EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CN0273

Kawża C-273/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fit-13 ta’ Mejju 2016 – Agenzia delle Entrate vs Federal Express Europe Inc.

ĠU C 343, 19.9.2016, p. 21–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 343/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fit-13 ta’ Mejju 2016 – Agenzia delle Entrate vs Federal Express Europe Inc.

(Kawża C-273/16)

(2016/C 343/32)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti u konvenuta inċidentali: Agenzia delle Entrate

Konvenuta u rikorrenti inċidentali: Federal Express Europe Inc.

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikoli 144 u 86(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006 (1) (li jikkorrispondu għall-Artikoli 14(1) u (2) u 11B(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977 (2)) jistgħu jiġu interpretati fis-sens li l-unika kundizzjoni għan-nuqqas ta’ tassazzjoni għall-finijiet tal-VAT ta’ servizzi konnessi, li jikkonsistu fis-servizz ta’ trasport intern imsejjaħ ta’ dħul (“inbound”) – miż-żoni tal-ajruport sad-destinazzjoni, fit-territorju tal-Istat Membru, u taħt il-klawżola “frank fid-destinazzjoni (free-at-destination)” – hija li l-valur tagħhom ikun inkluż fil-bażi taxxabbli, irrispettivament mit-tassazzjoni effettiva tagħhom fid-dwana, waqt l-importazzjoni tal-oġġetti, u konsegwentement għandha titqies bħala inkompatibbli mad-dispożizzjonijiet Komunitarji msemmija interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet magħquda tar-regoli interni stabbiliti fl-Artikoli 9(1)(2) u 69(1) tad-Digriet Nru 633 tal-President tar-Repubblika tas- 26 ta’ Ottubru 1972, fil-verżjoni applikabbli ratione temporis għall-fatti tal-kawża, li skontha fi kwalunkwe każ u, għaldaqstant, ukoll fil-każ ta’ importazzjonijiet mhux taxxabbli għall-finijiet tal-VAT – kif f’dan il-każ, fir-rigward ta’ dokumenti u ta’ oġġetti ta’ valur negliġibbli – għandha tiġi ssodisfatta l-kundizzjoni supplimentari li tirrikjedi li jkunu suġġetti b’mod effettiv għall-VAT (u l-ħlas konkret tat-taxxa fid-dwana) meta jkunu importati l-imsemmija dawn l-oġġetti, u dan, jekk ikun il-każ, meta tittieħed inkunsiderazzjoni wkoll in-natura aċċessorja tas-servizzi ta’ trasport imqabbla mal-provvisti ewlenin (importazzjonijiet) u mal-proporzjon ta’ semplifikazzjoni sottostanti għal dawn it-tranżazzjonijiet kollha?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).

(2)  Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23).


Top