preżenti fuq il-prodott finali f'konċentrazzjonijiet ta' aktar minn 1,0 % w/w.

Valutazzjoni u verifika : l-applikant għandu jikseb dikjarazzjonijiet tal-konformità minn kull sit tal-produzzjoni taż-żebgħa, tal-istampar u tal-irfinatura u, fejn meħtieġ, mill-fornituri tas-sustanzi kimiċi tagħhom. Huwa għandu jiddikjara li, meta jintużaw fir-riċetti tal-produzzjoni, is-sustanzi li ġejjin, flimkien ma' kwalunkwe sustanzi funzjonali addizzjonali użati li jistgħu jibqgħu fuq il-prodott finali, ma jissodisfawx il-kriterji għall-klassifikazzjoni b'wieħed jew aktar mill-klassifikazzjonijiet tal-periklu u l-frażijiet ta' riskju elenkati fit-tabella 5:

bijoċidi

kuluranti u pigmenti

trasportaturi awżiljarji, aġenti tal-invellar u aġenti ta' dispersjoni

sustanzi li joħolqu luminożità ottika

aġenti tat-tgħaqqid, aġenti leganti u plastifikanti użati fl-istampar

aġenti li jqassmu (minn irfinaturi u stampar b'kura faċli)

ritardanti tal-fjammi u sinerġizzanti

sustanzi li jbarru l-ilma, il-ħmieġ u t-tbajja'

rattaba tad-drapp

Meta s-sustanzi jiġu derogati fit-tabella 6, id-dikjarazzjoni għandha tidentifika b'mod speċifiku dawk is-sustanzi derogati u tipprovdi evidenza ta' appoġġ li turi kif għandhom jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet tad-derogi.

Id-deroga (v) dwar l-Awżiljarji għandha titlob verifika, li tkun ibbażata fuq ittestjar fil-laboratorji, tal-prodott finali, jekk il-formuli tal-produzzjoni jkunu jinkludu sustanzi li jġorru l-klassifikazzjonijiet tal-perikli speċifikati.

L-informazzjoni teknika li ġejja għandha tiġi pprovduta sabiex tappoġġja d-dikjarazzjoni tal-klassifikazzjoni jew tan-nonklassifikazzjoni għal kull sustanza:

(i)

Għas-sustanzi li ma ġewx irreġistrati skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jew li sa issa għad ma għandhomx klassifikazzjoni armonizzata ta' CLP: Informazzjoni li tissodisfa r-rekwiżiti elenkati fl-Anness VII għal dak ir-Regolament;

(ii)

Għas-sustanzi li ġew irreġistrati skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti għall-klassifikazzjoni ta' CLP: Informazzjoni bbażata fuq id-dossier tar-reġistrazzjoni ta' REACH li tikkonferma l-istatus mhux ikklassifikat tas-sustanza;

(iii)

Għas-sustanzi li għandhom klassifikazzjoni armonizzata jew li huma awtokklassifikati: SDS, fejn ikunu disponibbli. Jekk dawn ma jkunux disponibbli jew is-sustanza tkun awtokklassifikata, l-informazzjoni pprovduta għandha tkun rilevanti għall-klassifikazzjoni tal-perikli tas-sustanzi skont l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006;

(iv)

Fil-każ tat-taħlitiet: skedi ta' dejta tas-sigurtà, fejn ikunu disponibbli. Jekk dawn ma jkunux disponibbli, il-kalkolazzjoni tal-klassifikazzjoni tat-taħlita għandha tiġi pprovduta skont ir-regoli tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008, flimkien ma' informazzjoni rilevanti għall-klassifikazzjoni tal-perikli tat-taħlitiet skont l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

SDS għandhom jimtlew skont il-gwida pprovduta fit-Taqsimiet 2, 3, 9, 10, 11 u 12 tal-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ir-rekwiżiti għall-kompilazzjoni tal-SDS). SDS inkompleti għandhom jiġu ssupplimentati b'dikjarazzjonijiet mill-fornituri tas-sustanzi kimiċi.

Kriterju 15. L-effiċjenza fl-użu tal-enerġija għall-ħasil, għat-tnixxif u għat-tqaddid

L-applikant għandu juri li l-enerġija użata fil-passi tal-ħasil, tat-tnixxif u tat-tqaddid assoċjati mal-passi tal-għoti taż-żebgħa, tal-istampar u tal-irfinatura għall-prodotti bl-ekotikketta titkejjel u titqabbel bħala parti minn sistema ta' ġestjoni tal-enerġija jew tal-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju.

Barra minn hekk, huma għandhom juru li s-siti tal-produzzjoni implimentaw numru minimu ta' tekniki għall-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, imsejħa l-Aqwa Tekniki Disponibbli (BAT), kif speċifikat fit-tabella 7 u kif elenkat fl-Appendiċi 3 għal din id-deċiżjoni.

Tabella 7

Tekniki għall-effiċjenza fl-użu tal-enerġija matul il-ħasil, it-tlaħliħ u t-tnixxif

Temi tal-BAT

Il-volum tal-produzzjoni

< 10 tunnellati/ġurnata

> 10 tunnellati/ġurnata

1.

Ġestjoni tal-enerġija ġenerali

Żewġ tekniki

Tliet tekniki

2.

Il-proċessi tal-ħasil u tat-tlaħliħ

Teknika waħda

Żewġ tekniki

3.

Tnixxif u tqaddid bl-użu ta' stenter frames

Teknika waħda

Żewġ tekniki

Valutazzjoni u verifika : l-applikant għandu jikkompila r-rapportaġġ mis-sistemi tal-ġestjoni tal-enerġija għal kull sit ta' produzzjoni tal-għoti taż-żebgħa, tal-istampar u tal-irfinatura. Is-sistema ISO 50001 jew is-sistemi ekwivalenti għall-enerġija jew għall-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju għandhom jiġu aċċettati bħala evidenza għas-sistema ta' ġestjoni tal-enerġija.

L-evidenza meħtieġa dwar l-implimentazzjoni tal-BAT għandha tinkludi, bħala minimu, ritratti tas-sit, deskrizzjonijiet tekniċi ta' kull teknika u evalwazzjonijiet tal-iffrankar fl-użu tal-enerġija.

Kriterju 16. It-trattament tal-emissjonijiet fl-arja u fl-ilma

16(a)   Ir-rilaxxi tal-ilma tal-iskart mill-ipproċessar bit-tixrib

Ir-rilaxxi tal-ilma tal-iskart fl-ambjent ma għandhomx jaqbżu l-20 g ta' COD/kg proċessati. Dan ir-rekwiżit għandu japplika għall-proċessi tal-insiġ, tal-għoti taż-żebgħa, tal-istampar u tal-irfinatura użati għall-manifattura tal-prodott(i). Ir-rekwiżit għandu jitkejjel 'l isfel mill-impjant għat-trattament tal-ilma tal-iskart fis-sit u/jew mill-impjant għat-trattament tal-ilma tal-iskart barra mis-sit li jirċievi l-ilma tal-iskart minn dawn is-siti tal-ipproċessar.

Jekk l-effluwent jiġi ttrattat fuq il-post u rrilaxxat direttament fl-ilma tas-superfiċje, huwa għandu jissodisfa wkoll ir-rekwiżiti li ġejjin:

(i)

pH ta' bejn 6,0 u 9,0 (sakemm il-pH tal-ilma li jasal ma jkunx jaqa' barra minn din il-medda)

(ii)

temperatura ta' inqas minn 35 °C (sakemm it-temperatura tal-ilma li jasal ma tkunx ogħla minn dan il-valur)

Jekk ikun hemm bżonn li jitneħħa l-kulur permezz ta' kondizzjoni ta' deroga msemmija fil-kriterju 14, allura għandhom jiġu ssodisfati l-koeffiċjenti tal-assorbiment spettrali li ġejjin:

(i)

436 nm (settur isfar) 7 m-1

(ii)

525 nm (settur aħmar) 5 m-1

(iii)

620 nm (settur ikħal) 3 m-1

Valutazzjoni u verifika : l-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni ddettaljata u rapporti tat-testijiet, bl-użu tal-ISO 6060 u l-ISO 7887, kif rilevanti, filwaqt li juri l-konformità ma' dan il-kriterju fuq il-bażi ta' medji ta' kull xahar għas-sitt xhur ta' qabel l-applikazzjoni, flimkien ma' dikjarazzjoni tal-konformità. Id-dejta għandha turi l-konformità mis-sit tal-produzzjoni jew, jekk l-effluwent jiġi ttrattat barra s-sit, mill-operatur tat-trattament tal-ilma tal-iskart.

16(b)   L-emissjonijiet fl-arja mill-proċessi tal-istampar u tal-irfinatura

L-emissjonijiet totali ta' komposti organiċi, kif definiti fid-Direttiva tal-Kunsill 1999/13/KE (7), mis-siti tal-produzzjoni tal-istampar u tal-irfinatura tat-tessuti li jintużaw għall-manifattura tal-prodott(i) bl-ekotikketta ma għandhomx jaqbżu l-100,0 mg C/Nm3.

