EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CN0018

Kawża C-18/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fis-16 ta’ Jannar 2017 – Danieli & C. Officine Meccaniche SpA et vs Arbeitsmarktservice Leoben

ĠU C 144, 8.5.2017, p. 18–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 144/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fis-16 ta’ Jannar 2017 – Danieli & C. Officine Meccaniche SpA et vs Arbeitsmarktservice Leoben

(Kawża C-18/17)

(2017/C 144/24)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Danieli & C. Officine Meccaniche SpA, Dragan Panic, Ivan Arnautov, Jakov Mandic, Miroslav Brnjac, Nicolai Dorassevitch, Alen Mihovic

Konvenut: Arbeitsmarktservice Leoben

Domandi preliminari

1)

L-Artikoli 56 u 57 TFUE, id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 1996, dwar l-istazzjonar [il-kollokament] ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi (1), il-punti 2 u 12 tal-Kapitolu 2, [intitolat] Moviment liberu tal-persuni, tal-Anness V tal-Att dwar il-kondizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja u l-aġġustamenti għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-Awstrija tista’, billi tirrikjedi permess ta’ impjieg, tillimita l-kollokament ta’ ħaddiema impjegati minn kumpannija stabbilita fil-Kroazja f’sitwazzjoni fejn dan il-kollokament isir permezz ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ ħaddiema għal kumpannija stabbilita fl-Italja bl-iskop li din il-kumpannija Taljana tipprovdi servizz fl-Awstrija u fejn l-attività tal-ħaddiema Kroati għall-kumpannija Taljana, fil-kuntest tal-kostruzzjoni ta’ fabbrika għall-produzzjoni ta’ wajers fl-Awstrija, tkun limitata għall-provvista ta’ dan is-servizz fl-Awstrija, mingħajr ma jkun hemm relazzjoni ta’ xogħol bejn dawn il-ħaddiema u l-kumpannija Taljana?

2)

L-Artikoli 56 u 57 TFUE u d-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 1996, dwar l-istazzjonar [il-kollokament] ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-Awstrija tista’, billi tirrikjedi permess ta’ impjieg, tillimita l-kollokament ta’ ħaddiema Russi u Bjelorussi impjegati minn kumpannija stabbilita fl-Italja f’sitwazzjoni fejn dan il-kollokament isir permezz ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ ħaddiema għal kumpannija oħra stabbilita fl-Italja bl-iskop li din il-kumpannija l-oħra tipprovdi servizz fl-Awstrija u fejn l-attività tal-ħaddiema Russi jew Bjelorussi għall-kumpannija l-oħra tkun limitata għall-provvista tas-servizz ta’ din il-kumpannija l-oħra fl-Awstrija, mingħajr ma jkun hemm relazzjoni ta’ xogħol bejn dawn il-ħaddiema u din il-kumpannija l-oħra?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 431, b’rettifika fil-ĠU L 16, 23.1.2015, p. 66.


Top