EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0578

Kawża C-578/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Kiel (il-Ġermanja) fil- 15 ta’ Novembru 2013 — Hans-Jürgen Kickler et vs Ir-Repubblika Ellenika

ĠU C 24, 25.1.2014, p. 7–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Kiel (il-Ġermanja) fil-15 ta’ Novembru 2013 — Hans-Jürgen Kickler et vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-578/13)

2014/C 24/13

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Kiel

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Hans-Jürgen Kickler, Walter Wöhlk, Zahnärztekammer Schleswig-Holstein Versorgungswerk

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Novembru 2007, dwar is-servizz fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (servizz ta’ dokumenti) (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li kawża, li fiha x-xerrej ta’ titoli tal-Gvern tal-konvenuta jressaq talba għal ħlas fil-forma ta’ prestazzjoni u fil-forma ta’ talba għal danni kontra l-konvenuta, għandha tiġi kkunsidrata bħala li tikkonċerna “materja ċivili jew kummerċjali” fis-sens tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament jekk ix-xerrej ma jkunx aċċetta l-offerta ta’ skambju magħmula fl-aħħar ta’ Frar 2012 mill-konvenuta, kif huwa possibbli permezz tal-Liġi Griega Nru 4050/2012 (“Greek-Bondholder-Act”)?

(2)

Meta titressaq kawża li tkun essenzjalment ibbażata fuq l-invalidità jew fuq in-nullità tal-Greek-Bondholder-Act iċċitat iktar ’il fuq, din il-kawża tkun tikkonċerna r-responsabbiltà tal-Istat għal atti jew ommissjonijiet fl-eżerċizzju tal-awtorità tal-Istat fis-sens tat-tieni sentenza tal-Artikolu 1(1) tar-regolament iċċitat fid-domanda 1?


(1)  Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Novembru 2007, dwar is-servizz fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (servizz ta’ dokumenti) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000 (ĠU L 324, p. 79).


Top