EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02011L0092-20140515

Consolidated text: Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (kodifikazzjoni) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2011/92/2014-05-15

2011L0092 — MT — 15.05.2014 — 001.003


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

DIRETTIVA 2011/92/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-13 ta’ Diċembru 2011

dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent

(kodifikazzjoni)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 026 28.1.2012, p. 1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

DIRETTIVA 2014/52/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL Test b'rilevanza għaż-ŻEE tas-16 ta' April 2014

  L 124

1

25.4.2014


Ikkoreġut b'

►C1

Rettifika, ĠU L 174, 3.7.2015, p.  44 (2011/92/UE)




▼B

DIRETTIVA 2011/92/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-13 ta’ Diċembru 2011

dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent

(kodifikazzjoni)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)



IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 192(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ( 1 ),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja ( 2 ),

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE tas-27 ta’ Ġunju 1985 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent ( 3 ) ġiet emendata kemm-il darba ( 4 ) b'mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kkodifikata.

(2)

Skont l-Artikolu 191 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-politika tal-Unjoni dwar l-ambjent hija msejsa fuq il-prinċipju ta’ prekawzjoni u fuq il-prinċipji li għandha tittieħed azzjoni preventiva, li l-ħsara lill-ambjent għandha, bħala prijorità, tissewwa f'ras il-għajn u li min iniġġes għandu jħallas. Effetti fuq l-ambjent għandhom jitqiesu kemm jista' jkun kmieni fil-proċessi tal-ippjanar tekniku u tat-teħid ta’ deċiżjonijiet.

(3)

Il-prinċipji tal-istima ta’ effetti ambjentali għandhom ikunu armonizzati, b'mod partikolari sa fejn jirreferu għall-proġetti li għandhom ikunu suġġetti għal stima, l-obbligi prinċipali tal-iżviluppaturi u l-kontenut tal-istima. L-Istati Membri jistgħu jippreskrivu regoli iktar stretti sabiex iħarsu l-ambjent.

(4)

Iktar minn hekk, huwa meħtieġ li jinkiseb wieħed mill-objettivi tal-Unjoni fl-isfera tal-ħarsien tal-ambjent u l-kwalità tal-ħajja.

(5)

Il-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni tinkludi dispożizzjonijiet li jgħinu lill-awtoritajiet pubbliċi u korpi oħra biex jieħdu deċiżjonijiet li jista' jkollhom effett sinifikanti fuq l-ambjent kif ukoll fuq is-saħħa u l-ġid personali.

(6)

Prinċipji ġenerali għall-istima ta’ effetti ambjentali għandhom ikunu stabbiliti bil-ħsieb li jissupplixxu u jikkoordinaw proċeduri ta’ kunsens għall-iżvilupp li jirregolaw proġetti pubbliċi u privati li aktarx jista'jikollhom effett qawwi fuq l-ambjent.

(7)

Kunsens għall-iżvilupp għal proġetti pubbliċi u privati li aktarx ikollhom effett sinifikanti fuq l-ambjent għandu jingħata biss wara li tkun saret stima minn qabel tal-effetti ambjentali sinifikanti probabbli ta’ dawk il-proġetti. Dik l-istima għandha titmexxa fuq il-bażi tal-informazzjoni xierqa mogħtija mill-iżviluppatur, li tista' tkun supplementata mill-awtoritajiet u mill-pubbliku li x'aktarx ikun ikkonċernat bil-proġett inkwistjoni.

(8)

Proġetti li jappartienu lil ċerti tipi għandhom effetti sinifikanti fuq l-ambjent u dawk il-proġetti għandhom, bħala regola, jkunu suġġetti għal stima sistematika.

(9)

Proġetti ta’ tipi oħra jista' ma jkollomx effetti sinifikanti fuq l-ambjent f'kull każ u dawk il-proġetti għandhom ikunu stmati fejn l-Istati Membri jaħsbu li x'aktarx li jkollhom effetti sinifikanti fuq l-ambjent.

(10)

L-Istati Membri jistgħu jwaqqfu livelli jew kriterji bil-għan li jistabbilixxu liema minn dawn il-proġetti għandhom jiġu soġġetti għal stima fuq il-bażi tal-importanza tal-effetti tagħhom fuq l-ambjent. L-Istati Membri ma għandhomx ikunu meħtieġa li jeżaminaw proġetti li jaqgħu taħt dawk il-livelli jew 'il barra minn dawk il-kriterji fuq il-bażi ta’ każ b'każ.

(11)

Huma u jistabbilixxu tali livelli jew kriterji jew jeżaminaw il-proġetti fuq il-bażi ta’ każ b'każ, bil-għan li jistabbilixxu liema proġetti għandhom ikunu soġġetti għal stima fuq il-bażi tal-effetti sinifikanti tagħhom fuq l-ambjent, l-Istati Membri għandhom iqisu l-kriterji rilevanti tal-għażla stabbiliti f'din id-Direttiva. B'mod konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, l-Istati Membri huma fl-aħjar pożizzjoni biex japplikaw dawk il-kriterji f'okkażjonijiet speċifiċi.

(12)

Għal proġetti li huma suġġetti għal stima, ċertu ammont minimu ta’ informazzjoni għandu jingħata, dwar il-proġett u l-effetti tiegħu.

(13)

►C1  Huwa xieraq li tiġi stabbilita proċedura sabiex tgħin lill-iżviluppatur jikseb opinjoni mingħand l-awtoritajiet kompetenti dwar il- kontenut u d-daqs tat-tagħrif li għandu jiġi preċiżat u fornit għall-istima. ◄ L-Istati Membri, fil-qafas ta’ din il-proċedura, jistgħu jeħtieġu li l-iżviluppatur jipprovdi, fost ħwejjeġ oħra, alternattivi għall-proġetti li għalihom ikun beħsiebu jissottometti applikazzjoni.

(14)

L-effetti ta’ proġett fuq l-ambjent għandhom ikunu stmati biex iqisu itħassib għall-ħarsien tas-saħħa umana, issir kontribuzzjoni permezz ta’ ambjent aħjar għall-kwalità tal-ħajja, tkun żgurata żamma tad-diversità ta’ speċji u tinżamm il-kapaċità reproduttiva tal-ekosistema bħala riżors bażiku għall-ħajja.

(15)

Huwa xieraq li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet imsaħħa li jirrigwardaw l-istima tal-impatt fuq l-ambjent f'kuntest transkonfinali sabiex jitqiesu l-iżviluppi fuq livell internazzjonali. Il-Komunità ffirmat il-Konvenzjoni dwar l-Istima tal-Impatt fuq l-Ambjent f'Kuntest Transkonfinali fil-25 ta’ Frar 1991, u rratifikatha fl-24 ta’ Ġunju 1997.

(16)

Il-parteċipazzjoni pubblika effettiva fit-teħid tad-deċiżjonijiet tgħin lill-pubbliku li jesprimi, u lil min jagħmel id-deċiżjoni li jqis, l-opinjonijiet u t-tħassib li jistgħu jkunu rilevanti għal dawn id-deċiżjonijiet, biex b'hekk jiżdiedu l-kontabbiltà u t-trasparenza tal-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet u jikkontribwixxu għall-konoxxenza tal-pubbliku tal-kwistjonijiet ambjentali u l-appoġġ għad-deċiżjonijiet meħuda.

(17)

Il-parteċipazzjoni, inkluża l-parteċipazzjoni mill-assoċjazzjonijiet, l-organizzazzjonijiet u l-gruppi, b'mod partikolari l-organizzazzjonijiet mhux governattivi li jippomwovu l-protezzjoni ambjentali, għandha għalhekk tiġi inkoraġġita, inkluża, fost ħwejjeġ oħra, l-edukazzjoni tal-pubbliku li tippromwovi l-ambjent.

(18)

Il-Komunità Ewropea ffirmat il-Konvenzjoni tal-UN/ECE dwar Aċċess għat-Tagħrif, il-Parteċipazzjoni Pubblika fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (“il-Konvenzjoni ta’ Århus”) fil-25 ta’ Ġunju 1998 u rratifikatha fis-17 ta’ Frar 2005.

(19)

Fost l-objettivi tal-Konvenzjoni ta’ Århus hemm ix-xewqa li jiġu ggarantiti d-drittijiet tal-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid tad-deċiżjonijiet f'materji ambjentali sabiex jikkontribwixxu għall-protezzjoni tad-dritt għall-għixien f'ambjent li huwa adegwat għas-saħħa u l-ġid personali.

(20)

L-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni ta’ Århus jipprovdi għall-parteċipazzjoni pubblika fid-deċiżjonijiet dwar l-attivitajiet speċifiċi elenkati fl-Anness I tagħha u dwar l-attivitajiet mhux hekk elenkati li jista' jkollhom effett sinifikanti fuq l-ambjent.

(21)

L-Artikolu 9(2) u (4) tal-Konvenzjoni ta’ Århus jipprovdi aċċess għall-proċeduri ġudizzjarji jew proċeduri oħra sabiex tiġi kkontestata l-legalità sostantiva jew proċedurali tad-deċiżjonijiet, l-atti jew l-omissjonijiet soġġetti għad-dispożizzjonijiet dwar il-parteċipazzjoni tal-pubbliku tal-Artikolu 6 ta’ dik il-Konvenzjoni.

(22)

Madankollu, din id-Direttiva m'għandhiex tkun applikata għal proġetti li d-dettalji tagħhom huma adottati b'att leġiżlattiv nazzjonali speċifiku, ladarba l-objettivi ta’ din id-Direttiva, inkluża dik li tiġi ssupplimentata l-informazzjoni, jinkisbu permezz tal-proċess leġiżlattiv.

(23)

Barra min hekk, jista' jkun xieraq f'każijiet eċċezzjonali li proġett speċifiku jkun eżentat mill-proċeduri ta’ stima preskritti b'din id-Direttiva, suġġett għal forniment ta’ informazzjoni xierqa lill-Kummissjoni u lill-pubbliku konċernat.

(24)

Ġaladarba l-objettivi ta’ din id-Direttiva ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri u għaldaqstant, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi.

(25)

Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-trażpożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżla fl-Anness V, Parti B,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:



Artikolu 1

1.  Din id-Direttiva għandha tapplika għall-istima tal-effetti ambjentali ta’ dawk il-proġetti pubbliċi u privati li aktarx ikollhom effetti sinifikanti fuq l-ambjent.

2.  Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

(a) “proġett” tfisser:

 l-eżekuzzjoni ta’ xogħlijiet ta’ kostruzzjoni jew ta’ stallazzjonijiet jew skemi oħra,

 interventi oħra fil-madwar u fil-pajsaġġ naturali inklużi dawk li jinvolvu l-estrazzjoni ta’ riżorsi naturali;

(b) “żviluppatur” tfisser l-applikant għal awtorizzazzjoni għal proġett privat jew l-awtorità pubblika li tibda proġett;

(c) “kunsens għall-iżvilupp” tfisser id-deċiżjoni tal-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti li tagħti d-dritt lill-iżviluppatur biex jipproċedi bil-proġett;

(d) “pubbliku” tfisser persuna jew iktar naturali jew legali, u, skont il-leġiżlazzjoni jew il-prassi nazzjonali, l-assoċjazzjonijiet, l-organizzazzjonijiet jew il-gruppi tagħhom;

(e) “pubbliku kkonċernat” tfisser il-pubbliku affettwat jew x'aktarx li jiġi affettwat bil-proċeduri dwar it-teħid tad-deċiżjonijiet dwar l-ambjent imsemmija fl-Artikolu 2(2) jew li għandu interess fihom. Għall-għanijiet ta’ din id-definizzjoni, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi li jippromwovu l-protezzjoni tal-ambjent u jissodisfaw kull rekwiżit taħt il-liġijiet nazzjonali għandhom jitqiesu li għandhom interess;

(f) “awtorità jew awtoritajiet kompetenti” tfisser dik l-awtorità jew dawk l-awtoritajiet li l-Istati Membri jaħtru bħala responsabbli sabiex iwettqu d-dmirijiet li joħorġu minn din id-Direttiva;

▼M1

(g) “valutazzjoni tal-impatt fuq l-ambjent” tfisser il-proċess li jikkonsisti minn:

(i) it-tħejjija ta' rapport ta' valutazzjoni tal-impatt fuq l-ambjent mill-iżviluppatur, kif imsemmi fl-Artikolu 5(1) u (2);

(ii) it-twettiq ta' konsultazzjonijiet kif imsemmija fl-Artikolu 6 u, fejn rilevanti, l-Artikolu 7;

(iii) l-eżami mill-awtorità kompetenti tat-tagħrif preżentat fir-rapport ta' valutazzjoni tal-impatt fuq l-ambjent u kwalunkwe tagħrif addizzjonali provdut, fejn neċessarju, mill-iżviluppatur skont l-Artikolu 5(3), u kwalunkwe tagħrif rilevanti riċevut mill-konsultazzjonijiet taħt l-Artikoli 6 u 7;

(iv) il-konklużjoni motivata mill-awtorità kompetenti fuq l-effetti sinifikattivi tal-proġett fuq l-ambjent, fid-dawl tar-riżultati tal-eżami msemmi fil-punt (iii) u, fejn xieraq, l-eżami addizzjonali tagħha; u

(v) l-integrazzjoni tal-konklużjoni motivata tal-awtorità kompetenti fi kwalunkwe deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 8a.