Meta l-proċessi tal-kisi u tat-tnixxif tat-tessuti jippermettu l-irkupru u l-użu mill-ġdid tas-solventi, għandu japplika limitu ta' 150,0 mg C/Nm3 fuq l-emissjonijiet.

Il-proċessi tal-irfinatura jinkludu t-thermosetting, it-thermosoling, il-kisi u l-mili tat-tessuti, inklużi l-faċilitajiet rispettivi tagħhom għat-tnixxif (stenter).

Valutazzjoni u verifika : l-applikant għandu juri l-konformità skont l-istandard EN 12619 jew standards ekwivalenti oħrajn. Il-medji ta' kull xahar għall-emissjonijiet totali tal-komposti organiċi mis-siti tal-produzzjoni għandhom jiġu pprovduti għas-sitt xhur ta' qabel l-applikazzjoni. Meta jitwettqu l-irkupru u l-użu mill-ġdid tas-solventi, allura tkun trid tiġi pprovduta dejta dwar il-monitoraġġ bil-għan li sservi bħala evidenza tat-tħaddim ta' dawn is-sistemi.

4.   KRITERJI DWAR L-ADEGWATEZZA GĦALL-UŻU

Il-kriterji f'din it-taqsima japplikaw għal drapp intermedju u prodott maħdum bil-labar, kif ukoll għall-prodott finali.

Kriterju 17. Bidliet dimensjonali matul il-ħasil u t-tnixxif

Il-bidliet dimensjonali wara l-ħasil u t-tnixxif fit-temperaturi u l-kondizzjonijiet tal-ħasil domestiku jew industrijali ma għandhomx jaqbżu dawk speċifikati fit-tabella 8.

Tabella 8

It-tolleranzi għall-bidliet dimensjonali matul il-ħasil u t-tnixxif

Prodotti tessili jew tip ta' materjal

Bidliet dimensjonali matul il-ħasil u t-tnixxif

Drappijiet maħduma bil-labar

± 4,0 %

Maħduma bil-labar fil-kobor

± 6,0 %

Maħduma b'ponti rqaq ħafna

± 5,0 %

Drappijiet minsuġa:

 

Qoton u taħlita ta' qoton

Taħlita ta' suf

Fibri sintetiċi

± 3,0 %

± 2,0 %

± 2,0 %

Kalzetti u maljerija għas-saqajn

± 8,0 %

Bjankerija tal-banju, inklużi xugamani terry u drappijiet bi ħjata fina

± 8,0 %

Tapizzerija minsuġa li tinqala' minn postha u tinħasel — Purtieri u drappijiet għall-għamara

± 2,0 %

Il-kisi tal-mili tas-saqqijiet

± 3,0 %

Drappijiet mhux minsuġa

 

Il-kisi tal-mili tas-saqqijiet

Id-drappijiet l-oħrajn kollha

± 5,0 %

± 6,0 %

Dan il-kriterju ma japplikax għal:

(a)

fibri jew ħjut,

(b)

prodotti ttikkettjati b'mod ċar bħala “dry clean only” (naddaf fix-xott biss) jew l-ekwivalenti,

(c)

drappijiet għall-għamara li ma jinqalgħux u ma jinħaslux.

Valutazzjoni u verifika : l-applikant għandu jipprovdi rapporti tal-ittestjar bl-użu tal-istandards xierqa għall-prodott.

Għall-ħasil domestiku, għandu jintuża l-istandard EN ISO 6330 flimkien ma' EN ISO 5077 kif ġej: tliet ħasliet f'temperaturi kif indikati fuq il-prodott, li jitnixxfu bit-tumble drier wara kull ċiklu ta' ħasil.

Għall-ħasil kummerċjali f'postijiet industrijali fejn jinħaslu l-ħwejjeġ, għandu jintuża l-ISO 15797 flimkien mal-ISO 5077 f'temperatura minima ta' 75 °C jew kif indikat fl-istandard għall-kombinazzjoni tal-fibra u l-ibbliċjar. It-tnixxif għandu jsir kif indikat fuq it-tikketta tal-prodott.

B'mod alternattiv, għall-kisi tal-mili tas-saqqijiet li jista' jinqala' u jinħasel, għandu jintuża l-istandard EN ISO 6330 flimkien mal-istandard EN 25077. Il-kondizzjonijiet default għandhom ikunu ħasil 3 A (60 °C) u tnixxif C (flat drying) sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fuq it-tikketta tal-prodott.

Kriterju 18. Iż-żamma tal-kulur fil-ħasil

Iż-żamma tal-kulur fil-ħasil għandha tkun mill-inqas fil-livelli 3-4 għall-bidla tal-kulur u mill-inqas fil-livelli 3-4 għat-tbajja'.

Dan il-kriterju ma japplikax għall-prodotti ttikkettjati bħala “dry clean only” (naddaf fix-xott biss) jew l-ekwivalenti (sakemm tkun il-prattika normali li tali prodotti jġorru din it-tikketta), għall-prodotti bojod jew għall-prodotti li la jinżebgħu u lanqas jiġu stampati, jew inkella għad-drapp tal-għamara li ma jinħasilx.

Valutazzjoni u verifika : għall-ħasil domestiku, l-applikant għandu jipprovdi rapporti tal-ittestjar bl-użu tal-metodu tal-ittestjar li ġej: ISO 105 C06 (ħasla waħda f'temperatura kif immarkata fuq il-prodott, bit-trab tal-perborat).

Għall-ħasil kummerċjali f'postijiet industrijali fejn jinħaslu l-ħwejjeġ, għandu jintuża l-ISO 15797 flimkien mal-ISO 105 C06 f'temperatura minima ta' 75 °C jew kif indikat fl-istandard għall-kombinazzjoni tal-fibra u l-ibbliċjar.

Kriterju 19. Iż-żamma tal-kulur fil-għaraq (aċidu, alkalin)

Iż-żamma tal-kulur fil-għaraq (aċidu u alkalin) għandha tkun mill-inqas fil-livelli 3-4 (bidla tal-kulur u tbajja'). Madankollu, huwa permess il-livell 3 meta d-drapp ikun miżbugħ skur (qawwa standard > 1/1) u magħmul minn suf riġenerat. Dan il-kriterju ma japplikax għall-prodotti bojod li la huma miżbugħin u lanqas stampati, għad-drapp tal-għamara, għall-purtieri jew għal tessuti simili intiżi għat-tiżjin fuq ġewwa.

Valutazzjoni u verifika : l-applikant għandu jipprovdi rapporti tal-ittestjar bl-użu tal-metodu tal-ittestjar li ġej: ISO 105 E04 (aċidu u alkalin, paragun mad-drapp ta' ħafna kwalitajiet ta' fibri).

Kriterju 20. Iż-żamma tal-kulur fit-tagħrik bit-tixrib

Iż-żamma tal-kulur fit-tagħrik bit-tixrib għandha tkun mill-inqas fil-livelli 2-3. Madankollu, huwa permess il-livell 2 għad-denim miżbugħ ikħal skur (indigo).

Dan il-kriterju ma japplikax għall-prodotti bojod jew għal prodotti li la huma miżbugħin u lanqas stampati.

Valutazzjoni u verifika : l-applikant għandu jipprovdi rapporti tal-ittestjar bl-użu tal-metodu tal-ittestjar li ġej: ISO 105 X12.

Kriterju 21. Iż-żamma tal-kulur fit-tagħrik bit-tnixxif

Iż-żamma tal-kulur fit-tagħrik bit-tnixxif għandha tkun mill-inqas fil-livell 4. Madankollu, huwa permess livell ta' 3-4 għad-denim miżbugħ ikħal skur (indigo).

Dan il-kriterju ma japplikax għall-prodotti bojod jew għal prodotti li la huma miżbugħin u lanqas stampati, għall-purtieri jew għal tessuti simili intiżi għat-tiżjin fuq ġewwa.

Valutazzjoni u verifika : l-applikant għandu jipprovdi rapporti tal-ittestjar bl-użu tal-metodu tal-ittestjar li ġej: ISO 105 X12.

Kriterju 22. Iż-żamma tal-kulur fid-dawl

Għad-drappijiet intiżi għall-għamara, għall-purtieri jew li jiddendlu, iż-żamma tal-kulur fid-dawl għandha tkun mill-inqas fil-livell 5. Għall-prodotti l-oħrajn kollha, iż-żamma tal-kulur fid-dawl għandha tkun mill-inqas fil-livell 4.

Madankollu, huwa permess il-livell 4 meta d-drappijiet intiżi għall-għamara, għall-purtieri jew li jiddendlu jkollhom kulur ċar (qawwa standard < 1/12) u jkunu magħmula minn aktar minn 20 % suf jew fibri oħrajn tal-keratin, jew minn aktar minn 20 % għażel jew fibri oħrajn tat-tilju.

Dan ir-rekwiżit ma japplikax għall-kisi tal-mili tas-saqqijiet, għall-protezzjoni tas-saqqijiet jew għall-ħwejjeġ ta' taħt.

Valutazzjoni u verifika : l-applikant għandu jipprovdi rapporti tal-ittestjar bl-użu tal-metodu tal-ittestjar li ġej: ISO 105 B02.

