EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002R2371

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd

ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59–80 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013; Imħassar b' 32013R1380

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/2371/oj

32002R2371



Official Journal L 358 , 31/12/2002 P. 0059 - 0080


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002

ta' l-20 ta' Diċembru 2002

dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2];

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3760/92 [3] stabbilixxa sistema Komunitarja dwar żoni tas-sajd u l-akwakultura Skond dak ir-Regolament, il-Kunsill irid jiddeċiedi dwar xi aġġustamenti meħtieġa sal-31 ta' Diċembru 2002.

(2) L-iskop tal-Politika Komuni dwar is-Sajd iwassal għal konservazzjoni, maniġġjar u sfruttar ta' riżorsi akwatiċi ħajjin u ta' l-akwakultura, kif ukoll għall-proċessar u l -marketing ta' prodotti tas-sajd u l-akwakultura, meta dawn l-attivitajiet ikunu prattikati fit-territorju ta' Stat Membru jew fl-ibħra tal-Komunità jew minn bastimenti tas-sajd tal-Komunità jew minn ċittadini ta' Stati Membri, waqt li jitqiesu d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 117 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar, bla ħsara għar-responsabbiltà ewlenija ta' l-Istat tal-bandiera.

(3) Billi ħafna ħażniet ta' ħut qegħdin dejjem jonqsu, il-Politika Komuni dwar is-Sajd trid titjieb biex tkun żgurata l-vijabilità fit-tul tas-settur tas-sajd permezz ta' l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi akwatiċi ħajjin bażati fuq pariri xjentifiċi tajba u fuq it-trattament kawt, li hu bażat fuq l-istess konsiderazzjonijiet ta' prinċipju ta' kawtela msemmi fl-Artikolu 174 tat-Trattat.

(4) L-għan tal-Politika Komuni dwar is-Sajd għalhekk għandu jkun biex jaħseb għall-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi akwatiċi ħajjin u ta' l-akwakultura fil-kontest ta' żvilupp sostenibbli, waqt li jitqiesu l-aspetti ambjentali, ekonomiċi u soċjali b'mod bilanċjat.

(5) Hu importanti li l-amministrazzjoni tal-Politika Komuni dwar is-Sajd titmexxa fuq il-prinċipju ta' governanza tajba u li l-miżuri li jittieħdu jkunu f'konformità u konsistenza reċiproka ma' politika oħra tal-Komunità.

(6) L-għan ta' sfruttar sostenibbli jinkiseb aktar effettivament permezz ta' trattament fuq ħafna snin ta' maniġġjar ta' żoni tas-sajd, li jinvolvi pjanijiet ta' tmexxija għal ħafna snin f'limiti bijoloġiċi bla periklu. Għal ħażniet lilhinn mil-limiti bijoloġiċi bla periklu, l-adozzjoni ta' pjani ta' rkupru fuq diversi snin hi ta' prijorità assoluta. F'konformità ma' pariri xjentifiċi, tnaqqis sostanzjali mill-isforz għas-sajd jista' jkun meħtieġ għal dawn il-ħażniet.

(7) Dawn il-pjanijiet fuq numru ta' snin għandhom jistabbilixxu miri għall-isfruttar sostenibbli tal-ħażniet konċernati, joħolqu regoli dwar il-qbid li jippreskrivu l-mod kif il-limiti dwar l-isforzi għal qabdiet u/jew sajd għandhom jiġu kalkolati u jiddisponu għal miżuri oħra speċifiċi ta' amministrazzjoni, waqt li jitqies ukoll l-effett fuq speċi oħra.

(8) Il-kontenut ta' pjanijiet fuq diversi snin għandu jkun proporzjonat ma' l-i status ta' konservazzjoni tal-ħażniet, l-urġenza għall-irkupru tagħhom, u l-karatteristiċi ta' dawn il-ħażniet u tal-postijiet tas-sajd li jinqabdu fihom.

(9) L-isfruttar sostenibbli ta' ħażniet li dwarhom ebda pjan fuq numru ta' snin ma jkun ġie stabbilit għandu jkun żgurat billi jinħolqu limiti għall-qbid u/jew l-isforzi għas-sajd.

(10) Għandhom isiru disposizzjonijiet biex l-Istati Membri jew il-Kummissjoni jadottaw miżuri ta' emerġenza għall-possibiltà ta' xi theddida serja għall-konservazzjoni tar-riżorsi, jew għall-eko-sistema tal-baħar b'riżultat ta' attivitajiet tas-sajd, u li jkunu jeħtieġu azzjoni fil-pront.

(11) Fiż-żona tagħhom ta' 12-il mil nawtiku, l-Istati Membri għandhom jitħallew jadottaw miżuri ta' konservazzjoni u amministrazzjoni applikabbli għall-bastimenti tas-sajd kollha, basta illi, meta dawn il-miżuri japplikaw għal bastimenti tas-sajd minn Stati Membri oħra, il-miżuri adottati ma jkunux diskriminatorji u li tkun saret konsultazzjoni minn qabel, u li l-Komunità ma tkunx adottat miżuri li jindirizzaw speċifikament il-konservazzjoni u l-maniġġjar f'din iż-żona.