▼M1

3.  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, fuq bażi ta' każ każ u jekk previst mil-liġi nazzjonali, li ma japplikawx din id-Direttiva għall-proġetti, jew partijiet minn proġetti, li jkollhom id-difiża bħala l-għan ewlieni tagħhom jew proġetti li l-uniku għan tagħhom ikun ir-rispons għal emerġenzi, jekk jidhrilhom li tali applikazzjoni jkollha effett ħażin fuq dawk l-għanijiet.

▼M1 —————

▼B

Artikolu 2

▼M1

1.  L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li, qabel ma jingħata l-kunsens għall-iżvilupp, il- proġetti li x'aktarx ikun sejjer ikollhom impatt sinifikattiv fuq l-ambjent minħabba, fost ħwejjeġ oħra, tan-natura, id-daqs u l- lokalizzazzjoni tagħhom ikunu soġġetti għar-rekwiżit li jkun hemm kunsens għall-iżvilupp u valutazzjoni rigward l-effetti tagħhom fuq l-ambjent. Dawk il-proġetti huma ddefiniti fl-Artikolu 4.

2.  Il-valutazzjoni tal-impatt fuq l-ambjent tista' tkun integrata fil- proċeduri eżistenti għal kunsens għall-iżvilupp għal proġetti fl-Istati Membri, jew, fin-nuqqas ta' dan, fi proċeduri oħra jew fi proċeduri li għandhom ikunu stabbiliti biex ikun hemm konformità mal- għanijiet ta' din id-Direttiva.

3.  Fil-każ ta' proġetti li għalihom l-obbligu li jitwettqu valutazzjonijiet tal-effetti fuq l-ambjent jirriżulta simultanjament minn din id-Direttiva u mid-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE ( 5 ) u/jew id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn ikun xieraq, ikunu provduti proċeduri koordinati u/jew konġunti li jissodisfawir-rekwiżiti ta' dik il-leġislazzjoni tal-Unjoni.

Fil-każ ta' proġetti li għalihom l-obbligu li jitwettqu valutazzjonijiet tal-effetti fuq l-ambjent jirriżulta simultanjament kemm minn din id-Direttiva kif ukoll minn leġislazzjoni tal-Unjoni li mhijiex id-Direttivi msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jipprovvdu għal proċeduri koordinati u/jew konġunti.

Taħt il-proċedura koordinata msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi, l-Istati Membri għandhom jipprovaw jikkoordinaw id-diversi valutazzjonijiet individwali tal-impatt ta' proġett partikolari fuq l-ambjent, li jkunu meħtieġa mil-leġislazzjoni rilevanti tal-Unjoni, billi jaħtru awtorità għal dan l-iskop, mingħajr ħsara għal kwalunkwe dispożizzjoni kuntrarja li tinsab f'leġislazzjoni rilevanti oħra tal-Unjoni.

Taħt il-proċedura konġunta msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi, l-Istati Membri għandhom jipprovaw jipprovdu valutazzjoni waħda tal-impatti fuq l-ambjent ta' proġett partikolari, meħtieġa mil-leġislazzjoni rilevanti tal-Unjoni, mingħajr ħsara għal kwalunkwe dispożizzjoni kuntrarja li tinsab f'leġislazzjoni rilevanti oħra tal-Unjoni.

Il-Kummissjoni għandha tipprovdi gwida fil-qasam tat-twaqqif ta' proċeduri koordinati jew konġunti għall-proġetti li huma simultanjament suġġetti għal valutazzjonijiet kemm taħt din id-Direttiva kif ukoll taħt id-Direttivi 92/43/KEE, 2000/60/KE, 2009/147/KE u 2010/75/UE.

4.  Bla ħsara għall-Artikolu 7, l-Istati Membri jistgħu, f'każijiet eċċezzjonali, jeżentaw proġett speċifiku mid-dispożizzjonijiet stabbiliti f'din id-Direttiva, meta l-applikazzjoni ta' dawn id-dispożizzjonijiet tinċidi b'mod ħażin fuq l-iskop tal-proġett, bil-kundizzjoni li l-objettivi ta' din id-Direttiva jiġu sodisfatti.

▼B

F'dak il-każ, l-Istati Membri għandhom:

(a) jikkunsidraw jekk għamla oħra ta’ stima tkunx approprjata;

(b) jagħmlu disponibbli għall-pubbliku kkonċernat it-tagħrif miksub taħt għamliet oħra tal-istima msemmija fil-punt (a), it-tagħrif li jkollu x'jaqsam mad-deċiżjoni dwar l-għotja tal-eżenzjoni u r-raġunijiet għaliex tkun ġiet mogħtija;

(c) jinformaw lill-Kummissjoni, qabel ma jingħata kunsens, bir-raġunijiet li jiġġustifikaw l-eżenzjoni mogħtija, u jipprovduha bl-informazzjoni li jkunu għamlu disponibbli, fejn japplika, liċ-ċittadini tagħhom stess.

Il-Kummissjoni għandha immedjatament tibgħat id-dokumenti li tkun irċeviet lill-Istati Membri l-oħra.

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta ta’ kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu.

▼M1

5.  Bla ħsara għall-Artikolu 7, f'każijiet fejn proġett huwa adottat b'att leġislattiv nazzjonali speċifiku, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw dak il-proġett mid-dispożizzjonijiet relatati mal-konsultazzjoni pubblika stabbiliti f'din id-Direttiva, bil-kundizzjoni li l-objettivi ta' din id-Direttiva jiġu sodisfatti.

L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe każ ta' applikazzjoni tal-eżenjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu kull sentejn mis-16 ta' Mejju 2017

▼M1

Artikolu 3

1.  Il-valutazzjoni tal-impatt fuq l-ambjent għandha tidentifika, tiddeskrivi u tistma b'mod xieraq, fid-dawl ta' kull każ individwali, l-effetti sinifikattivi, diretti u indiretti, ta' proġett fuq il-fatturi li ġejjin:

(a) il-popolazzjoni u s-saħħa tal-bniedem;

(b) il-bijodiversità, b'attenzjoni partikolari għal speċijiet u ambjenti protetti skont id-Direttiva 92/43/KEE u d-Direttiva 2009/147/KE;

(c) l-art, il-ħamrija, l-ilma, l-arja u l-klima;

(d) l-assi materjali, il-wirt kulturali u l-pajsaġġ;

(e) l-interazzjoni bejn il-fatturi msemmija fil punti (a) sa (d).

2.  L-effetti msemmija fil-paragrafu 1 fuq il-fatturi msemmija fih għandhom jinkludu l-effetti previsti, li ġejjin mill-vulnerabbiltà tal-proġett għar-riskji ta' inċidenti kbar u/jew diżastri li huma rilevanti għall-proġett ikkonċernat.

▼B

Artikolu 4

1.  Bla ħsara għall-Artikolu 2(4), il-proġetti mniżżla fl-Anness I għandhom jiġu soġġetti għall-stima b'mod konformi mal-Artikoli 5 sa 10.

2.  Bla ħsara għall-Artikolu 2(4), għall-proġetti mniżżla fil-lista fl-Anness II, Stati Membri għandhom jistabbilixxu jekk il-proġett għandux jiġi soġġett għal stima b'mod konformi mal-Artikoli 5 sa 10. L-Istati Membri għandhom jagħmlu dik id-determinazzjoni permezz ta':

(a) eżami każ b'każ,

jew

(b) livelli jew kriterji stabbiliti mill-Istat Membru.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċidu li japplikaw iż-żewġ proċeduri msemmija fil-punti (a) u (b).

▼M1

3.  Fejn issir analiżi każ b'każ jew jiġu stabbiliti parametri jew kriterji għall-fini tal-paragrafu 2, għandhom jitqiesu l-kriterji tal-għażla rilevanti ddikjarati fl-Anness III. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu livelli massimi jew kriterji biex jiddeterminaw meta ma jkunx hemm bżonn li proġetti jgħaddu jew mid-determinazzjoni taħt il-paragrafi 4 u 5 jew minn valutazzjoni tal-impatt fuq l-ambjent, u/jew limiti massimi jew kriterji biex jiddeterminaw meta proġetti jkunu f'kull każ suġġetti għal valutazzjoni tal-impatt fuq l-ambjent mingħajr ma jgħaddu minn determinazzjoni kif stabbilit fil-paragrafi 4 u 5.

4.  Meta l-Istati Membri jiddeċiedu li jeħtieġu determinazzjoni għal proġetti elenkati fl-Anness II, l-iżviluppatur għandu jipprovdi tagħrif dwar il-karatteristiċi tal-proġett u l-effetti sinifikattivi li dan x'aktarx ikollu fuq l-ambjent. Il-lista dettaljata tat-tagħrif li għandu jiġi pprovdut hija speċifikata fl-Anness II.A. L-iżviluppatur għandu jieħu kont, fejn rilevanti, tar-riżultati disponibbli ta' valutazzjonijiet rilevanti oħra tal-effetti fuq l-ambjent imwettqa b'mod konformi ma' leġislazzjoni tal-Unjoni barra minn din id-Direttiva. L-iżviluppatur jista' wkoll jipprovdi deskrizzjoni ta' kwalunkwe element tal-proġett u/jew miżuri intiżi sabiex jiġu evitati jew impediti dawk li jistgħu altrimenti jkunu effetti sinifikattivi ħżiena fuq l-ambjent.

▼M1

5.  L-awtorità kompetenti għandha tagħmel id-determinazzjoni tagħha, abbażi tat-tagħrif ipprovdut mill-iżviluppatur f'konformità mal-paragrafu 4 filwaqt li tqis, meta jkun rilevanti, ir-riżultati ta' verifiki preliminari jew valutazzjonijiet tal-effetti fuq l-ambjent imwettqa b'mod konformi ma' leġislazzjoni tal-Unjoni barra minn din id-Direttiva. Id-determinazzjoni għandha ssir disponibbli għall-pubbliku u:

(a) fejn jiġi deċiż li hija meħtieġa valutazzjoni tal-impatt fuq l-ambjent, tiddikjara r-raġunijiet prinċipali għaliex kienet meħtieġa tali valutazzjoni b'riferiment għall-kriterji rilevanti elenkati fl-Anness III; jew

(b) fejn jiġi deċiż li mhijiex meħtieġa valutazzjoni tal-impatt fuq l-ambjent, tiddikjara r-raġunijiet prinċipali għaliex ma kinitx meħtieġa tali valutazzjoni b'riferiment għall-kriterji rilevanti elenkati fl-Anness III, u fejn proposta mill-iżviluppatur, tiddikarja kwalunkwe element tal-proġett u/jew miżura previsti sabiex jiġu evitati jew impediti dawk li jistgħu altrimenti jkunu effetti sinifikattivi ħżiena fuq l-ambjent.

6.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità kompetenti tagħmel id-determinazzjoni tagħha kemm jista' jkun malajr u f'perjodu li ma jaqbiżx 90 ġurnata mid-data meta l-iżviluppatur ssottometta t-tagħrif kollu meħtieġ b'mod konformi mal-paragrafu 4. F'każijiet eċċezzjonali, pereżempju dawk relatati man-natura, il-kumplessità, il-post u d-daqs tal-proġett, l-awtorità kompetenti tista' testendi dik l-iskadenza biex tasal għad-determinazzjoni tagħha; f'dak il-każ, l-awtorità kompetenti għandha tinforma bil-miktub l-iżviluppatur bir-raġunijiet li jiġġustifikaw l-estensjoni u d-data sa meta hija mistennija d-determinazzjoni tagħha.