Kriterju 23. Ir-reżistenza u l-assorbiment tal-prodotti tat-tindif għall-ħasil

Il-prodotti tat-tindif għandhom ikunu reżistenti u assorbenti għall-ħasil skont il-parametri tal-ittestjar rilevanti identifikati fit-tabelli 9 u 10. L-ittestjar speċifikat għall-assorbiment ma għandux japplika għal prodotti bi ħjut mibrumin.

Tabella 9

Il-valuri u l-parametri għar-reżistenza tal-prodotti tat-tindif għall-ħasil

Prodotti tessili għat-tindif jew tip ta' materjal

Numru ta' ħasliet

Temperatura

Ir-referenza tat-test EN ISO 6630

Prodotti minsuġa u mhux minsuġa għat-tindif bit-tixrib

80

40 °C

Proċedura 4N

Prodotti tal-mikrofibra għat-tfarfir

200

40 °C

Proċedura 4N

Prodotti li ġejjin minn fibri tessili rriċiklati

20

30 °C

Proċedura 3G

Moppijiet għall-ħasil tal-art

200

60 °C

Proċedura 6N

Biċċiet għall-ħasil tal-art

5

30 °C

Proċedura 3G


Tabella 10.

Il-valuri u l-parametri għall-assorbiment tal-prodotti tat-tindif

Prodotti tessili għat-tindif jew tip ta' materjal

Il-ħin għall-assorbiment tal-likwidu

Prodotti li ġejjin minn fibri tessili rriċiklati

≤ 10 sekondi

Prodotti tal-mikrofibra għat-tindif tal-uċuh u tal-art

≤ 10 sekondi

Prodotti minsuġa u mhux minsuġa għat-tindif bit-tixrib

≤ 10 sekondi

Prodotti għall-ħasil tal-art

≤ 10 sekondi

Valutazzjoni u verifika : l-applikant għandu jipprovdi r-rapporti tal-ittestjar bl-użu tal-metodi tal-ittestjar li ġejjin, skont kif rilevanti: EN ISO 6330 u EN ISO 9073-6. L-ittestjar skont il-metodu EN ISO 6330 għandu jitwettaq bl-użu ta' magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ tat-tip A għall-prodotti u l-materjali kollha.

Kriterju 24. Ir-reżistenza tad-drappijiet għall-ifformar f'għamla ta' pilloli u għall-brix

Id-drappijiet mhux minsuġa u l-ħwejjeġ maħduma bil-labar, l-aċċessorji u l-kutri magħmula mis-suf, taħlitiet ta' suf u polyester (inkluż suf verġni), għandhom jirreżistu l-ifformar f'għamla ta' pilloli għal klassifikazzjoni ta' minimu ta' 3.

Id-drappijiet tal-qoton minsuġa li jintużaw għall-ħwejjeġ għandhom jirreżistu l-ifformar f'għamla ta' pilloli għal klassifikazzjoni ta' minimu ta' 3. It-tights u l-leggings tal-poliammid għandhom jirreżistu għal klassifikazzjoni ta' minimu ta' 2.

Valutazzjoni u verifika : l-applikant għandu jipprovdi rapporti mit-testijiet imwettqa kif xieraq għas-sottostrat:

Prodotti maħduma bil-labar u mhux minsuġa: ISO 12945-1 Il-metodu pill box

Drappijiet minsuġa: ISO 12945-2 Il-metodu martindale

Kriterju 25. Id-durabbiltà tal-funzjoni

L-irfinaturi, it-trattamenti u l-addittivi li jagħtu l-karatteristiċi tar-reżistenza għall-fjammi u l-kura faċli lis-sustanzi li jbarru l-ilma, iż-żejt u t-tbajja' (li ssir referenza għalihom ukoll bħala non-crease jew pressa permanenti) għall-prodott tessili meta jkun qiegħed jintuża, għandhom ikunu reżiljenti skont il-valuri u l-parametri stabbiliti fis-sub-kriterji 25(a), (b) u (c).

Għas-sustanzi li jbarru l-ilma, iż-żejt u t-tbajja', il-konsumaturi għandhom jiġu pprovduti bi gwida dwar kif għandha tinżamm il-funzjonalità tal-irfinaturi applikati għall-prodott.

Il-fibri tessili, id-drappijiet u l-membrani li jagħtu l-karatteristiċi funzjonali intrinsiċi lill-prodott finali huma eżentati minn dawn ir-rekwiżiti.

Valutazzjoni u verifika : għall-prodotti bi karatteristiċi intrinsiċi, l-applikanti għandhom jipprovdu rapporti tal-ittestjar li juru l-prestazzjoni mtejba jew komparabbli mqabbla ma' alternattivi li jistgħu jiġu applikati bħala rfinaturi.

25(a)   Il-funzjonijiet tas-sustanzi li jbarru l-ilma, iż-żejt u t-tbajja'

Is-sustanzi li jbarru l-ilma għandhom iżommu funzjonalità ta' 80 minn 90 wara 20 ċiklu ta' ħasil domestiku u tnixxif bit-tumble drier f'temperatura ta' 40 °C jew wara 10 ċikli ta' ħasil u tnixxif industrijali f'temperatura minima ta' 75 °C.

Is-sustanzi li jbarru ż-żejt għandhom iżommu funzjonalità ta' 3,5 minn 4,0 wara 20 ċiklu ta' ħasil domestiku u tnixxif bit-tumble drier f'temperatura ta' 40 °C jew wara 10 ċikli ta' ħasil u tnixxif industrijali f'temperatura minima ta' 75 °C.

Is-sustanzi li jbarru t-tbajja' għandhom iżommu funzjonalità ta' 3,0 minn 5,0 wara 20 ċiklu ta' ħasil domestiku u tnixxif bit-tumble drier f'temperatura ta' 40 °C jew wara 10 ċikli ta' ħasil u tnixxif industrijali f'temperatura minima ta' 75 °C.

It-temperaturi tal-ħasil industrijali jistgħu jitnaqqsu għal 60 °C għal ħwejjeġ bil-ħjatat issiġillati b'materjal li ma jħallix l-ilma jgħaddi (“taped seams”).

Valutazzjoni u verifika : l-applikant għandu jipprovdi rapporti mit-testijiet imwettqa skont l-istandards li ġejjin, skont kif ikun xieraq għall-prodott:

Għall-prodotti kollha, iċ-ċikli tal-ħasil domestiku ISO 6330 jew iċ-ċikli tal-ħasil industrijali ISO 15797 flimkien ma':

sustanzi li jbarru l-ilma: ISO 4920

sustanzi li jbarru ż-żejt: ISO 14419

sustanzi li jbarru t-tbajja': ISO 22958

25(b)   Il-funzjonijiet ta' sustanzi reżistenti għall-fjammi

Il-prodotti li jistgħu jinħaslu għandhom iżommu l-funzjonalità tagħhom wara 50 ċiklu ta' ħasil industrijali u tnixxif bit-tumble drier f'temperatura minima ta' 75 °C. Il-prodotti li ma jistgħux jinħaslu għandhom iżommu l-funzjonalità tagħhom wara test bit-tgħaddis.

Valutazzjoni u verifika : L-applikant għandu jipprovdi rapporti mit-testijiet imwettqa skont l-istandards li ġejjin, skont kif ikun xieraq għall-prodott:

L-ISO 6330 għaċ-ċikli tal-ħasil domestiku jew l-EN ISO 10528 għaċ-ċikli tal-ħasil kummerċjali, it-tnejn flimkien mal-EN ISO 12138. Meta t-tessut ma jkunx jinqala', għandu jintuża l-BS 5651 jew l-ekwivalenti għalih.

25(c)   Kura faċli (li ssir referenza għaliha wkoll bħala non-crease jew pressa permanenti)

Il-prodotti magħmula minn fibri naturali għandhom jilħqu grad ta' fabric smoothness ta' SA-3, filwaqt li l-prodotti magħmula minn taħlita ta' fibri naturali u sintetiċi għandhom jilħqu grad ta' fabric smoothness ta' SA-4 wara 10 ċikli ta' ħasil domestiku u tnixxif bit-tumble drier f'temperatura ta' 40 °C.

Valutazzjoni u verifika : l-applikant għandu jipprovdi rapporti mit-testijiet imwettqa skont il-metodu tal-ittestjar ISO 7768 għall-valutazzjoni tad-dehra lixxa tad-drappijiet wara li jinħaslu.

5.   KRITERJI TAR-RESPONSABBILTÀ SOĊJALI KORPORATTIVA

Il-kriterji msemmija f'din it-taqsima japplikaw għall-istadji tal-qtugħ/ħidma/tirqim fil-produzzjoni għall-prodotti tessili.

