EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document E2011P0017
Request for an Advisory Opinion from the EFTA Court by Hæstiréttur Íslands, dated 15 December 2011 , in the case of Aresbank SA v Landsbankinn hf., Fjármálaeftirlitið (the Financial Supervisory Authority) and Iceland (Case E-17/11)
Talba għal Opinjoni Konsultattiva mill-Qorti tal-EFTA magħmula minn Hæstiréttur Íslands ddatata il- 15 ta’ Diċembru 2011 , fil-kawża ta’ Aresbank SA v Landsbankinn hf., Fjármálaeftirlitið (l-Awtorità ta’ Sorveljanza Finanzjarja) u l-Islanda (Kawża E-17/11)
Talba għal Opinjoni Konsultattiva mill-Qorti tal-EFTA magħmula minn Hæstiréttur Íslands ddatata il- 15 ta’ Diċembru 2011 , fil-kawża ta’ Aresbank SA v Landsbankinn hf., Fjármálaeftirlitið (l-Awtorità ta’ Sorveljanza Finanzjarja) u l-Islanda (Kawża E-17/11)
ĠU C 128, 3.5.2012, p. 9–9
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
3.5.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 128/9 |
Talba għal Opinjoni Konsultattiva mill-Qorti tal-EFTA magħmula minn Hæstiréttur Íslands ddatata il-15 ta’ Diċembru 2011, fil-kawża ta’ Aresbank SA v Landsbankinn hf., Fjármálaeftirlitið (l-Awtorità ta’ Sorveljanza Finanzjarja) u l-Islanda
(Kawża E-17/11)
2012/C 128/05
Il-Hæstiréttur Íslands (il-Qorti Suprema tal-Islanda) għamlet talba lill-Qorti tal-EFTA permezz ta’ ittra li waslet għand ir-Reġistru tal-Qorti fis-16 ta’ Diċembru 2011, għal Opinjoni Konsultattiva fil-kawża Aresbank SA v Landsbankinn hf., Fjármálaeftirlitið (l-Awtorità ta’ Sorveljanza Finanzjarja) u l-Islanda, dwar dawn il-mistoqsijiet:
(1) |
Jistgħu l-fondi li bank A jagħti lil bank B, u li bank B jrid jħallas lura lil bank A f’data predeterminata, flimkien ma’ interessi li kienu ġew speċifikament negozjati, jitqiesu bħala depożitu fit-tifsira tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 94/19/KE dwar skemi ta’ garanzija għal depożitu, anki jekk il-fondi, meta jaslu għand B, ma jitpoġġewx f’kont apposta f’isem A, B ma ħareġ ebda dokumenti speċjali lil A li jirreġistraw l-irċevuta tal-fondi u ma ħallas ebda primjums fir-rigward tal-Fondi ta’ Garanzija ta’ Depożituri u Investituri u l-fondi ma daħlux bħala depożitu fil-kotba ta’ B? F’din il-mistoqsija wieħed jassumi li ż-żewġ banek A u B għandhom liċenzji operattivi bħala banek kummerċjali f’diversi stati fiż-Żona Ekonomika Ewropea. |
(2) |
Meta twieġeb l-ewwel mistoqsija, hija ta’ xi importanza jekk l-Istat ta' domiċilju ta' bank B approfitta ruħu mill-awtorizzazzjoni ta' Artikolu 7(2) tad-Direttiva 94/19/KE, dwar skemi ta' garanzija għal depożitu (ara punt 1 ta’ Anness I) sabiex jeskludi depożiti magħmula minn istituzzjonijiet finanzjarji minn skemi ta’ garanzija tad-depożitu? |
(3) |
Meta twieġeb l-ewwel mistoqsija, hija ta' xi importanza jekk bank A, li għandu liċenzja sabiex jopera bħala bank kummerċjali skont il-liġijiet tal-parti kontraenti li jopera fit-territorju tagħhom ma jeżerċitax l-awtorizzazzjoni li għandu, skont il-liċenzja operattiva tiegħu, sabiex jaċċetta depożiti mill-pubbliku ġenerali, iżda jiffinanzja l-operazzjonijiet tiegħu permezz ta’ kontribuzzjonijiet mis-sidien tiegħu u mill-ħruġ ta’ strumenti finanzjarji, u wara jerġa’ jsellef dawk il-flus fuq l-hekk imsejjaħ suq interbankarju? |