▼B

Artikolu 5

▼M1

1.  Fejn tkun meħtieġa valutazzjoni tal-impatt fuq l-ambjent, l-iżviluppatur għandu jħejji u jippreżenta rapport ta' valutazzjoni tal-impatt fuq l-ambjent. It-tagħrif li għandu jiġi provdut mill-iżviluppatur għandu tal-anqas jinkludi:

(a) deskrizzjoni tal-proġett li tinkludi tagħrif dwar is-sit, id-disinn u d-daqs u elementi rilevanti oħra tal-proġett;

(b) deskrizzjoni tal-effetti sinifikattivi li l-proġett x'aktarx ikollu fuq l-ambjent;

(c) deskrizzjoni tal-elementi tal-proġett u/jew miżuri oħra previsti sabiex jiġu evitati, impediti, imnaqqsa u, jekk possibbli, ikkontrobilanċjati l-effetti sinifikattivi ħżiena li x'aktarx ikun hemm fuq l-ambjent;

(d) deskrizzjoni tal-alternattivi raġonevoli meqjusa mill-iżviluppatur, li huma rilevanti għall-proġett u għall-karatteristiċi speċifiċi tiegħu, u indikazzjoni tar-raġunijiet prinċipali tal-għażla magħmula, fid-dawl tal-effetti tal-proġett fuq l-ambjent;

(e) sommarju mhux tekniku tat-tagħrif imsemmi fil-punti (a) sa (d);u

(f) kwalunkwe tagħrif addizzjonali speċifikat fl-Anness IV rilevanti għall-karatteristiċi speċifiċi ta' proġett partikolari jew ta' tip ta' proġett u tal-karatteristiċi ambjentali li x'aktarx jiġu affettwati.

Fejn tkun inħarġet opinjoni skont il-paragrafu 2, ir-rapport ta' valutazzjoni tal-impatt fuq l-ambjent għandu jkun ibbażat fuq dik l-opinjoni u jinkludi tagħrif li jista' jkun raġonevolment meħtieġ biex tintlaħaq konklużjoni motivata dwar l-effetti sinifikattivi tal-proġett fuq l-ambjent, filwaqt li jitqiesu l-għarfien u l-metodi attwali tal-valutazzjoni. L-iżviluppatur għandu, bil-ħsieb li jevita ripetizzjoni tal-valutazzjonijiet, jieħu kont tar-riżultati disponibbli ta' valutazzjonijiet rilevanti oħra taħt il-leġislazzjoni tal-Unjoni jew dik nazzjonali, fit-tħejjija tar-rapport ta' valutazzjoni tal-impatt fuq l-ambjent.

2.  Fuq talba tal-iżviluppatur, l-awtorità kompetenti, filwaqt li tqis it-tagħrif provdut mill-iżviluppatur b'mod partikolari dwar il-karatteristiċi speċifiċi tal-proġett, inklużi l-post u l-kapaċità teknika tiegħu) u l-impatt li x'aktarx ikollu fuq l-ambjent, għandha tagħti opinjoni dwar l-ambitu u l-livell ta' dettall tat-tagħrif li għandu jkun inkluż mill-iżviluppatur fir-rapport ta' valutazzjoni tal-impatt fuq l-ambjent, skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. L-awtorità kompetenti għandha tikkonsulta mal-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 6(1) qabel ma tagħti l-opinjoni tagħha.

L-Istati Membri jistgħu jesiġu wkoll li l-awtoritajiet kompetenti jagħtuhom opinjoni kif imsemmija fl-ewwel subparagrafu, irrispettivament minn jekk l-iżviluppatur jitlobx dan.

3.  Sabiex jiġu żgurati l-kompletezza u kwalità tar-rapporti ta' valutazzjoni tal-impatt fuq l-ambjent:

(a) l-iżviluppatur għandu jiżgura li r-rapport ta' valutazzjoni tal-impatt fuq l-ambjent huwa mħejji minn esperti kompetenti;

(b) l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li jkollha, jew li jkollha aċċess kif meħtieġ għal, għarfien espert suffiċjenti sabiex teżamina r-rapport ta' valutazzjoni tal-impatt fuq l-ambjent; u

(c) fejn meħtieġ, l-awtorità kompetenti għandha titlob mill-iżviluppatur tagħrif addizzjonali, b'mod konformi mal-Anness IV, li jkun direttament rilevanti sabiex tintlaħaq konklużjoni motivata dwar l-effetti sinifikattivi tal-proġett fuq l-ambjent;

▼B

4.  L-Istati Membri għandhom, jekk ikun meħtieġ, jiżguraw li kull awtorità li jkollha f'idejha t-tagħrif rilevanti b'referenza partikolari għall-Artikolu 3, tagħmel dan it-tagħrif disponibbli lill-iżviluppatur.

Artikolu 6

▼M1

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li l-awtoritajiet li x'aktarx ikunu kkonċernati mill-proġett minħabba r-responsabilitajiet ambjentali speċifiċi tagħhom jew fl-ambitu tal-kompetenzi lokali u reġjonali tagħhom jingħataw l-opportunità li jesprimu l-opinjoni tagħhom dwar it-tagħrif fornut mill-iżviluppatur u dwar it-talba għall-kunsens għall-iżvilupp, filwaqt li jittieħed kont, fejn ikun xieraq, tal-każijiet imsemmija fl-Artikolu 8a(3). Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtoritajiet li għandhom jiġu kkonsultati, jew f'termini ġenerali jew fuq il-bażi ta' każ b'każ. It-tagħrif miġbur skont l-Artikolu 5 għandu jintbagħat lil dawk l-awtoritajiet. Għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri arranġamenti dettaljati għall-konsultazzjoni.

2.  Bil-għan li tiġi żgurata l-parteċipazzjoni effikaċi tal-pubbliku kkonċernat fil-proċeduri tat-teħid tad-deċiżjonijiet, il-pubbliku għandu jiġi infurmat dwar il-materji li ġejjin b'mod elettroniku u b'avviżi pubbliċi jew b'mezzi oħra xierqa kmieni fil-proċeduri tat-tfassil tad-deċiżjonijiet dwar l-ambjent imsemmija fl-Artikolu 2(2) u, l-iktar tard, hekk kif it-tagħrif ikun jista' raġonevolment jiġi pprovdut:

▼B

(a) it-talba għall-kunsens għall-iżvilupp;

(b) il-fatt li l-proġett huwa soġġett għal proċedura ta’ stima dwar l-impatt fuq l-ambjent u, meta rilevanti, il-fatt li japplika l-Artikolu 7;

(c) id-dettalji tal-awtoritajiet kompetenti responsabbli mit-teħid tad-deċiżjoni, dawk li mingħandhom jista' jinkiseb tagħrif rilevanti, dawk li lilhom jistgħu jiġu sottomessi kummenti jew mistoqsijiet, u d-dettalji dwar l-iskeda taż-żmien għat-trażmissjoni tal-kummenti jew il-mistoqsijiet;

(d) in-natura tad-deċiżjonijiet possibbli jew, meta jkun hemm wieħed, l-abbozz tad-deċiżjoni;

(e) indikazzjoni tad-disponibbiltà tat-tagħrif miġbur skont l-Artikolu 5;

(f) indikazzjoni dwar iż-żminijiet jew il-postijiet li fihom u l-mezzi li permezz tagħhom it-tagħrif irid jiġi magħmul disponibbli;

(g) id-dettalji tal-arranġamenti għall-parteċipazzjoni tal-pubbliku magħmula skont il-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, f'termini ta’ żmien raġonevoli, dan li ġej jitpoġġa għad-disponibilità tal-pubbliku kkonċernat:

(a) kull tagħrif miġbur skont l-Artikolu 5;

(b) skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, ir-rapporti u l-pariri prinċipali mogħtija lill-awtorità jew lill-awtoritajiet kompetenti fiż-żmien meta jiġi mgħarraf il-pubbliku kkonċernat skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu;

(c) skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali ( 7 ), it-tagħrif għajr dak imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu li jkun rilevanti għad-deċiżjoni skont l-Artikolu 8 ta’ din id-Direttiva u li jsir disponibbli biss wara ż-żmien meta l-pubbliku kkonċernat ikun ġie mgħarraf skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

4.  Il-pubbliku kkonċernat għandu jingħata opportunitajiet minn kmieni u effettivi sabiex jipparteċipa fil-proċeduri tat-teħid tad-deċiżjonijiet dwar l-ambjent imsemmija fl-Artikolu 2(2) u għandu, għal dan il-għan, ikun intitolat li jesprimi kummenti u opinjonijiet meta l-għażliet kollha jkunu miftuħa lill-awtorità jew lill-awtoritajiet kompetenti qabel tittieħed id-deċiżjoni dwar it-talba għall-kunsens għall-iżvilupp.

▼M1

5.  L-arranġamenti dettaljati sabiex il-pubbliku jiġi informat, pereżempju bit-twaħħil ta' kartelluni f'ċertu raġġ jew pubblikazzjoni fil-gazzetti lokali, u sabiex il-pubbliku kkonċernat jiġi kkonsultat, pereżempju permezz ta' sottomissjonijiet bil-miktub jew permezz ta' inkjesta pubblika, għandhom jiġu ddeterminati mill-Istati Membri. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li t-tagħrif rilevanti jkun aċċessibbli b'mod elettroniku għall-pubbliku, permezz ta' tal-anqas portal ċentrali jew punti ta' aċċess faċilment aċċessibbli, fil-livell amministrattiv xieraq.

6.  Għandhom jiġu pprovduti termini ta' żmien raġonevoli għall-fażijiet differenti, li jippermettu żmien biżżejjed biex:

(a) jiġu infurmati l-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1 u l-pubbliku u

(b) l-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1 u l-pubbliku kkonċernat iħejju u jipparteċipaw b'mod effikaċi fit-teħid ta' deċiżjonijiet ambjentali, soġġett għad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu.

▼M1

7.  It-termini ta' żmien sabiex il-pubbliku kkonċernat jiġi kkonsultat dwar ir-rapport ta' valutazzjoni tal-impatt fuq l-ambjent imsemmi fl-Artikolu 5(1) ma għandhomx ikunu iqsar minn 30 jum.

▼B

Artikolu 7

1.  Meta Stat Membru jkun jaf li proġett x'aktarx ikun sejjer ikollu effetti sinifikanti fuq l-ambjent fi Stat Membru ieħor jew meta Stat Membru li x'aktarx ikun sejjer jiġi affettwat b'mod sinifikanti jitlob hekk, l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-proġett ikun maħsub li jitwettaq għandu jibgħat lill-Istat Membru affettwat malajr kemm jista' jkun u mhux iktar tard minn meta jgħarraf lill-pubbliku tiegħu, fost ħwejjeġ oħra:

(a) deskrizzjoni tal-proġett, flimkien ma’ kull tagħrif disponibbli dwar l-impatt transkonfinali possibbli tiegħu;

(b) tagħrif dwar in-natura tad-deċiżjoni li tista' tittieħed.

L-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-proġett ikun maħsub li jitwettaq għandu jagħti lill-Istat Membru l-ieħor żmien raġonevoli għalbiex jindika jekk jixtieqx jieħu sehem fil-proċeduri tat-teħid tad-deċiżjonijiet dwar l-ambjent imsemmija fl-Artikolu 2(2), u jista' jinkludi t-tagħrif imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

2.  Jekk Stat Membru li jirċievi t-tagħrif skont il-paragrafu 1 jindika li jkun beħsiebu jieħu sehem fil-proċeduri tat-teħid tad-deċiżjonijiet dwar l-ambjent imsemmija fl-Artikolu 2(2), l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-proġett ikun maħsub li jitwettaq għandu, jekk ma jkunx diġà għamel hekk, jibgħat lill-Istat Membru affettwat it-tagħrif meħtieġ li jingħata skont l-Artikolu 6(2) u li jkun sar disponibbli skont il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 6(3).

3.  L-Istati Membri kkonċernati, kull wieħed sa fejn jirrigwarda lilu, għandhom ukoll:

(a) jirranġaw biex it-tagħrif imsemmi fil-paragrafi 1 u 2 ikun magħmul disponibbli, fi żmien raġonevoli, lill-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 6(1) u lill-pubbliku kkonċernat fit-territorju tal-Istat Membru li x'aktarx ikun sejjer jiġi affettwat b'mod sinifikanti; u

(b) jiżguraw li l-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 6(1) u l-pubbliku kkonċernat jingħataw opportunità, qabel ma jingħata l-kunsens għall-iżvilupp, li jagħtu l-opinjoni tagħhom fi żmien raġonevoli dwar it-tagħrif fornit lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkun maħsub li jitwettaq il-proġett.