Kriterju 26. Il-prinċipji u d-drittijiet fundamentali fuq il-post tax-xogħol

L-applikanti għandhom jiżguraw li l-prinċipji u d-drittijiet fundamentali fuq il-post tax-xogħol, kif deskritti fl-Istandards Fundamentali tax-Xogħol tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), fil-Patt Globali tan-Nazzjonijiet Uniti u fil-Linji Gwida tal-OECD għall-Impriżi Multi-Nazzjonali, jiġu osservati mis-siti kollha tal-produzzjoni fl-istadji tal-qtugħ/ħidma/tirqim użati għall-manifattura tal-prodott(i) liċenzjat(i). Għall-finijiet ta' verifika, għandha ssir referenza għal dawn l-Istandards Fundamentali tax-Xogħol tal-ILO:

029

Ix-Xogħol Sfurzat

087

Il-Libertà tal-Assoċjazzjoni u l-Ħarsien tad-Dritt għall-Organizzazzjoni

098

Id-Dritt għall-Organizzazzjoni u għan-Negozjar Kollettiv

100

Ħlas indaqs

105

L-Abolizzjoni tax-Xogħol Sfurzat

111

Id-Diskriminazzjoni (fl-Impjiegi u x-Xogħol)

155

Is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol

138

Il-Konvenzjoni dwar l-Età Minima

182

L-Eliminazzjoni tal-Agħar Forom tat-Tħaddim tat-Tfal

Dawn l-istandards għandhom jiġu kkomunikati lis-siti tal-produzzjoni fl-istadji tal-qtugħ/ħidma/tirqim li jintużaw għall-manifattura tal-prodott finali.

Valutazzjoni u verifika : l-applikant għandu juri verifika tal-konformità minn parti terza, bl-użu ta' verifika indipendenti jew evidenza dokumentarja, inklużi żjarat fuq is-sit minn awdituri matul il-proċess ta' verifika tal-Ekotikketta għas-siti tal-produzzjoni fl-istadji tal-qtugħ/ħidma/tirqim fil-katina tal-provvista għall-prodotti liċenzjati tagħhom. Dan għandu jsir mal-applikazzjoni u sussegwentement matul il-perjodu tal-liċenzja, jekk jiġu introdotti siti ta' produzzjoni ġodda.

Kriterju 27. Restrizzjoni fuq it-tindif bit-tfigħ tar-ramel (sandblasting) tad-denim

Ma għandux ikun permess l-użu ta' sandblasting manwali u mekkaniku sabiex id-denim jiġi jidher qisu użat jew qadim.

Valutazzjoni u verifika : l-applikant għandu jipprovdi dettalji dwar is-siti ta' produzzjoni kollha użati għall-produzzjoni ta' prodotti tad-denim bl-ekotikketta, flimkien ma' evidenza dokumentarja u fotografika tal-proċessi alternattivi sabiex id-denim jiġi jidher qisu użat jew qadim.

Kriterju 28. L-informazzjoni li tidher fuq l-Ekotikketta

It-tikketta fakultattiva b'kaxxa għat-test tista' tinludi kliem magħżul minn dan li ġej:

Il-produzzjoni aktar sostenibbli tal-fibri (jew test magħżul mit-tabella 11 hawn taħt)

Proċessi tal-produzzjoni li jniġġsu inqas

Restrizzjonijiet fuq sustanzi perikolużi

Ittestjar għad-durabbiltà

Tabella 11

It-test li jista' jkun jidher tul l-Ekotikketta, skont il-kontenut tal-prodott

Fibri użati

Speċifikazzjoni tal-produzzjoni

It-test li jista' jintwera

Fibri tal-qoton

Kontenut organiku ta' aktar minn 50 %

Magħmula minn xx % ta' qoton organiku

Kontenut organiku ta' aktar minn 95 %

Magħmula minn qoton organiku

Kontenut ta' IPM ta' aktar minn 70 %

Qoton imkabbar b'inqas użu ta' pestiċidi

Fibri ċellulożi magħmula mill-bniedem

Polpa sostenibbli ċċertifikata ta' aktar minn 25 %

Magħmula bl-użu ta' xx % ta' injam minn foresti sostenibbli

Polpa sostenibbli ċċertifikata ta' aktar minn 95 %

Magħmula bl-użu ta' injam minn foresti sostenibbli

Poliammid

Kontenut irriċiklat ta' aktar minn 20 %

Magħmula minn xx % ta' najlon irriċiklat

Kontenut irriċiklat ta' aktar minn 95 %

Magħmula minn najlon irriċiklat

Poliester

Kontenut irriċiklat ta' aktar minn 50 %

Magħmula minn xx % ta' poliester irriċiklat

Kontenut irriċiklat ta' aktar minn 95 %

Magħmula minn poliester irriċiklat

Valutazzjoni u verifika : l-applikant għandu jipprovdi kampjun tal-imballaġġ tal-prodott li juri t-tikketta, flimkien ma' dikjarazzjoni tal-konformità ma' dan il-kriterju.


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta' Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1)

(2)  Regolament (KE) Nru 1830/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar it-traċċjabilità u l-ittikkettjar ta' organiżmi modifikati ġenetikament u t-traċċjabilità ta' prodotti ta' l-ikel u għalf manifatturati minn organiżmi modifikati ġenetikament u li jemenda d-Direttiva 2001/18/KE (ĠU L 268, 18.10.2003, p. 24).

(3)  Regolament (UE) Nru 995/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ottubru 2010 li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam (ĠU L 295, 12.11.2010, p. 23).

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni, kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).

(6)  Id-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta' Ġunju 1967 rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettar ta' sustanzi perikolużi (ĠU 196, 16.8.1967, p. 1).

(7)  Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/13/KE tal-11 ta' Marzu 1999 dwar il-limitazzjoni ta' taħlit volatili organiku minħabba l-użu ta' solventi organiċi f'ċerti attivitajiet u stallazzjonijiet (ĠU L 85, 29.3.1999, p. 1).

Appendiċi 1

LISTA TA' SUSTANZI RISTRETTI GĦAT-TESSUT TAL-EKOTIKKETTA TAL-UE

L-RSL tal-Ekotikketta tal-UE tikkonsisti minn restrizzjonijiet li japplikaw għall-istadji tal-produzzjoni li ġejjin fil-katina tal-provvista tat-tessuti:

(a)

għażil tal-fibri u tal-ħjut

(b)

ibbliċjar u trattament minn qabel

(c)

il-kumpaniji li jipproduċu ż-żebgħa

(d)

il-proċessi tal-istampar

(e)

il-proċessi tal-irfinar

(f)

l-istadji kollha tal-produzzjoni

(g)

il-prodott finali

Hemm ukoll numru ta' restrizzjonijiet taħt (g) li japplikaw għall-prodott finali, li għalihom jista' jkun hemm bżonn li jsir ittestjar analitiku.

(a)   Restrizzjonijiet li japplikaw għall-għażil u l-insiġ tal-fibri u tal-ħjut

Grupp ta' sustanzi

Kamp ta' applikazzjoni tar-restrizzjoni

Valuri limiti

Rekwiżiti tal-verifika

(i)

Preparazzjonijiet tad-daqs applikati għall-fibri u għall-ħjut

Applikabbiltà:

Il-proċessi tal-għażil

Mill-inqas 95 % (skont il-piż niexef) tas-sustanzi tal-komponenti għandhom ikunu faċilment bijodegradabbli.

Fil-każijiet kollha, għandha tittieħed f'kunsiderazzjoni s-somma ta' kull komponent.

Faċilment bijodegradabbli:

70 % degradazzjoni tal-karbonju organiku maħlul fi żmien 28 ġurnata

jew

60 % tnaqqis tal-ossiġenu massimu teoretiku jew ġenerazzjoni tad-dijossidu tal-karbonju fi żmien 28 ġurnata.

Verifika:

Dikjarazzjoni mill-fornitur tas-sustanzi kimiċi appoġġjata mir-riżultati tat-testijiet tal-OECD jew tal-ISO

Metodu tal-ittestjar:

OECD 301 A, ISO 7827

OECD 301 B, ISO 9439

OECD 301 C,

(2) OECD 301 D,

ISO 10708

OECD 301 E,

OECD 301 F, ISO 9408

(ii)

L-addittivi tas-soluzzjoni tal-għażil, l-addittivi tal-għażil u l-aġenti tat-tħejjijiet (inklużi ż-żjut tal-imxit tas-suf, l-irfinaturi bil-brim u l-lubrikanti)

Applikabbiltà:

Il-proċessi tal-għażil primarju

Mill-inqas 90 % (skont il-piż niexef) tas-sustanzi tal-komponenti għandhom ikunu faċilment bijodegradabbli, inerentement bijodegradabbli jew li jistgħu jiġu eliminati fl-impjanti tat-trattament tal-ilma tal-iskart.

Fil-każijiet kollha, għandha tittieħed f'kunsiderazzjoni s-somma ta' kull komponent.

Faċilment bijodegradabbli:

Ara d-definizzjoni taħt (a)(ii)

Inerentement bijodegradabbli:

70 % degradazzjoni tal-karbonju organiku maħlul fi żmien 28 ġurnata

jew

60 % tnaqqis tal-ossiġenu massimu teoretiku jew ġenerazzjoni tad-dijossidu tal-karbonju fi żmien 28 ġurnata.

