EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CN0256

Kawża C-256/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fl- 10 ta’ Lulju 2009 — Bianca Purrucker vs Guillermo Vallés Pérez

ĠU C 220, 12.9.2009, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fl-10 ta’ Lulju 2009 — Bianca Purrucker vs Guillermo Vallés Pérez

(Kawża C-256/09)

2009/C 220/46

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bianca Purrucker

Konvenut: Guillermo Vallés Pérez

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 21 et seq tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (1) (ir-Regolament Brussell IIa), dwar ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet ta’ Stati Membri oħra skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament Brussell IIa, japplikaw ukoll għal miżuri provviżorji infurzabbli, fil-qasam tad-dritt tal-kustodja, skont l-Artikolu 20 tar-Regolament Brussell IIa?


(1)  ĠU 2003 L 338, p. 1


Top