▼M1

4.  L-Istati Membri kkonċernati għandhom jidħlu f'konsultazzjonijiet rigward, inter alia, l-effetti transkonfinali potenzjali tal-proġett u l-miżuri previsti li jnaqqsu jew jeliminaw dawn l-effetti u għandhom jiftiehmu fil-qafas ta' żmien raġonevoli għat-tul tal-perjodu ta' konsultazzjoni.

Tali konsultazzjonijiet jistgħu jkunu mmexxija minn korp konġunt xieraq.

5.  L-arranġamenti dettaljati għall-implimentazzjoni tal-paragrafi 1 sa 4 ta' dan l-Artikolu, inkluż l-iffissar ta' termini ta' żmien għall-konsultazzjonijiet, għandhom ikunu determinati mill-Istati Membri kkonċernati, abbażi tal-arranġamenti u t-termini ta' żmien imsemmija fl-Artikolu 6(5) sa (7) u għandhom ikunu tali li jippermettu lill-pubbliku kkonċernat fit-territorju tal-Istat Membru affettwat li jipparteċipa b'mod effikaċi fil-proċeduri tat-teħid tad-deċiżjonijiet ambjentali msemmija fl-Artikolu 2(2) għall-proġett.

Artikolu 8

Ir-riżultati tal-konsultazzjonijiet u tat-tagħrif miġbura skont l-Artikoli 5 sa 7 għandhom jitqiesu debitament fil-proċedura tal-kunsens għall-iżvilupp.

▼M1

Artikolu 8a

1.  Id-deċiżjoni li jingħata l-kunsens għall-iżvilupp għandha tinkorpora tal-anqas l-informazzjoni li ġejja:

(a) il-konklużjoni motivata msemmija fl-Artikolu 1(2)(g)(iv);

(b) kwalunkwe kundizzjoni ambjentali marbuta mad-deċiżjoni deskrizzjoni ta' kwalunkwe element tal-proġett u/jew miżura previsti sabiex jiġu evitati, impediti jew imnaqqsa u, jekk possibbli, ikkontrobilanċjati l-effetti sinifikattivi ħżiena fuq l-ambjent kif ukoll, fejn ikun xieraq, miżuri ta' monitoraġġ.

2.  Id-deċiżjoni ta' rifjut ta' kunsens għall-iżvilupp għandha tiddikjara r-raġunijiet ewlenin għar-rifjut.

3.  Fil-każ ta' Stati Membri li jirrikorru għall-proċeduri msemmija fl-Artikolu 2(2) li mhumiex il-proċeduri għall-kunsens għall-iżvilupp, ir-rekwiżiti tal-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu, skont ma jkunu xierqa, għandhom jitqiesu li ġew sodisfatti meta kwalunkwe deċiżjoni adottata fil-kuntest ta' dawk il-proċeduri fiha l-informazzjoni msemmija f'dawk il-paragrafi u jkun hemm mekkaniżmi fis-seħħ biex ikunu sodisfatti r-rekwiżiti tal-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu.

4.  B'mod konformi mar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1(b), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-elementi tal-proġett u/jew miżuri oħra previsti sabiex jiġu evitati, impediti, imnaqqsa u, jekk possibbli, ikkontrobilanċjati l-effetti sinifikattivi ħżiena fuq l-ambjent jitwettqu mill-iżviluppatur u għandhom jiddeterminaw il-proċeduri għall-monitoraġġ ta' effetti sinifikattivi ħżiena fuq l-ambjent.

It-tip ta' parametri li għandhom jiġu mmonitorjati u t-tul ta' żmien tal-monitoraġġ għandhom ikunu proporzjonati man-natura, il-post u d-daqs tal-proġett u l-importanza tal-effetti tiegħu fuq l-ambjent.

L-arranġamenti eżistenti għall-monitoraġġ li jirriżultaw minn leġislazzjoni tal-Unjoni barra din id-Direttiva ul minn leġislazzjoni nazzjonali jistgħu jintużaw fejn dan ikun xieraq bil-ħsieb li tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-monitoraġġ.

5.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità kompetenti tieħu kwalunkwe waħda mid-deċiżjonijiet imsemmijin fil-paragrafi 1 sa 3 ta' dan l-Artikolu f'perjodu ta' żmien raġonevoli.

6.  L-awtorità kompetenti għandha tkun sodisfatta li l-konklużjoni motivata msemmija fl-Artikolu 1(2)(g)(iv), jew kull deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, tkun għadha aġġornata meta tieħu deċiżjoni li tagħti l-kunsens għall-iżvilupp. Għal tali fini, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu termini ta' żmien għall-validità tal-konklużjoni motivata msemmija fl-Artikolu 1(2)(g)(iv) jew kwalunkwe deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.

▼B

Artikolu 9

▼M1

1.  Meta tkun ittieħdet deċiżjoni li tagħti jew tirrifjuta kunsens għall-iżvilupp, l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw fil-pront lill-pubbliku u l-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 6(1) biha, skont il-proċeduri nazzjonali, u għandhom jiżguraw li l-informazzjoni li ġejja tkun disponibbli għall-pubbliku u l-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 6(1), filwaqt li jittieħed kont, fejn xieraq, tal-każijiet imsemmija fl-Artikolu 8a(3):

(a) il-kontenut tad-deċiżjoni u kull kundizzjoni li takkumpanjaha, kif imsemmi fl-Artikolu 8a(1) u (2);

(b) ir-raġunijiet u l-konsiderazzjonijiet ewlenin li fuqhom hija msejsa d-deċiżjoni, inkluża informazzjoni dwar il-proċess tal-parteċipazzjoni tal-pubbliku; Dan jinkludi wkoll is-sommarju tar-riżultati tal-konsultazzjonijiet u t-tagħrif miġbur skont l-Artikoli 5 sa 7 u kif dawk ir-riżultati jkunu ġew inkorporati jew inkella indirizzati, b'mod partikolari l-kummenti li waslu għand l-Istat Membru affettwat imsemmija fl-Artikolu 7.

▼B

2.  L-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti għandhom jgħarrfu lil kull Stat Membru li jkun ġie kkonsultat skont l-Artikolu 7, billi jibagħtulu t-tagħrif imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

L-Istati Membri kkonsultati għandhom jiżguraw li dan it-tagħrif jiġi magħmul disponibbli f'manjiera approprjata lill-pubbliku kkonċernat fit-territorju tagħhom.

▼M1

Artikolu 9a

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti jwettqu l-kompiti li jirriżultaw minn din id-Direttiva b'mod oġġettiv u ma jsibux ruħhom f'sitwazzjoni li tagħti lok għal kunflitt ta' interess.

Fejn l-awtorità kompetenti hija wkoll l-iżviluppatur, l-Istati Membri għandhom tal-anqas jimplimentaw, fl-ambitu tal-organizzazzjoni tagħhom tal-kompetenzi amministrattivi, separazzjoni xierqa bejn il-funzjonijiet kunfliġġenti meta jkunu qed iwettqu l-kompiti li jirriżultaw minn din id-Direttiva.

▼B

Artikolu 10

▼M1

Bla ħsara għad-Direttiva 2003/4/KE, id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva ma għandhomx jaffettwaw l-obbligu tal-awtoritajiet kompetenti li jirrispettaw il-limitazzjonijiet imposti bil-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali u bil-prassi legali aċċettati rigward il-kunfidenzjalità kummerċjali u industrijali, inkluża l-proprjetà intellettwali, u s-salvagwardja tal-interess pubbliku.

▼B

Fejn japplika l-Artikolu 7, it-trażmissjoni tat-tagħrif lil Stat Membru ieħor u r-riċezzjoni tat-tagħrif minn Stat Membru ieħor għandhom ikunu soġġetti għal-limitazzzjonijiet fis-seħħ fl-Istat Membru fejn jiġi propost il-proġett.

▼M1

Artikolu 10a

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati taħt din id-Direttiva. Il-penali previsti għandhom ikunu effikaċi, proporzjonati u dissważivi.

▼B

Artikolu 11

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, skont is-sistema legali nazzjonali rilevanti, il-membri tal-pubbliku kkonċernat:

(a) li jkollhom interess suffiċjenti, jew alternattivament,

(b) li jsostnu l-ksur ta’ dritt, meta l-liġi amministrattiva proċedurali ta’ Stat Membru teħtieġ dan bħala pre-kondizzjoni,

ikollhom aċċess għal proċedura ta’ stħarriġ quddiem qorti tal-ġustizzja jew korp ieħor indipendenti u imparzjali stabbilit bil-liġi sabiex jikkontestaw il-legalità sostantiva jew proċedurali tad-deċiżjonijiet, l-atti jew l-omissjonijiet soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva dwar il-parteċipazzjoni tal-pubbliku.

2.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu f'liema stadju jistgħu jiġu kkontestati d-deċiżjonijiet, l-atti jew l-omissjonijiet.

3.  Dak li jikkostitwixxi interess suffiċjenti u l-ksur ta’ dritt għandu jiġi stabbilit mill-Istati Membri, b'mod konsistenti mal-objettiv li jingħata aċċess wiesa' għall-ġustizzja lill-pubbliku kkonċernat. Għal dak il-fini, l-interess ta’ kull organizzazzjoni mhux governattiva li tissodisfa r-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 1(2) għandu jitqies suffiċjenti għall-għan tal-punt (a) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Tali organizzazzjonijiet għandhom jitqiesu wkoll li għandhom drittijiet li jistgħu jinkisru għall-għan tal-punt (b) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

4.  Id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-artikolu ma għandhomx jeskludu l-possibbiltà ta’ proċedura ta’ stħarriġ preliminari quddiem awtorità amminisrattiva u ma għandhomx jaffettwaw ir-rekwiżit tal-eżawriment tal-proċeduri ta’ stħarriġ amministrattiv qabel ir-rikors għall-proċeduri ta’ stħarriġ ġudizzjarju, meta jeżisti tali rekwiżit taħt il-liġi nazzjonali.

Kull proċedura bħal din għandha tkun ġusta, retta, f'waqtha u ma tiswiex tant li tkun projbittiva.

5.  Sabiex iżidu l-effettività tad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jitpoġġew għad-disponibbilità tal-pubbliku tagħrif prattiku dwar l-aċċess għall-proċeduri ta’ stħarriġ amministrattiv u ġudizzjarju.

Artikolu 12

1.  L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jgħaddu lil xulxin informazzjoni dwar l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

▼M1

2.  B'mod partikolari, kull sitt snin mis-16 ta' Mejju 2017 l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni, jekk tali data tkun disponibbli, dwar:

(a) l-għadd ta' proġetti msemmija fl-Annessi I u II soġġetti għal valutazzjoni tal-impatt fuq l-ambjent skont l-Artikoli 5 sa 10;

(b) it-tqassim tal-valutazzjonijiet tal-impatt fuq l-ambjent skont il-kategoriji tal-proġetti stipulati fl-Annessi I u II;

(c) l-għadd ta' proġetti msemmija fl-Anness II soġġetti għal determinazzjoni skont l-Artikolu 4(2);

(d) it-tul ta' żmien medju għal proċess ta' valutazzjoni tal-impatt fuq l-ambjent;

(e) stimi ġenerali dwar l-ispiża diretta medja tal-valutazzjonijiet tal-impatt fuq l-ambjent, inklużi l-impatti tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva għall-SMEs.

▼B

3.  Fuq il-bażi ta’ dak l-iskambju ta’ informazzjoni, il-Kummissjoni għandha, jekk dan ikun meħtieġ, tibgħat proposti addizzjonali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, bil-ħsieb li tiżgura li din id-Direttiva tiġi applikata b'mod suffiċjenti b'manjiera koordinata.

Artikolu 13

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

Artikolu 14

Id-Direttiva 85/337/KEE, kif emendata mid-Direttivi mniżżla fl-Anness V, Parti A, hija mħassra, mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżla fl-Anness V, Parti B.

Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness VI.

Artikolu 15

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 16

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.




ANNESS I

PROĠETTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 4(1)

1. Raffineriji taż-żejt mhux maħdum (għajr l-impriżi li jiffabbrikaw biss lubrikanti miż-żejt mhux maħdum) u stallazzjonijiet għall-gassifikazzjoni u l-likwefazzjoni ta’ 500 tunnellata metrika kuljum jew iktar ta’ faħam jew blat tafli bituminuż.