Eliminabbiltà:

80 % degradazzjoni tal-karbonju organiku maħlul fi żmien 28 ġurnata

Verifika:

Dikjarazzjoni mill-fornitur tas-sustanzi kimiċi appoġġjata mir-riżultati tat-testijiet tal-OECD jew tal-ISO

Metodu tal-ittestjar:

Ara (a)(ii) għat-testijiet faċilment bijodegradabbli. Testijiet inerentement bijodegradabbli jiġu aċċettati:

ISO 14593

OECD 302 A, ISO 9887, OECD 302 B, ISO 9888

OECD 302 C,

Testijiet għall-eliminabbiltà: OECD 303 A/B ISO 11733

(b)   Restrizzjonijiet li japplikaw għall-ibbliċjar

Grupp ta' sustanzi

Kamp ta' applikazzjoni tar-restrizzjoni

Valuri limiti

Rekwiżiti tal-verifika

(i)

L-ibbliċjar ta' ħjut, drappijiet u prodotti finali

Applikabbiltà: It-tipi kollha ta' fibri

Ma għandhomx jintużaw aġenti tal-klorin għall-ibbliċjar ta' ħjut, drappijiet, panewijiet maħduma bil-labar jew prodotti finali, bl-eċċezzjoni ta' fibri ċellulożi magħmula mill-bniedem.

m/a

Verifika:

Dikjarazzjoni tan-nuqqas ta' użu mill-istadju/i tal-produzzjoni

(c)   Restrizzjonijiet li japplikaw għall-kumpaniji li jipproduċu ż-żebgħa

Grupp ta' sustanzi

Kamp ta' applikazzjoni tar-restrizzjoni

Valuri limiti

Rekwiżiti tal-verifika

(i)

Trasportaturi aloġenati

Applikabbiltà:

Poliester, taħlitiet ta' poliester u suf, akrilik u poliammid fejn jintużaw żebgħat mifruxa.

Ma għandhomx jintużaw aċċelleranti (trasportaturi) aloġenati għall-għoti taż-żebgħa fuq fibri u drappijiet sintetiċi jew taħlitiet ta' poliester u suf.

L-eżempji ta' trasportaturi jinkludu 1,2-diklorobenżen, 1,2,4-triklorobenżen, klorofenossietanol.

m/a

Verifika:

Dikjarazzjoni tan-nuqqas ta' użu mill-fornitur tas-sustanzi kimiċi appoġġjata minn SDS.

(ii)

Iż-żebgħa ażo

Applikabbiltà:

L-applikazzjoni tal-kuluri mill-Appendiċi 2 għall-akrilik, għall-qoton, għall-poliammid, għall-fibri tas-suf, għall-ħwejjeġ maħduma bil-labar u għad-drappijiet.

Ma għandhomx jintużaw żebgħat ażo li jistgħu jaqbdu ma' ammini aromatiċi li huma magħrufa bħala li huma karċinoġeniċi.

L-Appendiċi 2 fih lista ta'arilammini ristretti u lista indikattiva ta' żebgħat ażo li jistgħu jaqbdu ma' dawn l-arilammini. Din tal-aħħar għandha tintuża bħala gwida għaż-żebgħat li ma għandhomx jintużaw. Il-valur limitu għall-arilammini għandu jiġi applikat għall-prodott finali.

30 mg/kg għal kull amina (1)

Verifika:

Ittestjar tal-prodott finali li għandu jitwettaq kif speċifikat.

Metodu tal-ittestjar:

EN 14362-1 u 3.

(iii)

Iż-żebgħa CMR

Applikabbiltà:

Il-prodotti kollha.

Ma għandhomx jintużaw żebgħat li jkunu karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni.

L-Appendiċi 2 fih lista ta' żebgħat CMR li ma għandhomx jintużaw.

m/a

Verifika:

Dikjarazzjoni tan-nuqqas ta' użu mill-fornitur tas-sustanzi kimiċi appoġġjata minn SDS.

(iv)

Żebgħat li potenzjalment jissensitizzaw

Applikabbiltà:

poliester, — akrilik, — poliammid

Ilbies ta' taħt jew ħwejjeġ elastiċizzati jew li jiġġebbdu u li jiġu f'kuntatt mal-ġilda

Ma għandhomx jintużaw żebgħat li potenzjalment jissensitizzaw.

L-Appendiċi 2 fih lista ta' żebgħat li jissensitizzaw li ma għandhomx jintużaw.

Verifika:

Dikjarazzjoni tan-nuqqas ta' użu mill-fornitur tas-sustanzi kimiċi appoġġjata minn SDS.

(v)

Żebgħa korrużiva tal-kromju

Applikabbiltà:

Suf, poliammid

Ma għandhiex tintuża żebgħa korrużiva tal-kromju.

m/a

Verifika:

Dikjarazzjoni tan-nuqqas ta' użu mill-fornitur tas-sustanzi kimiċi appoġġjata minn SDS.

(vi)

Żebgħat ta' metalli kumplessi

Applikabbiltà:

Poliammid, suf, fibri ċellulożi

Iż-żebgħat ta' metalli kumplessi bbażati fuq ir-ram, il-kromju u n-nikil għandhom ikunu permessi biss għall-għoti taż-żebgħa fuq:

fibri tas-suf

fibri tal-poliammid

taħlitiet ta' suf u/jew poliammid b'fibri ċellulożi magħmula mill-bniedem.

m/a

Verifika:

Dikjarazzjoni tan-nuqqas ta' użu mill-fornitur tas-sustanzi kimiċi appoġġjata minn SDS.

(d)   Restrizzjonijiet li japplikaw għall-proċessi tal-istampar

Stampar

(i)

Żebgħat u pigmenti

Iż-żebgħat u l-pigmenti li jintużaw għall-istampar ta' tessuti b'ekotikketta għandhom jikkonformaw mar-restrizzjonijiet li japplikaw għall-kumpaniji li jipproduċu ż-żebgħa (it-Taqsima C ta' dan l-Appendiċi).

Jekk jogħġbok irreferi għar-restrizzjonijiet tal-kumpaniji li jipproduċu ż-żebgħa (Taqsima C)

Verifika:

Kif speċifikat għall-kumpaniji li jipproduċu ż-żebgħa

(ii)

Pejsts li jintużaw għall-istampar

Applikabbiltà:

Fejn jiġi applikat l-istampar

Il-pejsts li jintużaw għall-istampar ma għandux ikollhom aktar minn 5 % ta' Komposti Organiċi Volatili (VOC's). Dawn jistgħu jinkludu:

idrokarburi alifatiċi (C10 — C20)

monomeri bħal akrilati, aċetati vinil, stiren

monomeri bħal akrilonitril, akrilammid, butadjen

alkoħol, esteri, polijoli

formaldeid

esteri aċidużi fosforiċi

benżen bħala impurità mill-idrokarburi ta' fuq

ammonja (pereżempju; dekompożizzjoni tal-urea, reazzjoni għall-bjuret)

< 5,0 % w/w kontenut ta' VOC

Verifika:

Dikjarazzjoni mill-applikant li ma sar ebda stampar

jew

Dikjarazzjoni mill-istampatur appoġġjata minn SDS u/jew il-kalkoli għall-pejst li jintuża għall-istampar.

(iii)

Leganti tal-plastisol

Applikabbiltà:

Fejn jiġi applikat l-istampar

Ma għandhomx jintużaw sustanzi addittivi tal-“plastisol” għall-istampar tal-leganti, inklużi PVC u ftalati ristretti.

m/a

Verifika:

Dikjarazzjoni mill-applikant li ma sar ebda stampar

jew

Dikjarazzjoni tan-nuqqas ta' użu minn fornituri ta' sustanzi kimiċi appoġġjata minn SDS għall-addittivi.

(e)   Restrizzjonijiet li japplikaw għall-proċessi tal-irfinaturi

Irfinaturi, trattamenti u addittivi funzjonali

(i)

Irfinaturi tal-bijoċidi użati sabiex jagħtu karatteristiċi bijoċidali lill-prodotti finali.

Applikabbiltà:

Il-prodotti kollha

Il-bijoċidi ma għandhomx jiġu inkorporati fil-fibri, fid-drappijiet jew fil-prodott finali sabiex jagħtu karatteristiċi bijoċidali.

Eżempji komuni jinkludu triklosan, nanofidda, komposti organiċi taż-żingu, komposti organiċi tal-landa, komposti tad-diklorofenil(ester), derivattivi tal-benżimidażol u isotjażolinoni.

m/a

Verifika:

Dikjarazzjoni tan-nuqqas ta' użu mill-applikant

(ii)

Irfinaturi kontra l-feltru u r-reżistenza għat-tiċkin

Applikabbiltà:

Fejn jiġu applikati.

Is-sustanzi jew il-preparazzjonijiet aloġenati għandhom jiġu applikati biss ma' biċċiet irqaq tas-suq u ma' biċċiet tas-suf maħlulin u mogħrkin.

m/a

Verifika:

Dikjarazzjoni tan-nuqqas ta' użu mill-proċessuri tas-suf.

(iii)

Trattamenti b'sustanzi li jbarru l-ilma, it-tbajja' u ż-żejt

Applikabbiltà:

Fejn jiġu applikati sabiex jipprovdu l-funzjoni.

Ma għandhomx jintużaw trattamenti fluworinati li jbarru l-ilma, it-tbajja' u ż-żejt. Dawn għandhom jinkludu trattamenti perfluworinati u polifluworinati.

