EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CN0492

Kawża C-492/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fil-21 ta’ Settembru 2015 – R vs S u T

ĠU C 398, 30.11.2015, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 398/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fil-21 ta’ Settembru 2015 – R vs S u T

(Kawża C-492/15)

(2015/C 398/23)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: R

Konvenuti: S u T

Domanda preliminari

L-Artikolu 35(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nruo2201/2003 (1), tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri (Regolament Brussell IIa) jipprekludi sospensjoni, mill-qorti tal-appell, ta’ proċeduri sabiex ma jkunx hemm rikonoxximent jew mibdija għall-finijiet ta’ exequatur, rispettivament imsemmija fl-Artikolu 21(3), u fl-Artikoli 28 et seq tar-Regolament, meta talba għal modifika tad-deċiżjoni ta’ kustodja mogħtija fl-Istat Membru ta’ oriġini u li l-eżekuzzjoni tagħha hija mitluba titressaq fl-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni u meta l-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni jkollu ġurisdizzjoni internazzjonali għal din it-talba għal modifika?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nruo2201/2003, tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000, ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 243.


Top