2.

 

(a) Power stations termali u stallazzjonijiet oħra ta’ kombustjoni bi ħruġ ta’ sħana ta’ 300 megawatt jew iktar;

(b) Power stations nukleari u reatturi oħra nukleari inklużi l-iżmantellament jew l-għeluq ta’ tali power stations jew reatturi nukleari ( 8 ) (għajr l-istallazzjonijiet tar-riċerka għall-produzzjoni u l-konverżjoni ta’ materjali fissili u fertili, li l-qawwa massima tagħhom ma taqbiżx il-kilowatt 1 ta’ tagħbija kontinwa termali).

3.

 

(a) Stallazzjonijiet għall-ipproċessar mill-ġdid ta’ karburant nukleari irradjat;

(b) Stallazzjonijiet intiżi:

(i) għall-produzzjoni jew l-arrikkiment tal-karburant nukleari,

(ii) għall-ipproċessar tal-karburant nukleari irradjat jew ta’ skart radjoattiv ta’ livell għoli,

(iii) għar-rimi finali ta’ karburant nukleari irradjat,

(iv) għar-rimi finali tal-iskart radjoattiv biss,

(v) għall-ħażna (ippjanata għal iktar minn 10 snin) tal-karburanti nukleari irradjati jew ta’ skart radjoattiv biss f’sit differenti mis-sit tal-produzzjoni.

4.

 

(a) Xogħlijiet integrati għat-tidwib tal-bidu tal-ħadid fondut u tal-azzar;

(b) Stallazzjonijiet għall-produzzjoni ta’ metalli mhux tal-ħadid mhux maħduma minn metalli, ikkonċentrati jew materja prima sekondarja bi proċessi metallurġiċi, kimiċi jew elettrolitiċi.

5. Stallazzjonijiet għall-estrazzjoni tal-asbestos u għall-ipproċessar u t-trasformazzjoni tal-asbestos u prodotti li jkun fihom l-asbestos: għall-prodotti tas-siment tal-asbestos, bi produzzjoni annwali ta’ iktar minn 20 000  tunnellata metrika ta’ prodotti lesti, għall-materjal tal-għorik (frizzjoni), bi produzzjoni annwali ta’ iktar minn 50 tunnellata metrika ta’ prodotti lesti, u għal użi oħra tal-asbestos, b’utilizzazzjoni ta’ iktar minn 200 tunnellata metrika fis-sena.

6. Stallazzjonijiet kimiċi integrati, jiġifieri dawk l-istallazzjonijiet għall-manifattura fuq skala industrijali tas-sustanzi li jużaw proċessi ta’ konverżjoni kimika, li fihom numru ta’ unitajiet jiġu mqiegħda ħdejn xulxin biex jidher il-kuntrast ta’ bejniethom u huma funzjonalment marbuta ma’ xulxin u li huma:

(a) għall-produzzjoni ta’ kimiċi organiċi bażiċi;

(b) għall-produzzjoni ta’ kimiċi inorganiċi bażiċi;

(c) għall-produzzjoni ta’ fertilizzanti artifiċjali bbażat fuq il-fosfru, in-nitroġenu jew il-putassju (fertilizzanti artifiċjali sempliċi jew kompost);

(d) għall-produzzjoni ta’ prodotti bażiċi għas-saħħa tal-pjanti u ta’ bijoċidi;

(e) għall-produzzjoni ta’ prodotti farmaċewtiċi bażiċi li jużaw proċess kimiku jew bijoloġiku;

(f) għall-produzzjoni tal-isplussivi.

7.

 

(a) Il-bini ta’ linji tal-ferrovija għat-traffiku fuq distanzi twal u ta’ ajruporti ( 9 ) b’tul bażiku tar-runway ta’ 2 100 m jew iktar;

(b) Il-bini ta’ awtostradi u toroq li jgħaqqdu bliet direttament u bil-ħeffa ( 10 );

(c) Il-bini ta’ triq ġdida ta’ erba’ korsiji jew iktar, l-allinjament mill-ġdid u/jew it-twessigħ ta’ triq eżistenti ta’ żewġ korsiji jew iktar sabiex tipprovdi għal erba’ korsiji jew iktar, fejn din it-triq ġdida jew sezzjoni tat-triq allinjata mill-ġdid u/jew imwessgħa tkun iktar min 10 km jew f’ tul iktar li ma jaqta’ xejn.

8.

 

(a) Passaġġi interni navigabbli u portijiet għan-navigazzjoni f’passaġġi interni li jippermettu l-passaġġ ta’ bastimenti ta’ ‘l fuq minn 1 350  tunnellata metrika;

(b) Portijiet kummerċjali, mollijiet għat-tagħbija u l-ħatt, imgħaqqda mal-art u ‘l barra mill-portijiet (minbarra mollijiet tal-laneċ) li jistgħu jieħdu bastimenti ta’ iktar minn 1 350  tunnellata metrika.

9. Stallazzjonijiet tar-rimi tal-iskart għall-inċinerazzjoni, it-trattament kimiku definit fl-Anness I tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart ( 11 ) taħt l-intestatura D9, jew radam tal-iskart perikoluż, kif definit fil-punt 2 tal-Artikolu 3 ta’ dik id-Direttiva.

10. Stallazzjonijiet għar-rimi tal-iskart għall-inċinerazzjoni jew it-trattament kimiku definit fl-Anness I tad-Direttiva 2008/98/KE taħt l-intestatura D9 tal-iskart mhux perikoluż b’kapaċità li taqbeż il-100 tunnellata metrika kuljum.

11. L-estrazzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art jew skemi ta’ introduzzjoni mill-ġdid b’mod artifiċjali tal-ilma ta’ taħt l-art fejn il-volum annwali ta’ ilma estratt jew introdott mill-ġdid huwa ekwivalenti għal jew jaqbeż il-10 miljun metru kubu.

12.

 

(a) Xogħlijiet għat-trasferiment tar-riżorsi tal-ilma bejn il-baċini tax-xmajjar fejn dak it-trasferiment jimmira li jipprevjeni nuqqasijiet possibbli ta’ ilma u fejn l-ammont ta’ ilma ttrasferit jaqbeż il-100 miljun metru kubu fis-sena;

(b) Fil-każi l-oħra kollha, ix-xogħlijiet għat-trasferiment tar-riżorsi tal-ilma bejn il-baċini tax-xmajjar fejn il-fluss medju fuq ħafna snin tal-baċin minn fejn l-ilma jiġi estratt jaqbeż il-2 000 miljun metru kubu fis-sena u fejn l-ammont tal-ilma ttrasferit jaqbeż il-5 % ta’ dak il-fluss.

Fiż-żewġ każi huma esklużi t-trasferimenti tal-ilma tax-xorb bil-pajpijiet.

13. Impjanti għat-trattament tal-ilma mormi b’kapaċità li taqbeż l-ekwivalenti ta’ popolazzjoni ta’ 150 000 kif definit fil-punt 6 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE tal-21 ta’ Mejju 1991 dwar it-trattament tal-ilma urban mormi ( 12 ).

14. L-estrazzjoni tal-petrolju u tal-gass naturali għal għanijiet kummerċjali fejn l-ammont estratt jaqbeż il-500 tunnellata metrika kuljum fil-każ tal-petrolju u l-500 000 metru kubu kuljum fil-każ tal-gass.

15. Digi u stallazzjonijiet oħra maħsuba biex iżommu lura jew jaħżnu l-ilma permanentement, fejn l-ammont tal-ilma ġdid jew addizzjonali miżmum lura jew maħżun jaqbeż il-10 miljuni metru kubu.

16. Pipelines b’dijametru ta’ aktar minn 800 mm u tul ta’ aktar minn 40 km:

(a) għat-trasport ta’ gass, żejt, sustanzi kimiċi;

(b) għat-trasport ta’ nixxigħat tad-dijossidu tal-karbonju (CO2) għall-finijiet ta’ ħżin ġeoloġiku, inklużi l-istazzjonijiet tal-kompressjoni assoċjati.

17. Stallazzjoni għat-tkabbir intensiv tat-tjur jew tal-ħnieżer b’iktar minn:

(a) 85 000 post għall-kapuċċelli, 60 000 post għat-tiġieġ;

(b) 3 000 post għall-ħnieżer ta’ produzzjoni (ta’ iktar minn 30 kg); jew

(c) 900 post għall-majjaliet.

18. Impjanti industrijali għall-produzzjoni ta’:

(a) polpa mill-injam tas-siġar jew minn materjali fibrużi simili;

(b) karta u kartun b’kapaċità ta’ produzzjoni li taqbeż il-200 tunnellata metrika kuljum.

19. Il-barrieri u x-xogħol fil-minjieri miftuħa fejn il-wiċċ tal-art jaqbeż il-25 ettaru, jew l-estrazzjoni tal-pit, fejn il-wiċċ tal-art fuq il-post jaqbeż il-150 ettaru.

20. Il-bini ta’ kejblijiet tal-elettriku fil-għoli b’voltaġġ ta’ 220 kV jew iktar u tul ta’ iktar minn 15-il km.

21. Stallazzjonijiet għall-ħażna tal-petrolju, tal-petrokimika jew ta’ prodotti kimiċi b’kapaċità ta’ 200 000  tunnellata metrika jew iktar.

22. Siti tal-ħżin taħt id-Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-ħżin ġeoloġiku tad-dijossidu tal-karbonju ( 13 ).

23. Stallazzjonijiet għall-ġbir tan-nixxiegħat tas-CO2 għall-finijiet tal-ħżin ġeoloġiku taħt id-Direttiva 2009/31/KE minn stallazzjonijiet koperti minn dan l-Anness, jew fejn il-ġbir totali annwali tas-CO2 ikun ta’ 1,5 mega tunnellati jew aktar.

24. Kull bidla jew estensjoni tal-proġetti elenkati f’dan l-Anness meta tali bidla jew estensjoni fiha nfisha tilħaq il-livelli, jekk ikun hemm, iddikjarati f’dan l-Anness.




ANNESS II

IL-PROĠETTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 4(2)

1.   IL-BIEDJA, IS-SILVIKULTURA U L-AKKWAKULTURA

(a) Proġetti għall-bini mill-ġdid ta’ oqsma rurali;

(b) Proġetti għall-użu ta’ raba’ mhux ikkultivat jew ta’ żoni semi-naturali bil-għan ta’ biedja intensiva;

(c) Proġetti għall-immaniġġjar tal-ilma għall-biedja, inklużi t-tisqija u proġetti għat-tnixxif ta’ artijiet mgħaddra;

(d) L-afforestazzjoni u d-deforestazzjoni tal-bidu bil-għan ta’ qlib għal użu ieħor tal-art;

(e) Stallazzjonijiet għat-tkabbir b’mod intensiv tal-annimali tal-irziezet (proġetti mhux inklużi fl-Anness I);

(f) Tkabbir tal-ħut b’mod intensiv;

(g) Riklamazzjoni tal-art mill-baħar.

2.   L-INDUSTRIJA TAL-ESTRAZZJONI

(a) Barrieri, minjieri miftuħa u l-estrazzjoni tal-pit (proġetti mhux inklużi fl-Anness I);

(b) Minjieri taħt l-art;

(c) L-estrazzjoni tal-minerali bit-taħmil mill-baħar jew mix-xmajjar;

(d) Tħaffir fil-fond bil-berrini, b’mod partikolari:

(i) tħaffir ġeotermiku,

(ii) tħaffir għall-ħażna ta’ materjal ta’ skart nukleari,

(iii) tħaffir għall-provvisti tal-ilma,

minbarra tħaffir sabiex tiġi investigata l-istabbilità tal-ħamrija;

(e) Stallazzjonijiet industrijali fuq il-wiċċ tal-art għall-estrazzjoni tal-faħam, tal-petrolju, tal-gass naturali u tal-minerali, kif ukoll tal-blat tafli bituminuż.