It-trattamenti mhux fluworinati għandhom ikunu faċilment bijodegradabbli u mhux bijoakkumulattivi fl-ambjent akkwatiku, inkluż f'sediment akkwatiku. Barra minn hekk, huma għandhom ikunu konformi mal-kriterju tal-adegwatezza għall-użu 25(a).

m/a

Verifika:

Dikjarazzjoni tan-nuqqas ta' użu appoġġjata minn SDS għas-sustanzi li jbarru użati sabiex jiġu pprovduti mill-ħaddiema li jirfinaw.

Metodu tal-ittestjar:

m/a

(iv)

Sustanzi reżistenti għall-fjammi

Applikabbiltà:

Fejn jiġu applikati u kif speċifikat għas-sinerġizzanti.

Is-sustanzi reżistenti għall-fjammi li ġejjin ma għandhomx jintużaw:

HBCDD — Eżabromoċiklododekan

PeBDE — Etere pentabromodifenil

OcBDE — Etere oktabromidifenil

DecaBDE — Etere dekabromodifenil

PBBs — Bifenili polibrominati

TEPA — Fosfinossidu tris(aziridinil)

TRIS — Fosfat tris (2,3 dibromopropil)

TCEP — Fosfat tris (2, kloroetil)

Paraffina, C10-C13, klorinata (SCCP)

m/a

Verifika:

Dikjarazzjoni tan-nuqqas ta' użu appoġġjata minn SDS

It-trijossidu tal-antimonju sinerġizzant (H351) huwa derogat sabiex jintuża biss bħala sustanza sinerġika għall-kisi minn wara tat-tessuti intiżi għat-tiżjin fuq ġewwa bil-kondizzjoni li l-prodott irid ikun reżistenti għall-fjammi u li jintlaħqu l-valuri limiti tal-espożizzjoni okkupazzjonali fuq il-post tax-xogħol.

Valur medju ELV ta' xift ta' tmien sigħat għal 0,50 mg/m3

Verifika:

Id-dejta dwar il-monitoraġġ għandha tiġi pprovduta mill-ħaddiem li jirfina meta jiġi applikat it-trijossidu tal-antimonju.

(f)   Restrizzjonijiet li japplikaw għall-istadji kollha tal-produzzjoni

Sustanzi ta' Tħassib Serju Ħafna (SVHC's)

(i)

Sustanzi li ddaħħlu fil-Lista ta' Kandidati tal-ECHA.

Applikabbiltà

Il-prodotti kollha.

L-SVHC's li ġew identifikati skont l-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (REACH) bħala li jissodisfaw il-kriterji tal-Artikolu 57 ta' dak ir-Regolament u li huma elenkati fil-lista ta' kandidati għall-inklużjoni eventwali fl-Anness XIV ta' REACH (“Lista ta' Kandidati”), li bħalissa tinsab fl-istadju tal-applikazzjoni, ma għandhomx ikunu preżenti fil-prodott finali, bil-għan li jagħtu funzjoni lill-prodott finali jew li ntużaw b'mod intenzjonali matul l-istadji tal-produzzjoni, sakemm ma tkunx ġiet approvata deroga.

Il-Lista ta' Kandidati attwali tista' tiġi kkonsultata fuq:

http://echa.europa.eu/web/guest/candidate-list-table

Ma għandha tingħata ebda deroga mill-esklużjoni f'dan il-kriterju dwar is-sustanzi li ġew identifikati bħala SVHC's u li ddaħħlu fil-lista prevista fl-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, kif ukoll li huma preżenti fl-Artikolu jew fi kwalunkwe parti omoġenja tiegħu f'konċentrazzjonijiet ta' aktar minn 0,10 %.

m/a

Verifika:

Dikjarazzjoni tal-konformità minn kull stadju tal-produzzjoni u l-fornituri tas-sustanzi kimiċi tagħhom.

Aġenti tensjoattivi, rattaba tad-drapp u aġenti li jikkumplessaw

(ii)

L-aġenti tensjoattivi, ir-rattaba tad-drapp u l-aġenti li jikkumplessaw kollha

Applikabbiltà

Il-proċessi kollha bit-tixrib

Mill-inqas 95 % (skont il-piż) tar-rattaba tad-drapp, tal-aġenti li jikkumplessaw u tal-aġenti tensjoattivi għandhom ikunu:

faċilment bijodegradabbli f'kondizzjonijiet aerobiċi jew

inerentement bijodegradabbli u/jew

jistgħu jiġu eliminati fl-impjanti għat-trattament tal-ilma tal-iskart.

L-aħħar reviżjoni tad-Database tal-Ingredjenti tad-Diterġenti għandha tintuża bħala punt ta' referenza għall-bijodegradabbiltà:

http://ec.europa.eu/environment/ecolabel/documents/did_list/didlist_part_a_en.pdf

m/a

Verifika:

Dikjarazzjoni mill-fornitur tas-sustanzi kimiċi appoġġjata minn SDS u/jew mir-riżultati tat-testijiet tal-OECD jew tal-ISO

Metodu tal-ittestjar:

Ara l-aġenti tal-kejl u tal-għażil (Appendiċi 1(a) i/ii)

(iii)

Aġenti tensjoattivi li mhumiex joniċi u katjoniċi

Applikabbiltà:

Il-proċessi kollha bit-tixrib

L-aġenti tensjoattivi kollha li mhumiex joniċi u katjoniċi għandhom ikunu wkoll faċilment bijodegradabbli f'kondizzjonijiet anaerobiċi

Id-database bl-ingredjenti tad-diterġenti għandha tintuża bħala punt ta' referenza għall-bijodegradabbiltà:

http://ec.europa.eu/environment/ecolabel/documents/did_list/didlist_part_a_en.pdf

m/a

Verifika:

Dikjarazzjoni minn SDS u/jew minn fornitur tas-sustanzi kimiċi appoġġjata mir-riżultati tat-testijiet tal-OECD jew tal-ISO

Metodu tal-ittestjar:

EN ISO 11734, ECETOC Nru 28 OECD 311

Awżiljarji

(iv)

Awżiljarji użati fil-preparazzjonijiet u l-formulazzjonijiet.

Applikabbiltà:

Il-prodotti kollha.

Is-sustanzi li ġejjin ma għandhomx jintużaw fi kwalunkwe preparazzjonijiet jew formulazzjonijiet użati għat-tessuti u huma soġġetti għall-valuri limiti għall-preżenza tas-sustanzi fuq il-prodott finali:

 

Nonilfenol, isomeri mħalltin 25154-52-3

 

4-Nonilfenol 104-40-5

 

4-Nonilfenol, f'fergħat 84852-15-3

 

Oktilfenol 27193-28-8

 

4-Oktilfenol 1806-26-4

 

4-tert-Oktilfenol 140-66-9

 

Alkilfenoletossilati (APEOs) u d-derivattivi tagħhom:

 

Ottil fenol poliossietilat 9002-93-1

 

Nonil fenol poliossietilat 9016-45-9

 

P-nonil fenol poliossietilat 26027-38-3

25 mg/kg totali

Verifika:

L-ittestjar tal-prodott finali għandu jsir kif speċifikat għall-alkifenoli.

Metodu tal-ittestjar:

Estrazzjoni tas-solventi segwita minn LCMS

 

Is-sustanzi li ġejjin ma għandhomx jintużaw fi kwalunkwe preparazzjonijiet jew formulazzjonijiet tat-tessuti:

 

bis(alkil tad-dam idroġenat) klorur tal-ammonju tad-dimetil (DTDMAC)

 

klorur tal-ammonju tad-dimetil distearil (DSDMAC)

 

di(xaħam tad-dam imwebbes) klorur tal-ammonju tad-dimetil (DHTDMAC)

 

etilene diammina tetra aċetat (EDTA),

 

dietilene triammina penta aċetat (DTPA)

 

4-(1,1,3,3-tetrametilbutil)fenol

 

1-Metil-2-pirrolidone

Aċidu nitrilotrijaċetiku (NTA)

m/a

Verifika:

Dikjarazzjoni tan-nuqqas ta' użu mill-fornituri tas-sustanzi kimiċi appoġġjata minn SDS għall-istadji kollha tal-produzzjoni.

(g)   Restrizzjonijiet li japplikaw għall-prodott finali

(i)

Lista ta' SVHC's kandidati li huma derogati.

Applikabbiltà:

Elastane, akrilik

N,N-Dimetilaċetammid (127-19-5)

Il-valuri limiti li ġejjin japplikaw għall-prodotti finali li fihom l-elastane u l-akrilik:

 

Verifika:

Ittestjar tal-prodott finali

Metodu tal-ittestjar:

Estrazzjoni ta' solventi, GCMS jew LCMS

Prodotti għal trabi u tfal ta' taħt it-3 snin

0,001 % w/w

Prodotti li jiġu f'kuntatt dirett mal-ġilda

0,005 % w/w

Ħwejjeġ b'kuntatt limitat mal-ġilda u tessuti intiżi għat-tiżjin fuq ġewwa

0,005 % w/w

(ii)

Residwi tal-formaldeid

Applikabbiltà:

Il-prodotti kollha. Il-kondizzjonijiet speċifiċi japplikaw għal ħwejjeġ li għandhom irfinaturi b'kura faċli (li ssir referenza għalihom ukoll bħala non-crease jew pressa permanenti)

Il-valuri limiti li ġejjin japplikaw għar-residwi tal-formaldeid minn irfinaturi b'kura faċli:

 

Verifika:

Ittestjar tal-prodott finali għal prodotti b'irfinatura li tirrikjedi kura faċli.

