EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31981L0020

Id-Direttiva tal-Kunsill tal-20 ta’ Jannar 1981 li temenda għas-seba’ darba d-Direttiva tat-23 ta’ Ottubru 1962 dwar l-approssimazzjoni tar-regoli ta’ l-Istati Membri li jitrattaw is-sustanzi kuluranti awtorizzati sabiex jintużaw fl-ikel maħsub għall-konsum mill-bniedem

ĠU L 43, 14.2.1981, p. 11–11 (DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 19/01/2009; Impliċitament imħassar minn 32008R1333

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1981/20/oj

31981L0020



Official Journal L 043 , 14/02/1981 P. 0011 - 0011
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 11 P. 0107
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 11 P. 0161
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 11 P. 0107
Portuguese special edition Chapter 13 Volume 11 P. 0161


Id-Direttiva tal-Kunsill

tal-20 ta’ Jannar 1981

li temenda għas-seba’ darba d-Direttiva tat-23 ta’ Ottubru 1962 dwar l-approssimazzjoni tar-regoli ta’ l-Istati Membri li jitrattaw is-sustanzi kuluranti awtorizzati sabiex jintużaw fl-ikel maħsub għall-konsum mill-bniedem

(81/20/KEE)

Il-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 100 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi parti (b) ta’ l-Anness II tad-Direttiva tat-23 ta’ Ottubru 1962 dwar l-approssimazzjoni tar-regoli ta’ l-Istati Membri li jittrattaw is-sustanzi kuluranti awtorizzati li jintużaw fl-ikel għall-konsum mill-bniedem [4], kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 78/144/KEE [5], tistabilixxi l-lista ta’ prodotti biex jiddilwixxu jew iħollu s-sustanzi kuluranti;

Billi l-użu tas-sustanza kuluranti carotenoid E 160 u E 161 huwa faċilitat permezz tad-dilwizzjoni tagħhom ma’ carrageenan (E 407) u gumarabic (E 414); filwaqt li l-Kummissjoni qegħda tirrevedi l-użu tas-sustanzi kollha użati biex jiddilwixxu jew iħollu s-sustanzi kulurantiu għalhekk mhux possibli sabiex tittieħed deċiżjoni finali dwar jekk dawn iż-żewġ sustanzi għandhomx jiġu awtorizzati fil-Komunità,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA

Artikolu 1

Is-sustanzi li ġejjin jiżdiedu ma’ parti (b) ta’ l-Anness II għad-Direttiva tat-23 ta’ Ottubru 1962 taħt il-kondizzjonijiet speċifikati fiha:

- Carrageenan (esklussivament għas-sustanzi kuluranti elenkati taħt in-numri E 160 u E 161 fl-Anness 1),

- Gum Arabic (esklussivament għas-sustanzi kuluranti elenkati taħt in-numri E 160 u E 161 fl-Anness 1).

Artikolu 2

Stati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex ikunu konformi mad-Direttiva mhux aktar tard minn l-1 ta’ Lulju 1981 u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bihom minnufih.

Artikolu 3

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fl-20 ta’ Jannar 1981.

Għall-Kunsill

Il-President

Ch. A. van der klaauw

[1] ĠU C 201, ta’ l-10.8.1979, p. 13.

[2] ĠU C 147, tas-16.6.1980, p. 124.

[3] ĠU C 113, tas-7.5.1980, p. 9.

[4] ĠU C 115, tal-11.11.1962, p. 2645/62.

[5] ĠU L 44, tal-15.2.1978, p. 20.

--------------------------------------------------

Top