3.   L-INDUSTRIJA TAL-ENERĠIJA

(a) Stallazzjonijiet industrijali għall-produzzjoni tal-elettriku, il-fwar u l-misħun (proġetti mhux inklużi fl-Anness I);

(b) Stallazzjonijiet industrijali għall-ġarr tal-gass, il-fwar u l-misħun; it-trasmissjoni tal-enerġija elettrika permezz ta’ kejblijiet fil-għoli (proġetti mhux inklużi fl-Anness I);

(c) Il-ħażna fuq l-art tal-gass naturali;

(d) Il-ħażna taħt l-art ta’ gassijiet kombustibbli;

(e) Il-ħażna fuq l-art tal-karburanti fossili;

(f) Il-bini industrijali ta’ blokki/briksijiet tal-faħam u tal-linjit;

(g) Stallazzjonijiet għall-ipproċessar u l-ħażna ta’ skart radjoattiv (għajr jekk inkluż fl-Anness I);

(h) Stallazzjonijiet għall-produzzjoni tal-enerġija idro-elettrika;

(i) Stallazzjonijiet li jużaw il-qawwa tar-riħ għall-produzzjoni tal-enerġija (oqsma ta’ mtieħen tar-riħ);

(j) Stallazzjonijiet għall-ġbir tan-nixxiegħat tas-CO2 għall-finijiet tal-ħżin ġeoloġiku taħt id-Direttiva 2009/31/KE minn stallazzjonijiet mhux koperti mill-Anness I ta’ din id-Direttiva.

4.   IL-PRODUZZJONI U L-IPPROĊESSAR TAL-METALLI

(a) Stallazzjonijiet għall-produzzjoni tal-ħadid fondut u tal-azzar (fużjoni primarja u sekondarja) inkluż it-tidwib kontinwu;

(b) Stallazzjonijiet għall-ipproċessar tal-metalli tal-ħadid;

(i) fabbriki tar-rumblar bis-sħana,

(ii) postijiet tax-xogħol tal-ħadid bil-mazez,

(iii) l-applikazzjoni ta’ kisjiet protettivi bil-metall fużjonat;

(c) Funderiji tal-metalli tal-ħadid;

(d) Stallazzjonijiet għat-tidwib, inkluż l-għemil tal-illiġi, ta’ metalli mhux tal-ħadid, minbarra l-metalli prezzjużi, inklużi prodotti rkuprati (raffinazzjoni, titwib bil-forġa, eċċ.);

(e) Stallazzjonijiet għat-trattament fuq l-art tal-metalli u ta’ materjali tal-plastika li jużaw proċessi kimiċi jew tal-elettrolisi;

(f) Il-manifattura u l-immuntar ta’ vetturi bil-mutur u l-manifattura tal-magni tal-vetturi bil-mutur;

(g) Tarzni;

(h) Stallazzjonijiet għall-bini u t-tiswija ta’ vetturi tal-ajru;

(i) Il-manifattura ta’ tagħmir tal-ferroviji;

(j) It-tagħwiġ tal-metall (“swaging”) bl-isplussivi;

(k) Stallazzjonijiet għall-infurnar u s-sinterizzazzjoni ta’ minerali metalliċi.

5.   L-INDUSTRIJA MINERARJA

(a) Fran tal-kokk (distillazzjoni tal-faħam niexef);

(b) Stallazzjonijiet għall-manifattura tas-siment;

(c) Stallazzjonijiet għall-produzzjoni tal-asbestos u l-manifattura ta’ prodotti tal-asbestos (proġetti mhux inklużi fl-Anness I);

(d) Stallazzjonijiet għall-manifattura tal-ħġieġ inkluża l-fibra tal-ħġieġ (“glass fibre”);

(e) Stallazzjonijiet għat-tidwib ta’ sustanzi minerali inkluża l-produzzjoni tal-fibra tal-ħġieġ;

(f) Il-manifattura ta’ prodotti taċ-ċeramika, b’mod partikolari madum tal-bjut, blokok, briksijiet refrattorji, madum, xogħol tal-fuħħar u porċellana.

6.   L-INDUSTRIJA KIMIKA (PROĠETTI MHUX INKLUŻI FL-ANNESS I)

(a) It-trattament ta’ prodotti intermedji u l-produzzjoni ta’ oġġetti tal-kimika;

(b) Il-produzzjoni tal-pestiċidi u ta’ prodotti farmaċewtiċi, żebgħa u verniċ, elastomeri u perossidi;

(c) Faċilitajiet għall-ħażna tal-petrolju, ta’ prodotti petrokimiċi u kimiċi.

7.   L-INDUSTRIJA TAL-IKEL

(a) Il-manifattura ta’ żjut u xaħmijiet mill-ħxejjex tal-ikel u mill-annimali;

(b) L-imballaġġ u t-tqegħid fil-landi ta’ prodotti mill-annimali u mill-ħxejjex tal-ikel;

(c) Il-manifattura ta’ prodotti tal-ħalib;

(d) Il-manifattura tal-birra u tal-maltu;

(e) Il-manifattura tal-ħelu u x-xiroppi;

(f) Stallazzjonijiet għall-qtil tal-annimali;

(g) Stallazzjonijiet għall-manifattura tal-lamtu artifiċjali;

(h) Fabbriki tal-ikel tal-ħut u taż-żejt tal-ħut;

(i) Fabbriki taz-zokkor.

8.   L-INDUSTRIJI TAT-TESSUTI, TAL-INJAM U TAL-KARTA

(a) Impjanti industrijali għall-produzzjoni tal-karta u l-kartun (proġetti mhux inklużi fl-Anness I);

(b) Impjanti għat-trattament minn qabel (xogħlijiet bħall-ħasil, il-bliċjar, merċerizzazzjoni) jew għall-għoti tal-kulur lill-fibri jew lit-tessuti;

(c) Impjanti għall-ikkunzar tal-ġlud;

(d) Stallazzjonijiet għall-ipproċessar u l-produzzjoni taċ-ċellulosi.

9.   L-INDUSTRIJA TAL-LASTIKU

Il-manifattura u t-trattament ta’ prodotti bbażati fuq l-elastomeri.

10.   PROĠETTI TA’ INFRASTRUTTURA

(a) Proġetti ta’ żvilupp ta’ oqsma industrijali;

(b) Proġetti ta’ żvilupp urban, inkluż il-bini ta’ ċentri kummerċjali u ta’ parkeġġi għall-karozzi;

(c) Il-bini ta’ ferroviji u ta’ faċilitajiet għat-trasbord intermodali, u ta’ terminali intermodali (proġetti mhux inklużi fl-Anness I);

(d) Il-bini ta’ ajrudromi (proġetti mhux inklużi fl-Anness I);

(e) Il-bini ta’ toroq, portijiet u stallazjonijiet tal-portijiet, inklużi menqiet għall-bastimenti tas-sajd (proġett mhux inklużi fl-Anness I);

(f) Il-bini ta’ passaġġi interni navigabbli mhux inklużi fl-Anness I, il-bini ta’ kanali u xogħlijiet għall-ilqugħ tal-ilma mill-ħamliet;

(g) Digi u stallazzjonijiet oħra ddisinjati bil-ħsieb li jżommu l-ilma jew jaħżnuh fuq bażi fit-tul (proġetti mhux inklużi fl-Anness I);

(h) Linji tat-tramm, ferroviji fil-għoli jew taħt l-art, linji tal-kejblijiet fil-għoli jew linji simili ta’ tip partikolari, użati esklużivament jew fil-biċċa l-kbira għat-trasport tal-passiġġieri;

(i) Stallazzjonijiet ta’ oleodotti u gassdotti u linji ta’ pajpijiet għat-trasport ta’ nixxigħat ta’ CO2 għall-finijiet ta’ ħżin ġeoloġiku (proġetti mhux inklużi fl-Anness I);

(j) Stallazzjonijiet ta’ akkwedotti fuq distanzi twal;

(k) Xogħol kostali biex jikkumbatti l-erożjoni u xogħlijiet marittimi kapaċi li jibdlu l-kosta permezz tal-bini ta’, pereżempju, digi, mollijiet, pontijiet u xogħlijiet oħra ta’ difiża kontra l-baħar, għajr il-manutenzjoni u l-bini mill-ġdid ta’ xogħlijiet minn dawn;

(l) L-estrazzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art u skemi ta’ introduzzjoni mill-ġdid b’mod artifiċjali tal-ilma ta’ taħt l-art mhux inklużi fl-Anness I;

(m) Xogħlijiet għat-trasferiment tar-riżorsi tal-ilma bejn il-baċini tax-xmajjar mhux inklużi fl-Anness I.

11.   PROĠETTI OĦRA

(a) Korsi permanenti tat-tiġrija tal-vetturi bil-mutur u tal-prova tagħhom;

(b) Stallazzjonijiet għar-rimi tal-iskart (proġetti mhux inklużi fl-Anness I);

(c) Impjanti għat-trattament tal-ilma mormi (proġetti mhux inklużi fl-Anness I);

(d) Siti għad-depożitu tat-tjun;

(e) Il-ħażna tal-ħadid għall-iskart, inklużi l-vetturi skartati;

(f) Bankijiet tax-xogħol għall-magni, it-turbini u r-reatturi;

(g) Stallazzjonijiet għall-manifattura ta’ fibri minerali artifiċjali;

(h) Stallazzjonijiet għall-irkupru jew il-qerda ta’ sustanzi splussivi;

(i) Postijiet tan-negozju tal-ġebel mill-bini maħtut.

12.   IT-TURIŻMU U L-ĦIN LIBERU

(a) Korsi għall-ġiri bl-iski, seġġjoviji u funikulari u żviluppi assoċjati;

(b) Marini;

(c) Villaġġi għall-vaganzi u kumplessi ta’ lukandi’l barra miż-żoni urbani u l-iżviluppi assoċjati magħhom;

(d) Siti permanenti għall-kampeġġ u siti għall-karavanijiet;

(e) Theme parks.

13.

(a) Kull bidla jew estensjoni tal-proġetti mniżżla fl-Anness I jew f’dan l-Anness, diġà awtorizzati, imwettqa jew fil-proċess tat-twettiq, li jista’ jkollhom effetti negattivi sinifikanti fuq l-ambjent (bidla jew estensjoni mhux inkluża fl-Anness I);

(b) Il-proġetti fl-Anness I, magħmula esklużivament jew fil-biċċa l-kbira tagħhom għall-iżvilupp u l-eżami ta’ metodi jew prodotti ġodda u li ma jkunux ilhom użati għal iktar minn sentejn.

▼M1




ANNESS II.A

IT-TAGĦRIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 4(4)

(IT-TAGĦRIF LI GĦANDU JIĠI PPROVDUT MILL-IŻVILUPPATUR DWAR IL-PROĠETTI ELENKATI FL-ANNESS II)

1. Deskrizzjoni tal-proġett, inklużi b'mod partikolari:

(a) deskrizzjoni tal-karatteristiċi fiżiċi tal-proġett kollu u, fejn rilevanti, tax-xogħlijiet ta' twaqqigħ;

(b) deskrizzjoni tal-lok tal-proġett, partikolarment fir-rigward tas-sensisittività taż-żoni ġeografiċi li x'aktarx ikunu affettwati.

2. Deskrizzjoni tal-aspetti ambjentali li x'aktarx jiġu affettwati b'mod sinifikattiv mill-proġett.

3. Deskrizzjoni ta' kwalunkwe effett sinifikattiv, sa fejn possibbli mill-informazzjoni dwar dawn l-effetti, li l-proġett x'aktarx ikollu fuq l-ambjent li jirriżultaw minn dawn li ġejjin:

(a) ir-residwi u l-emissjonijiet mistennija u mill-produzzjoni tal-iskart, fejn rilevanti;

(b) l-użu ta' riżorsi naturali, partikolarment il-ħamrija, l-art, l-ilma u l-bijodiversità.

4. Il-kriterji tal-Anness III għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni, fejn rilevanti, meta tkun qed tinġabar l-informazzjoni b'mod konformi mal-punti 1 sa 3.

▼M1




ANNESS III

IL-KRITERJI TAL-GĦAŻLA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 4(3)

(KRITERJI LI JIDDETERMINAW JEKK IL-PROĠETTI ELENKATI FL-ANNESS II GĦANDHOMX IKUNU SOĠĠETTI GĦAL VALUTAZZJONI TAL-IMPATT FUQ L-AMBJENT)

1.   Karatteristiċi tal-proġetti

Il-karatteristiċi tal-proġetti għandhom jitqiesu, b'mod partikolari fir-rigward ta':

(a) id-daqs u d-disinn tal-proġett kollu;

(b) il-kumulazzjoni ma' proġetti eżistenti u/jew approvati oħra;

(c) l-użu ta' riżorsi naturali, partikolarment l-art, il-ħamrija, l-ilma u l-bijodiversità;

(d) il-produzzjoni tal-iskart;

(e) it-tniġġis u l-elementi ta' fastidju;

(f) ir-riskju ta' inċidenti kbar u/jew diżastri li huma rilevanti għall-proġett ikkonċernat, inklużi dawk ikkawżati mit-tibdil fil-klima, abbażi tal-għarfien xjentifiku;

(g) ir-riskji għas-saħħa tal-bniedem (pereżempju dawk minn kontaminazzjoni tal-ilma jew tniġġis tal-arja).