Hemm bżonn ta' dikjarazzjoni tan-nuqqas ta' użu għall-prodotti l-oħrajn kollha.

Metodu tal-ittestjar:

EN ISO 14184-1

Prodotti għal trabi u tfal ta' taħt it-3 snin

16 ppm

Il-prodotti kollha li jiġu f'kuntatt dirett mal-ġilda

16 ppm

Ħwejjeġ b'kuntatt limitat mal-ġilda u tessuti intiżi għat-tiżjin fuq ġewwa

75 ppm

(iii)

Il-bijoċidi użati sabiex jipproteġu t-tessuti matul it-trasportazzjoni u l-ħażna.

Applikabbiltà:

Il-prodotti kollha

Huma biss il-bijoċidi li huma awtorizzati skont id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u skont ir-Regolament (KE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) li huma permessi sabiex jintużaw. L-applikanti għandhom jikkonsultaw l-aktar lista ta' awtorizzazzjoni attwali:

http://ec.europa.eu/environment/biocides/annexi_and_ia.htm

Il-bijoċidi speċifiċi li ġejjin huma ristretti:

Il-klorofenoli (l-imluħa u l-esteri tagħhom)

Il-poliklorobifenil (PCB)

Komposti tal-organotin, inklużi TBT, TPhT, DBT u DOT

Id-dimetilfumarat (DMFu)

m/a

Verifika:

Dikjarazzjoni tan-nuqqas ta' użu qabel it-trasportazzjoni bil-baħar u l-ħażna appoġġjata minn SDS.

(iv)

Metalli li jistgħu jiġu estratti

Applikabbiltà:

Il-prodotti kollha b'valuri limiti differenti li japplikaw għal trabi u tfal ta' taħt it-3 snin.

Il-valuri limiti li ġejjin japplikaw għal prodotti maħsuba għal trabi u tfal ta' taħt it-3 snin:

mg/kg

Verifika:

Ittestjar tal-prodott finali

Metodu tal-ittestjar:

Estrazzjoni — EN ISO 105-E04-2013 (Soluzzjoni ta' għaraq aċiduż)

Detezzjoni — ICP-MS jew ICP-OES

Antimonju (Sb)

30,0

Arseniku (As)

0,2

Kadmju (Cd)

0,1

Kromju (Cr)

 

Tessuti miżbugħin b'żebgħat ta' metalli kumplessi

1,0

It-tessuti l-oħrajn kollha

0,5

Kobalt (Co)

1,0

Ram (Cu)

25,0

Ċomb (Pb)

0,2

Nikil (Ni)

 

Tessuti miżbugħin b'żebgħat ta' metalli kumplessi

1,0

It-tessuti l-oħrajn kollha

0,5

Merkurju (Hg)

0,02

Il-valuri limiti li ġejjin japplikaw għall-prodotti l-oħrajn kollha, inklużi tessuti intiżi għat-tiżjin fuq ġewwa:

mg/kg

Verifika:

Ittestjar tal-prodott finali

Metodu tal-ittestjar:

Estrazzjoni — DIN EN ISO 105-E04-2013 (Soluzzjoni ta' għaraq aċiduż)

Detezzjoni — ICP-MS jew ICP-OES

Antimonju (Sb)

30,0

Arseniku (As)

1,0

Kadmju (Cd)

0,1

Kromju (Cr)

 

Tessuti miżbugħin b'żebgħat ta' metalli kumplessi

2,0

It-tessuti l-oħrajn kollha

1,0

Kobalt (Co)

 

Tessuti miżbugħin b'żebgħat ta' metalli kumplessi

4,0

It-tessuti l-oħrajn kollha

1,0

Ram (Cu)

 

Ċomb (Pb)

50,0

Nikil (Ni)

1,0

Merkurju (Hg)

1,0

0,02

(v)

Kisjiet, laminati u membrani

Applikabbiltà:

Meta jiġu inkorporati fl-istruttura tat-tessut

Il-polimeri ma għandhomx jinkludu l-ftalati li ġejjin:

DEHP (Ftalat tal-bis-(2-etileżil)

BBP (Ftalat benżil butil)

DBP (Ftalat tad-dibutil)

DMEP Ftalat tal-(bis2-metożetil)

DIBP (Ftalat tad-diisobutil)

DIHP (Alkiftalati di-C6-8-f'fergħat)

DHNUP (Alkiftalati di-C7-11-f'fergħat)

DHP (Di-n-eżilftalat)

Somma totali 0,10 % w/w

Verifika:

Dikjarazzjoni tan-nuqqas ta' użu minn manifattur tal-polimeru appoġġjata minn SDS għall-plastiċizzanti użati fil-formulazzjoni. Meta l-informazzjoni ma tkunx disponibbli, jista' jintalab l-ittestjar.

Metodu tal-ittestjar:

EN ISO 14389

Il-membrani u l-laminati tal-fluworopolimeru jistgħu jintużaw għall-ilbies għal barra u għall-ilbies tekniku għal barra. Dawn ma għandhomx jiġu manifatturati bl-użu tal-PFOA jew kwalunkwe omologu ogħla kif definit mill-OECD.

 

Verifika:

Dikjarazzjoni tal-konformità mill-manifattur ta' membrani jew prodotti laminati fir-rigward tal-produzzjoni tal-polimeru.

(vi)

Aċċessorji bħal buttuni, rivets u żippijiet

Applikabbiltà:

Meta jiġu inkorporati fl-istruttura tal-ħwejjeġ

Għall-aċċessorji tal-metall:

 

Verifika:

L-ittestjar tal-kompożizzjoni tal-komponenti tal-metall.

Metodi tal-ittestjar:

Għall-migrazzjoni tan-nikil

EN 12472-2005

EN 1811-1998+A1-2008

Għal metalli oħrajn

Detezzjoni — GC-ICP-MS

Għandu japplika limitu ta' migrazzjoni għal-ligi tal-metall li jkun fihom in-nikil u li jiġu f'kuntatt dirett u prolongat mal-ġilda.

Nikil 0.5 μg/ċm2/ġimgħa

Barra minn hekk, għandu jsir ittestjar għall-preżenza tal-metalli li ġejjin, li għalihom għandhom japplikaw il-valuri limiti li ġejjin:

 

Ċomb (Pb),

90 mg/kg

Kadmju (Cd)

 

prodotti maħsuba għal trabi u tfal ta' taħt it-3 snin

50 mg/kg

il-prodotti l-oħrajn kollha, inklużi t-tessuti intiżi għat-tiżjin fuq ġewwa

100 mg/kg

Kromju (Cr), fejn ikun hemm kisi bil-kromju

60 mg/kg

Merkurju (Hg)

60 mg/kg

Il-ftalati li ġejjin ma għandhomx jintużaw f'aċċessorji tal-plastik:

DEHP (Ftalat tal-bis-(2-etileżil)

BBP (Ftalat benżil butil)

DBP (Ftalat tad-dibutil)

DMEP Ftalat tal-(bis2-metożetil)

DIBP (Ftalat tad-diisobutil)

DIHP (Alkiftalati di-C6-8-f'fergħat)

DHNUP (Alkiftalati di-C7-11-f'fergħat)

DHP (Di-n-eżilftalat)

Il-ftalati li ġejjin ma għandhomx jintużaw fil-ħwejjeġ tat-tfal meta jkun hemm riskju li l-aċċessorju jista' jitqiegħed fil-ħalq, pereżempju; l-aċċessorji minn fejn jinqabdu ż-żippijiet:

DINP (Ftalat tad-diisononil)

DIDP (Ftalat tad-diisodesil)

DNOP (Ftalat tad-dinoktil)

m/a

Verifika:

Għandha tiġi pprovduta SDS għall-formulazzjoni tal-plastik.


(1)  Għandhom jittieħdu miżuri bil-għan li jiġu evitati pożittivi foloz mill-preżenza ta' 4-amminoażobenżen.

(2)  Id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1).

