EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CN0033

Kawża C-33/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gerechtshof Amsterdam (l-Olanda) fis- 26 ta’ Jannar 2009 – Oracle Nederland BV vs Inspecteur van de Belastingdienst Utrecht-Gooi/kantoor utrecht

ĠU C 90, 18.4.2009, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

18.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 90/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gerechtshof Amsterdam (l-Olanda) fis-26 ta’ Jannar 2009 – Oracle Nederland BV vs Inspecteur van de Belastingdienst Utrecht-Gooi/kantoor utrecht

(Kawża C-33/09)

2009/C 90/14

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Gerechtshof Amsterdam

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Oracle Nederland BV

Konvenut: Inspecteur van de Belastingdienst Utrecht-Gooi/kantoor utrecht

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 11(4) tat-Tieni Direttiva u l-Artikolu 17(6) tas-Sitt Direttiva għandhom jiġu interpretati fis-sens li Stat Membru, li xtaq jeżerċita l-possibbiltà offruta minn dawn l-artikoli li jeskludi (u jibqa’ jeskludi) mit-tnaqqis il-kategoriji ta’ spejjeż li jidħlu fl-espressjoni

“provvista ta’ ikel u xorb lill-persunal tal-imprenditur”;

“rigali ta’ negozju jew rigali oħra offerti lil persuni li ma jistgħux jibbenefikaw mit-tnaqqis totali jew tal-biċċa l-kbira mit-taxxa li ġiet jew ser tiġi fatturata lilhom”;

“provvista ta’ akkomodazzjoni għall-persunal tal-imprenditur”;

“offerta ta’ attivitajiet ta’ rikreazzjoni għall-persunal tal-imprenditur”

ikun issodisfa l-kundizzjoni meħtieġa li jistabbilixxi kategorija ta’ beni u servizzi suffiċjentement iddefiniti?

2)

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda hija affermattiva għal dawn il-kategoriji, l-Artikolu 6(2) u l-Artikolu 17(2) u (6) tas-Sitt Direttiva jippermettu li dispożizzjoni legali nazzjonali bħal dik inkwistjoni, adottata qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-direttiva, tipprovdi li persuna taxxabbli ma tistax tnaqqas it-taxxa kollha mħallsa fil-mument tal-akkwist ta’ ċerti beni u servizzi peress li kumpens suġġett għat-taxxa jkun ġie ffatturat għalihom, iżda tista’ biss tnaqqasha proporzjonalment mit-taxxa imputabbli għal din il-prestazzjoni?

3)

Jekk il-kundizzjoni imposta fuq il-leġiżlatur li jindika oġġetti u servizzi suffiċjentement definiti hija sodisfatta għall-“provvista ta’ ikel u xorb lill-persunal tal-imprenditur”, l-Artikolu 17(6) tas-Sitt Direttiva jipprojbixxilu li mal-esklużjoni tat-tnaqqis issir emenda intiża, fil-prinċipju, li tirrrestrinġi l-portata, iżda li għaliha ma jistax jiġi eskluż li, f’każ individwali u għal sena finanzjarja speċifika, hija twessa’ l-portata tal-imsemmija esklużjoni minħabba n-natura fissa tas-sistema emendata?


Top