2.   Il-post fejn jinsabu l-proġetti

Għandha titqies is-sensittività ambjentali ta' żoni ġeografiċi li x'aktarx jiġu affettwati mill-proġetti, b'mod partikolari fir-rigward ta':

(a) l-użu eżistenti u approvat tal-art;

(b) l-abbundanza relattiva, id-disponibbiltà, il-kwalità u l-kapaċità ta' riġenerazzjoni tar-riżorsi naturali (inkluża l-ħamrija, l-art, l-ilma u l-bijodiversità) fiż-żona u taħt l-art tagħha;

(c) il-kapaċità ta' assorbiment tal-ambjent naturali, filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari liż-żoni li ġejjin:

(i) artijiet mistagħdra, żoni max-xatt tal-ixmajjar, bokok ta' xmajjar;

(ii) żoni kostali u l-ambjent tal-baħar;

(iii) żoni muntanjużi u dawk bil-foresti;

(iv) riservi u parkijiet naturali;

(v) żoni kklassifikati jew protetti skont il-leġislazzjoni nazzjonali; żoni ta' Natura 2000 deżinjati mill-Istati Membri skont id-Direttiva 92/43/KEE u d-Direttiva 2009/147/KE;

(vi) żoni fejn diġà kienu ma ntlaħqux il-livelli ta' kwalità ambjentali, stabbiliti fil-leġislazzjoni tal-Unjoni u rilevanti għall-proġett, jew fejn huwa meqjus li dawn il-livelli ma ntlaħqux;

(vii) żoni b'densità għolja ta' popolazzjoni;

(viii) pajsaġġi u siti ta' sinifikat storiku, kulturali jew arkeoloġiku.

3.   It-tip u l-karatteristiċi tal-impatt potenzjali

L-effetti sinifikattivi li l-proġetti x'aktarx ikollhom fuq l-ambjent għandhom jitqiesu f'rabta mal-kriterji stabbiliti fil-punti 1 u 2 ta' dan l-Anness, fir-rigward tal-impatt tal-pproġett fuq il-fatturi speċifikati fl-Artikolu 3(1), filwaqt li jitqiesu:

(a) id-daqs u l-ambitu spazjali tal-impatt (pereżempju, iż-żona ġeografika u d-daqs tal-popolazzjoni li x'aktarx tkun affettwata);

(b) in-natura tal-impatt;

(c) in-natura transkonfinali tal-impatt;

(d) l-intensità u kumplessità tal-impatt;

(e) il-probabbiltà tal-impatt;

(f) meta se jitfaċċa l-impatt, kemm se jdum fis-seħħ l-impatt, il-frekwenza u r-riversibbiltà tal-impatt;

(g) il-kumulazzjoni tal-impatt mal-impatt ta' proġetti oħra eżistenti u/jew approvati;

(h) il-possibbiltà li jitnaqqsu l-impatt b'mod effikaċi.




ANNESS IV

IT-TAGĦRIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 5(1)

(IT-TAGĦRIF GĦAR-RAPPORT TA' VALUTAZZJONI TAL-IMPATT FUQ L-AMBJENT)

1. Id-deskrizzjoni tal-proġett, inklużi b'mod partikolari:

(a) deskrizzjoni tal-post tal-proġett;

(b) deskrizzjoni tal-karatteristiċi fiżiċi tal-proġett kollu inkluż, fejn rilevanti, ix-xogħlijiet ta' twaqqigħ meħtieġa, u r-rekwiżiti tal-użu tal-art matul il-fażijiet tal-kostruzzjoni u operattivi;

(c) deskrizzjoni tal-karatteristiċi ewlenin tal-fażi operattiva tal-proġett (b'mod partikolari kull proċess ta' produzzjoni), pereżempju, id-domanda għall-enerġija u l-enerġija użata, in-natura u l-kwantità tal-materjali, l-enerġija u r-riżorsi naturali (inkluż l-ilma, l-art, il-ħamrija u l-bijodiversità) użati;

(d) stima, skont it-tip u l-kwantità, tar-residwi u emissjonijiet mistennija (it-tniġġis tal-ilma, tal-arja, tal-ħamrija u tas-sottoswol, l-istorbju, il-vibrazzjoni, id-dawl, is-sħana, ir-radjazzjoni, eċċ.) u l-kwantitajiet u t-tipi ta' skart prodott matul il-fażi ta' kostruzzjoni u dik operattiva.

2. Deskrizzjoni tal-alternattivi raġonevoli (eż. f'termini ta' disinn tal-proġett, teknoloġija, lok, daqs u skala) eżaminati mill-iżviluppatur, li huma rilevanti għall-proġett propost u l-karatteristiċi speċifiċi tiegħu, u indikazzjoni tar-raġunijiet prinċipali għall-għażla li tkun saret, inkluż tqabbil tal-effetti fuq l-ambjent.

3. Deskrizzjoni tal-aspetti rilevanti tal-istat attwali tal-ambjent (xenarju bażi) u deskrizzjoni fil-qosor ta' kif dawn mistennija jevolvu jekk ma jsirx il-proġett, sa fejn il-bidliet naturali mix-xenarju bażi jistgħu jiġu valutati bi sforz raġonevoli abbażi tad-disponibbiltà tal-informazzjoni ambjentali u tal-għarfien xjentifiku.

4. Deskrizzjoni tal-fatturi speċifikati fl-Artikolu 3(1) li x'aktarx jiġu affettwati b'mod sinifikattiv mill-proġett: il-popolazzjoni, is-saħħa tal-bniedem, il-bijodiversità (pereżempju l-fawna u l-flora), l-art (pereżempju t-teħid tal-art), il-ħamrija (pereżempju l-materja organika, l-erożjoni, il-kompattazzjoni, l-impermeabilizzazjoni), l-ilma (pereżempju l-bidliet idromorfoloġiċi, il-kwantità u l-kwalità), il-klima (pereżempju l-emissjonijiet ta' gassijiet serra, impatti rilevanti għall-adattament), l-assi materjali, il-wirt kulturali, inklużi l-aspetti arkitettoniċi u arkeoloġiċi u l-pajsaġġ.

5. Deskrizzjoni tal-effetti sinifikattivi li l-proġett x'aktarx ikollu fuq l-ambjent li jirriżultaw minn, inter alia:

(a) il-kostruzzjoni u l-eżistenza tal-proġett, inklużi, fejn rilevanti, ix-xogħlijiet ta' twaqqigħ;

(b) l-użu tar-riżorsi naturali, b'mod partikolari l-art, il-ħamrija, l-ilma u l-bijodiversità, b'mod li kemm jista' jkun titqies id-disponibbiltà sostenibbli ta' dawn ir-riżorsi;

(c) l-emissjoni ta' sustanzi li jniġġsu, l-istorbju, il-vibrazzjoni, id-dawl, is-sħana, ir-radjazzjoni, il-ħolqien ta' elementi ta' fastidju u r-rimi u l-irkupru tal-iskart;

(d) ir-riskji għas-saħħa tal-bniedem, il-wirt kulturali jew l-ambjent (pereżempju minħabba inċidenti jew diżastri);

(e) il-kumulazzjoni tal-effetti ma' proġetti oħra eżisteni u/jew approvati, tenut kont ta' kwalunkwe problema ambjentali eżistenti relatata ma' żoni ta' importanza ambjentali partikolari li x'aktarx jiġu affettwati jew mal-użu tar-riżorsi naturali;

(f) l-impatt tal-proġett fuq il-klima (pereżempju n-natura u l-volum tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra) u l-vulnerabbiltà tal-proġett għat-tibdil fil-klima;

(g) it-teknoloġiji u s-sustanzi użati.

Id-deskrizzjoni tal-effetti sinifikattivi li x'aktarx ikun hemm fuq il-fatturi msemmija fl-Artikolu 3(1) għandha tkopri l-effetti diretti u kwalunkwe effett indirett, sekondarju, kumulattiv, transkonfinali, għal żmien qasir, medju jew twil, permanenti u temporanju, pożittiv u negattiv tal-proġett. Din id-deskrizzjoni għandha tqis l-objettivi tal-protezzjoni tal-ambjent stabbiliti fil-livell tal-Unjoni jew tal-Istati Membri li huma rilevanti għall-proġett.

6. Deskrizzjoni tal-metodi tat-tbassir jew evidenza użati biex jiġu identifikati u valutati l-effetti sinifikattivi fuq l-ambjent, inklużi d-dettalji tad-diffikultajiet (pereżempju nuqqasijiet tekniċi jew nuqqas ta' għarfien) li jqumu meta jkun qed jinġabar it-tagħrif meħtieġ u l-inċertezzi ewlenin involuti.

7. Deskrizzjoni tal-miżuri previsti sabiex jevitaw, jipprevjenu, inaqqsu jew, jekk possibbli, jikkontrobilanċjaw kull effett ħażin sinifikattiv li jiġi identifikat fuq l-ambjent, u fejn ikun xieraq, ta' kwalunkwe arranġament propost għall-monitoraġġ (pereżempju t-tħejjija ta' analiżi wara li jkun sar il-proġett). Dik id-deskrizzjoni għandha tispjega sa fejn l-effetti sinifikattivi ħżiena fuq l-ambjent ikunu qed jiġu evitati, prevenuti, imnaqqsa jew kontrobilanċjati, u għandha tkopri kemm il-fażi tal-kostruzzjoni kif ukoll dik operattiva.

8. Deskrizzjoni tal-effetti sinifikattivi ħżiena tal-proġett li huma previsti fuq l-ambjent u li ġejjin mill-vulnerabbiltà tal-proġett għar-riskji ta' inċidenti kbar u/jew diżastri li huma rilevanti għall-proġett. Għal dan l-iskop jista' jintuża tagħrif rilevanti u disponibbli li jkun miksub mill-valutazzjonijiet tar-riskju b'mod konformi mal-leġislazzjoni tal-Unjoni bħad-Direttiva 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 14 ) jew id-Direttiva tal-Kunsill 2009/71/Euratom ( 15 ) jew valutazzjonijiet rilevanti mwettqa b'mod konformi mal-leġislazzjoni nazzjonali, bil-kundizzjoni li r-rekwiżiti ta' din id-Direttiva jiġu soddisfatti. Fejn ikun xieraq, din id-deskrizzjoni għandha tinkludi miżuri li huma mistennija li jipprevjenu jew itaffu l-effetti sinifikattivi ħżiena ta' tali avvenimenti fuq l-ambjent u d-dettalji tal-livell ta' tħejjija u tar-reazzjoni proposta għal tali emerġenzi.

9. Sommarju mhux tekniku tal-informazzjoni provvduta taħt il-punti 1 sa 8.

10. Lista ta' referenzi li tipprovdi s-sorsi użati għad-deskrizzjonijiet u għall-valutazzjonijiet li huma inklużi fir-rapport.

▼B




ANNESS V

PARTI A



Direttiva mħassra flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tagħha

(imsemmija fl-Artikolu 14)

Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE

(ĠU L 175, 5.7.1985, p. 40)

 

Direttiva tal-Kunsill 97/11/KE

(ĠU L 73, 14.3.1997, p. 5)

 

Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 156, 25.6.2003, p. 17)

Artikolu 3 biss

Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 140, 5.6.2009, p. 114)

Artikolu 31 biss

PARTI B



Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali

(imsemmija fl-Artikolu 14)

Direttiva

Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni

85/337/KEE

fit-3 ta’ Lulju 1988.

97/11/KE

fl-14 ta’ Marzu 1999.

2003/35/KE

fil-25 ta’ Ġunju 2005.

2009/31/KE

fil-25 ta’ Ġunju 2011.