Appendiċi 2

RESTRIZZJONIJIET FUQ IŻ-ŻEBGĦA

(a)   Ammini aromatiċi karċinoġeniċi

Aril ammina

In-Numru CAS

4-amminodifenil

92-67-1

Benżidina

92-87-5

4-kloro-o-tolwidina

95-69-2

2-naftilammina

91-59-8

o-ammino-ażotoluwen

97-56-3

2-ammino-4-nitrotoluwen

99-55-8

4-kloroanilina

106-47-8

2,4-diaminoanisol

615-05-4

4,4′-diaminodifenilmetan

101-77-9

3,3′-diklorobenżidina

91-94-1

3,3′-dimetossibenżidina

119-90-4

3,3′-dimetilbenżidina

119-93-7

3,3′-dimetil-4,4′-diaminodifenilmetan

838-88-0

p-kresidina

120-71-8

4,4'-metilen-bis-(2-kloro-anilina)

101-14-4

4,4′-ossidianilina

101-80-4

4,4′-tijodianilina

139-65-1

o-tolwidina

95-53-4

2,4-diamminotoluwen

95-80-7

2,4,5-trimetilanilina

137-17-7

4-amminoażobenżen

60-09-3

o-anisidina

90-04-0

2,4-Ksilidina

95-68-1

2,6-Ksilidina

87-62-7

(b)   Lista indikattiva ta' żebgħat li jistgħu jaqbdu ma' ammini aromatiċi karċinoġeniċi

Żebgħat mifruxa

Oranġjo Mifrux 60

Isfar Mifrux 7

Oranġjo Mifrux 149

Isfar Mifrux 23

Aħmar Mifrux 151

Isfar Mifrux 56

Aħmar Mifrux 221

Isfar Mifrux 218

Żebgħat bażiċi

Kannella Bażiku 4

Aħmar Bażiku 114

Aħmar Bażiku 42

Isfar Bażiku 82

Aħmar Bażiku 76

Isfar Bażiku 103

Aħmar Bażiku 111

 

Żebgħat Aċidużi

CI Iswed Aċiduż 29

CI Aħmar Aċiduż 24

CI Aħmar Aċiduż 128

CI Iswed Aċiduż 94

CI Aħmar Aċiduż 26

CI Aħmar Aċiduż 115

CI Iswed Aċiduż 131

CI Aħmar Aċiduż 26:1

CI Aħmar Aċiduż 128

CI Iswed Aċiduż 132

CI Aħmar Aċiduż 26:2

CI Aħmar Aċiduż 135

CI Iswed Aċiduż 209

CI Aħmar Aċiduż 35

CI Aħmar Aċiduż 148

CI Iswed Aċiduż 232

CI Aħmar Aċiduż 48

CI Aħmar Aċiduż 150

CI Kannella Aċiduż 415

CI Aħmar Aċiduż 73

CI Aħmar Aċiduż 158

CI Oranġjo Aċiduż 17

CI Aħmar Aċiduż 85

CI Aħmar Aċiduż 167

CI Oranġjo Aċiduż 24

CI Aħmar Aċiduż 104

CI Aħmar Aċiduż 170

CI Oranġjo Aċiduż 45

CI Aħmar Aċiduż 114

CI Aħmar Aċiduż 264

CI Aħmar Aċiduż 4

CI Aħmar Aċiduż 115

CI Aħmar Aċiduż 265

CI Aħmar Aċiduż 5

CI Aħmar Aċiduż 116

CI Aħmar Aċiduż 420

CI Aħmar Aċiduż 8

CI Aħmar Aċiduż 119:1

CI Vjola Aċiduż 12

Żebgħat Diretti

Iswed Dirett 4

Kannella Bażiku 4

Aħmar Dirett 13

Iswed Dirett 29

Kannella Dirett 6

Aħmar Dirett 17

Iswed Dirett 38

Kannella Dirett 25

Aħmar Dirett 21

Iswed Dirett 154

Kannella Dirett 27

Aħmar Dirett 24

Ikħal Dirett 1

Kannella Dirett 31

Aħmar Dirett 26

Ikħal Dirett 2

Kannella Dirett 33

Aħmar Dirett 22

Ikħal Dirett 3

Kannella Dirett 51

Aħmar Dirett 28

Ikħal Dirett 6

Kannella Dirett 59

Aħmar Dirett 37

Ikħal Dirett 8

Kannella Dirett 74

Aħmar Dirett 39

Ikħal Dirett 9

Kannella Dirett 79

Aħmar Dirett 44

Ikħal Dirett 10

Kannella Dirett 95

Aħmar Dirett 46

Ikħal Dirett 14

Kannella Dirett 101

Aħmar Dirett 62

Ikħal Dirett 15

Kannella Dirett 154

Aħmar Dirett 67

Ikħal Dirett 21

Kannella Dirett 222

Aħmar Dirett 72

Ikħal Dirett 22

Kannella Dirett 223

Aħmar Dirett 126

Ikħal Dirett 25

Aħdar Dirett 1

Aħmar Dirett 168

Ikħal Dirett 35

Aħdar Dirett 6

Aħmar Dirett 216

Ikħal Dirett 76

Aħdar Dirett 8

Aħmar Dirett 264

Ikħal Dirett 116

Aħdar Dirett 8.1

Vjola Dirett 1

Ikħal Dirett 151

Aħdar Dirett 85

Vjola Dirett 4

Ikħal Dirett 160

Oranġjo Dirett 1

Vjola Dirett 12

Ikħal Dirett 173

Oranġjo Dirett 6

Vjola Dirett 13

Ikħal Dirett 192

Oranġjo Dirett 7

Vjola Dirett 14

Ikħal Dirett 201

Oranġjo Dirett 8

Vjola Dirett 21

Ikħal Dirett 215

Oranġjo Dirett 10

Vjola Dirett 22

Ikħal Dirett 295

Oranġjo Dirett 108

Isfar Dirett 1

Ikħal Dirett 306

Aħmar Dirett 1

Isfar Dirett 24

Kannella Dirett 1

Aħmar Dirett 2

Isfar Dirett 48

Kannella Dirett 1:2

Aħmar Dirett 7

 

Kannella Dirett 2

Aħmar Dirett 10

 

(c)   Żebgħat li huma CMR jew li potenzjalment jissensitizzaw

Żebgħat li huma karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni

C.I. Aħmar Aċiduż 26

C. I. Iswed Dirett 38

C.I. Ikħal Mifrux 1

C.I. Aħmar Bażiku 9

C. I. Ikħal Dirett 6

C.I. Oranġjo Mifrux 11

C.I. Vjola Bażiku 14

C. I. Aħmar Dirett 28

C. I. Isfar Mifrux 3

Żebgħat mifruxa li potenzjalment jissensitizzaw

C.I. Ikħal Mifrux 1

C.I. Ikħal Mifrux 124

C.I. Aħmar Mifrux 11

C.I. Ikħal Mifrux 3

C.I. Kannella Mifrux 1

C.I. Aħmar Mifrux 17

C.I. Ikħal Mifrux 7

C.I. Oranġjo Mifrux 1

C.I. Isfar Mifrux 1

C.I. Ikħal Mifrux 26

C.I. Oranġjo Mifrux 3

C.I. Isfar Mifrux 3

C.I. Ikħal Mifrux 35

C.I. Oranġjo Mifrux 37

C.I. Isfar Mifrux 9

C.I. Ikħal Mifrux 102

C.I. Oranġjo Mifrux 76

C.I. Isfar Mifrux 39

C.I. Ikħal Mifrux 106

C.I. Aħmar Mifrux 1

C.I. Isfar Mifrux 49

Appendiċi 3

L-AQWA TEKNIKA DISPONIBBLI FIL-QASAM TAL-EFFIĊJENZA FL-UŻU TAL-ENERĠIJA GĦALL-ĦASIL, GĦAT-TNIXXIF U GĦAT-TQADDID

Qasam

Tekniki tal-BAT

1.

Il-ġestjoni tal-enerġija ġenerali

1.1

Sub-metering

1.2

Il-monitoraġġ tal-proċess u sistemi ta' kontroll awtomatiku għall-kontroll tal-flussi, il-volumi tal-mili, it-temperaturi u l-kronometraġġ;

1.3

Insulazzjoni tal-pajpijiet, tal-valvi u tal-flanġijiet

1.4

Muturi u pompi tal-elettriku kkontrollati bil-frekwenza

1.5

Disinn magħluq tal-magni sabiex jitnaqqas it-telf tal-fwar

1.6

Użu mill-ġdid/riċiklaġġ tal-ilma u tal-likur fil-proċessi tal-lottijiet

1.7

L-irkupru tas-sħana, pereżempju; ilma tat-tlaħliħ, kondensat tal-fwar, arja tal-egżost mill-proċess, gassijiet ta' kombustjoni

2.

Il-proċess tal-ħasil u tat-tlaħliħ

2.1

L-użu ta' ilma li jkessaħ bħala ilma ta' proċess

2.2

Is-sostituzzjoni tal-ħasil overflow bi drenaġġ/ħasil inflow

2.3

L-użu ta' teknoloġiji tat-tlaħliħ 'intelliġenti' b'kontrolli għall-fluss tal-ilma u kontrokurrenti

2.4

L-installazzjoni ta' skambjaturi tas-sħana

3.

It-tnixxif u t-tqaddid bl-użu ta' stenter frames

3.1

L-ottimizzazzjoni tal-fluss tal-arja

3.2

L-insulazzjoni ta' postijiet magħluqin

3.3

L-installazzjoni ta' sistemi ta' berners effikaċi

3.4

L-installazzjoni ta' sistemi għall-irkupru tas-sħana

Nota:

It-Tekniki Ġodda tal-BAT imsemmija u rrakkomandati mill-awtoritajiet tal-Istati Membri tal-UE wara d-data tal-pubblikazzjoni tal-European Commissions textile BREF (2003) għandhom jitqiesu bħala kumplimentari għal dawk elenkati hawn fuq.


Top