EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019CN0405
Case C-405/19: Request for a preliminary ruling from the Hof van Cassatie (Belgium) lodged on 24 May 2019 — Vos Aannemingen BVBA v Belgische Staat
Kawża C-405/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van Cassatie (il-Belġju) fl-24 ta’ Mejju 2019 — Vos Aannemingen BVBA v Belgische Staat
Kawża C-405/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van Cassatie (il-Belġju) fl-24 ta’ Mejju 2019 — Vos Aannemingen BVBA v Belgische Staat
ĠU C 288, 26.8.2019, p. 25–26
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
26.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 288/25 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van Cassatie (il-Belġju) fl-24 ta’ Mejju 2019 — Vos Aannemingen BVBA v Belgische Staat
(Kawża C-405/19)
(2019/C 288/32)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hof van Cassatie
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Vos Aannemingen BVBA
Konvenut: Belgische Staat
Domandi preliminari
1) |
L-Artikolu 17 tad-Direttiva 77/388/KEE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-fatt li terz jibbenefika minn spiża — bħal fil-każ fejn, b’konnessjoni mal-bejgħ ta’ appartamenti, kuntrattur ta’ proġett jinkorri spejjeż pubbliċitarji, spejjeż amministrattivi u l-kummissjoni ta’ aġenti immobbiljari, li jibbenefikaw minnha wkoll is-sidien tal-art — ma jipprekludix it-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) imħallsa fuq dawn l-ispejjeż titnaqqas fl-intier tagħha, bil-kundizzjoni li jkun hemm rabta diretta u immedjata bejn l-ispiża u l-attività ekonomika tal-persuna taxxabbli u li l-vantaġġ tat-terz huwa anċillari meta mqabbel mar-rekwiżiti tal-impriża tal-persuna taxxabbli? |
2) |
Dan il-prinċipju japplika wkoll meta l-ispejjeż inkwistjoni ma jkunux spejjeż ġenerali iżda spejjeż attribwibbli għal tranżazzjonijiet speċifiċi tal-output li jistgħu jew ma jistgħux ikunu suġġetti għall-VAT, bħal f’dan il-każ, il-bejgħ, minn naħa, ta’ appartamenti, u min-naħa l-oħra, tal-art? |
3) |
Il-fatt li l-persuna taxxabbli għandha l-possibbiltà jew id-dritt titrasferixxi parzjalment l-ispiża lit-terz li jibbenefika minnha, iżda ma tagħmilx dan, hija rilevanti għall-kwistjoni tad-deduċibbiltà tal-VAT fuq dawn l-ispejjeż? |
(1) Sitt Direttiva tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23)