ANNESS VI



Tabella ta’ Korrelazzjoni

Direttiva 85/337/KEE

Din id-Direttiva

Artikolu 1(1)

Artikolu 1(1)

Artikolu 1(2), l-ewwel subparagrafu

Article 1(2), il-kliem introduttorju

Artikolu 1(2), it-tieni subparagrafu, il-kliem introduttorju

Article 1(2)(a), il-kliem introduttorju

Artikolu 1(2), it-tieni subparagrafu, l-ewwel inċiż

Artikolu 1(2), punt (a), l-ewwel inċiż

Artikolu 1(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni inċiż

Artikolu 1(2), punt (a), it-tieni inċiż

Artikolu 1(2), it-tielet subparagrafu

Artikolu 1(2), punt (b)

Artikolu 1(2), ir-raba' subparagrafu

Artikolu 1(2), punt (c)

Artikolu 1(2), il-ħames subparagrafu

Artikolu 1(2), punt (d)

Artikolu 1(2), is-sitt subparagrafu

Artikolu 1(2), punt (e)

Artikolu 1(3)

Artikolu 1(2), punt (f)

Artikolu 1(4)

Artikolu 1(3)

Artikolu 1(5)

Artikolu 1(4)

Artikolu 2(1)

Artikolu 2(1)

Artikolu 2(2)

Artikolu 2(2)

Artikolu 2(2a)

Artikolu 2(3)

Artikolu 2(3)

Artikolu 2(4)

Artikolu 3, il-kliem introduttorju

Artikolu 3, il-kliem introduttorju

Artikolu 3, l-ewwel inċiż

Artikolu 3, punt (a)

Artikolu 3, it-tieni inċiż

Artikolu 3, punt (b)

Artikolu 3, it-tielet inċiż

Artikolu 3, punt (c)

Artikolu 3, ir-raba' inċiż

Artikolu 3, punt (d)

Artikolu 4

Artikolu 4

Artikolu 5(1)

Artikolu 5(1)

Artikolu 5(2)

Artikolu 5(2)

Artikolu 5(3), il-kliem introduttorju

Artikolu 5(3), il-kliem introduttorju

Artikolu 5(3), l-ewwel inċiż

Artikolu 5(3), punt (a)

Artikolu 5(3), it-tieni inċiż

Artikolu 5(3), punt (b)

Artikolu 5(3), it-tielet inċiż

Artikolu 5(3), punt (c)

Artikolu 5(3), ir-raba' inċiż

Artikolu 5(3), punt (d)

Artikolu 5(3), il-ħames inċiż

Artikolu 5(3), punt (e)

Article 5(4)

Article 5(4)

Artikolu 6

Artikolu 6

Artikolu 7(1), il-kliem introduttorju

Artikolu 7(1), l-ewwel subparagrafu, il-kliem introduttorju

Artikolu 7(1), punt (a)

Artikolu 7(1), l-ewwel subparagrafu, punt (a)

Artikolu 7(1), punt (b)

Artikolu 7(1), l-ewwel subparagrafu, punt (b)

Artikolu 7(1), il-kliem finali

Artikolu 7(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 7(2)-7(5)

Artikolu 7(2)-7(5)

Artikolu 8

Artikolu 8

Artikolu 9(1), il-kliem introduttorju

Artikolu 9, il-kliem introduttorju

Artikolu 9(1), l-ewwel inċiż

Artikolu 9(1), punt (a)

Artikolu 9(1), it-tieni inċiż

Artikolu 9(1), punt (b)

Artikolu 9(1), it-tielet inċiż

Artikolu 9(1), punt (c)

Artikolu 9(2)

Artikolu 9(2)

Artikolu 10

Artikolu 10

Artikolu 10a, l-ewwel paragrafu

Artikolu 11(1)

Artikolu 10a, it-tieni paragrafu

Artikolu 11(2)

Artikolu 10a, it-tielet paragrafu

Artikolu 11(3)

Artikolu 10a, ir-raba' u l-ħames paragrafi

Artikolu 11(4), l-ewwel u t-tieni subparagrafi

Artikolu 10a, is-sitt paragrafu

Artikolu 11(5)

Artikolu 11(1)

Artikolu 12(1)

Artikolu 11(2)

Artikolu 12(2)

Artikolu 11(3)

Artikolu 11(4)

Artikolu 12(3)

Artikolu 12(1)

Artikolu 12(2)

Artikolu 13

Artikolu 14

Artikolu 15

Artikolu 14

Artikolu 16

Anness I, punt 1

Anness I, punt 1

Anness I, punt 2, l-ewwel inċiż

Annex I, point 2(a)

Anness I, punt 2, it-tieni inċiż

Anness I, punt 2(b)

Anness I, punt 3(a)

Anness I, punt 3(a)

Anness I, punt 3(b), il-kliem introduttorju

Anness I, punt 3(b), il-kliem introduttorju

Anness I, punt 3(b), l-ewwel inċiż

Anness I, punt 3(b)(i)

Anness I, punt 3(b), it-tieni inċiż

Anness I, punt 3(b)(ii)

Anness I, punt 3(b), it-tielet inċiż

Anness I, punt 3(b)(iii)

Anness I, punt 3(b), ir-raba' inċiż

Anness I, punt 3(b)(iv)

Anness I, punt 3(b), il-ħames inċiż

Anness I, punt 3(b)(v)

Anness I, punt 4, l-ewwel inċiż

Anness I, punt 4(a)

Anneaa I, punt 4, it-tieni inċiż

Anness I, punt 4(b)

Anness I, punt 5

Anness I, punt 5

Anness I, punt 6, il-kliem introduttorju

Anness I, punt 6, il-kliem introduttorju

Anness I, punt 6(i)

Anness I, punt 6(a)

Anness I, punt 6(ii)

Anness I, punt 6(b)

Anness I, punt 6(iii)

Anness I, punt 6(c)

Anness I, punt 6(iv)

Anness I, punt 6(d)

Anness I, punt 6(v)

Anness I, punt 6(e)

Anness I, punt 6(vi)

Anness I, punt 6(f)

Anness I, punti 7-15

Anness I, punti 7-15

Anness I, punt 16, il-kliem introduttorju

Anness I, punt 16, il-kliem introduttorju

Anness I, punt 16, l-ewwel inċiż

Anness I, punt 16(a)

Anness I, punt 16, it-tieni inċiż

Anness I, punt 16(b)

Anness I, punti 17-21

Anness I, punti 17-21

Anness I, punt 22

Anness I, punt 24

Anness I, punt 23

Anness I, punt 22

Anness I, punt 24

Anness I, punt 23

Anness II, punt 1

Anness II, punt 1

Anness II, punt 2(a), (b) u (c)

Anness II, punt 2(a), (b) u (c)

Anness II, punt 2(d), il-kliem introduttorju

Anness II, puntt 2(d), il-kliem introduttorju

Anness II, punt 2(d), l-ewwel inċiż

Annex II, punt 2(d)(i)

Anness II, punt 2(d), it-tieni inċiż

Anness II, punt 2(d)(ii)

Anness II, punt 2(d), it-tielet inċiż

Anness II, punt 2(d)(iii)

Anness II, point 2(d), il-kliem finali

Anness II, punt 2(d), il-kliem finali

Anness II, punt 2(e)

Anness II, punt 2(e)

Anness II, punti 3-12

Anness II, punti 3-12

Anness II, punt 13, l-ewwel inċiż

Anness II, punt 13(a)

Anness II, punt 13, it-tieni inċiż

Anness II, punt 13(b)

Anness III, punt 1, il-kliem introduttorju

Anness III, punt 1, il-kliem introduttorju

Anness III, punt 1, l-ewwel inċiż

Annex III, point 1(a)

Anness III, punt 1, it-tieni inċiż

Anness III, punt 1(b)

Anness III, punt 1, it-tielet inċiż

Anness III, punt 1(c)

Anness III, punt 1, ir-raba' inċiż

Anness III, punt 1(d)

Annex III, point 1, il-ħames inċiż

Annex III, point 1(e)

Anness III, punt 1, is-sitt inċiż

Anness III, punt 1(f)

Anness III, punt 2, il-kliem introduttorju

Anness III, punt 2, il-kliem introduttorju

Anness III, punt 2, l-ewwel inċiż

Anness III, punt 2(a)

Anness III, punt 2, it-tieni inċiż

Anness III, punt 2(b)

Anness III, punt 2, it-tielet inċiż, il-kliem introduttorju

Anness III, punt 2(c), il-kliem introduttorju

Anness III, punt 2, it-tielet inċiż, punt (a)

Anness III, punt 2(c)(i)

Anness III, point 2, it-tielet inċiż, punt (b)

Anness III, punt 2(c)(ii)

Anness III, punt 2, it-tielet inċiż, punt (c)

Anness III, punt 2(c)(iii)

Anness III, punt 2, it-tielet inċiż, punt (d)

Anness III, punt 2(c)(iv)

Anness III, punt 2, it-tielet inċiż, punt (e)

Anness III, punt 2(c)(v)

Anness III, punt 2, it-tielet inċiż, punt (f)

Anness III, punt 2(c)(vi)

Anness III, punt 2, it-tielet inċiż, punt (g)

Anness III, punt 2(c)(vii)

Anness III, punt 2, it-tielet inċiż, punt (h)

Anness III, punt 2(c)(viii)

Anness III, punt 3, il-kliem introduttorju

Anness III, punt 3, il-kliem introduttorju

Anness III, punt 3, l-ewwel inċiż

Anness III, punt 3(a)

Anness III, punt 3, it-tieni inċiż

Anness III, punt 3(b)

Anness III, punt 3, it-tielet inċiż

Annex III, punt 3(c)

Anness III, punt 3, ir-raba' inċiż

Anness III, punt 3(d)

Anness III, punt 3, il-ħames inċiż

Anness III, punt 3(e)

Anness IV, punt 1, il-kliem introduttorju

Anness IV, punt 1, il-kliem introduttorju

Anness IV, punt 1, l-ewwel inċiż

Anness IV, punt 1(a)

Anness IV, punt 1, it-tieni inċiż

Anness IV, punt 1(b)

Anness IV, punt 1, it-tielet inċiż

Anness IV, punt 1(c)

Anness IV, punti 2 u 3

Anness IV, punti 2 u 3

Anness IV, punt 4, il-kliem introduttorju

Anness IV, punt 4, l-ewwel subparagrafu, il-kliem introduttorju

Anness IV, punt 4, l-ewwel inċiż

Anness IV, punt 4, l-ewwel subparagrafu, punt (a)

Anness IV, punt 4, it-tieni inċiż

Anness IV, punt 4, l-ewwel subparagrafu, punt (b)

Anness IV, punt 4, it-tielet inċiż

Anness IV, punt 4, l-ewwel subparagrafu, punt (c)

Anness IV, punt 4, il-parti finali

Anness IV, punt 5

Anness IV, punt 5

Anness IV, punt 6

Anness IV, punt 6

Anness IV, puunt 7

Anness IV, punt 7

Anness IV, punt 8

Anness V

Anness VI



( 1 ) ĠU C 248, 25.8.2011, p. 154.

( 2 ) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew ta’ 13 ta’ Settembru 2011 (għadhu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali) u deċiżjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2011.

( 3 ) ĠU L 175, 5.7.1985, p. 40.

( 4 ) Ara l-Anness VI, Parti A.

( 5 ) Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).

( 6 ) Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7).

( 7 ) ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26.

( 8 ) Power stations nukleari u reatturi nukleari oħra ma jibqgħux jikkostitwixxu tali stallazzjonijiet meta jkunu ġew imwarrba permanentement minn fuq is-sit tal-istallazzjoni l-karburant nukleari kollu u elementi oħra kkontaminati bir-radjoattività.

( 9 ) Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, “ajruport” ifisser ajruport li huwa konformi mad-definizzjoni tal-Konvenzzjoni ta’ Chicago tal-1944 li twaqqaf l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili (Anness 14).

( 10 ) Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, “triq li tgħaqqad bliet direttament u bil-ħeffa” tfisser triq li tikkonforma mad definizzjoni fil-Ftehim Ewropew dwar l-Arterji Prinċipali tat-Traffiku Internazzjonali tal-15 ta’ Novembru 1975.

( 11 ) ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3.

( 12 ) ĠU L 135, 30.5.1991, p. 40.

( 13 ) ĠU L 140, 5.6.2009, p. 114.

( 14 ) Direttiva 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar il-kontroll ta' perikli ta' inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi u taħlitiet perikolużi, li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE (ĠU L 197, 24.7.2012, p. 1).

( 15 ) Direttiva tal-Kunsill 2009/71/Euratom tal-25 ta' Ġunju 2009 li tistabbilixxi qafas Komunitarju għas-sigurtà tal-installazzjonijiet nukleari (ĠU L 172, 2.7.2009, p. 18).

Top