(12) Il-flotta tal-Komunità għandha titnaqqas biex tkun kompatibbli mar-riżorsi disponibbli u għandhom jiġu preskritti miżuri speċifiċi biex dak il-għan jintlaħaq, inkluż l-iffissar ta' livelli ta' referenza dwar kapaċità għas-sajd li m'għandhomx jinqabżu, faċilità speċjali Komunitarja biex tippromwovi l-iskrappjar ta' bastimenti tas-sajd u skemi nazzjonali dwar dħul/ħruġ.

(13) Kull Stat Membru għandu jżomm reġistru nazzjonali tal-bastimenti tas-sajd li għandu jkun disponibbli għall-Kummissjoni biex tkun tista' timmonitorja d-daqs tal-flotot ta' l-Istati Membri.

(14) Ir-regoli eżistenti li jirrestrinġu l-aċċess għar-riżorsi fiż-żoni ta' 12-il mil nawtiku ta' Stati Membri ħadmu tajjeb għall-benefiċċju tal-konservazzjoni billi rrestrinġew l-isforz għas-sajd fl-aktar parti sensittiva ta' l-ibħra Komunità arji u ppriservaw l-attivitajiet tradizzjonali tas-sajd li minnhom jiddependi ħafna l-iżvilupp ekonomiku ta' ċerti Komunità ajiet tal-kosta. Għandhom għalhekk jibqgħu japplikaw sal-31 ta' Diċembru 2012.

(15) Għalkemm restrizzjonijiet oħra dwar aċċess li jinsabu fil-leġislazzjoni Komunitarja għandhom jinżammu għal issa, għandhom jiġu riveduti biex jiġi valutat jekk għadhomx meħtieġa biex ikunu żgurati żoni tas-sajd sostenibbli.

(16) Minħabba l-istat ekonomiku prekarju ta' l-industrija tas-sajd u d-dipendenza ta' ċerti Komunitajiet tal-kosta fuq is-sajd, hu meħtieġ li tkun żgurata l-istabbilità ekonomika relattiva ta' attivitajiet tas-sajd permezz ta' l-allokazzjoni ta' opportunitajiet ta' sajd fost l-Istati Membri, bażata fuq is-sehem mistenni mill-ħażniet għal kull Stat Membru.

(17) F'aspetti oħra, dik l-istabilità, darba li s-sitwazzjoni bijoloġika temporanja tal-ħażniet hi dik li hi, għandha tissalvagwardja l-bżonnijiet partikolari ta' reġjuni fejn il-popolazzjoni lokali tkun tiddependi b'mod speċjali mill-attivitajiet tas-sajd u oħrajn relatati magħhom kif deċiż mill-Kunsill fir-Riżoluzzjoni tat-3 ta' Novembru 1976 [4], dwar ċerti aspetti esterni tal-ħolqien ta' żona ta' sajd ta' 200 mil fil-Komunitàb'seħħ mill-1 ta' Jannar 1977, u b'mod partikolari l-Anness VII tagħha.

(18) Għalhekk, hu f'das-sens li l-idea ta' stabbilità relattiva immirata għandha tiftiehem.

(19) Biex tkun żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-Politika Komuni dwar is-Sajd, is-sistema Komunitarja dwar sistemi ta' kontroll u nfurzar f'postijiet tas-sajd għandha tiġi nfurzata u t-tqassim ta' responsabbiltajiet bejn l-awtoritajiet ta' l-Istati Membri u l-Kummissjoni iċċarat aktar. Għal dan il-għan hu xieraq li f'dan ir-Regolament jiddaħħlu d-disposizzjonijiet ewlenin li jirregolaw il-kontroll, l-ispezzjonar u l-infurzar tar-regoli tal-Politika Komuni dwar is-Sajd, li parti minnhom diġà tinsab fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll applikabbli għal Politika Komuni dwar is-Sajd [5]. Dak ir-Regolament għandu jibqa' fis-seħħ sakemm ir-regoli kollha dwar l-implimentazzjoni meħtieġa jkunu adottati.

(20) Disposizzjonijiet dwar kontroll, spezzjonijiet u nfurzar jikkonċernaw, min-naħa l-waħda, l-obbligi tal-kaptani ta' bastimenti tas-sajd u ta' l-operaturi fil-katina tal-marketing u, min-naħa l-oħra, jaċċentwaw ir-responsabbiltajiet differenti ta' l-Istati Membri u l-Kummissjoni.

(21) Il-Komunità għandha tkun kapaċi tagħmel tnaqqis mill-opportunitajiet tas-sajd meta Stat Membru jkun qabeż l-opportunitajiet tas-sajd li jkunu ġew allokati lilu. Meta jkun stabbilit illi, b'riżultat ta' Stat Membru li jkun qabeż l-opportunitajiet tas-sajd tiegħu, Stat Membru ieħor ikun bata ħsara, parti mit-tnaqqis jew kollu kemm hu għandu jiġi allokat lil dak l-Istat Membru

(22) L-Istati Membri għandhom ikunu obbligati jadottaw miżuri immedjati biex ma jħallux it-tkomplija ta' ksur serju kif imfisser fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1447/1999 ta' l-24 ta' Ġunju 1999 li jistabbilixxi lista tat-tipi ta' mġiba li jiksru serjament ir-regoli tal-Politika Komuni dwar is-Sajd [6].

(23) Il-Kummissjoni għandha tkun kapaċi tieħu passi preventivi minnufih jekk ikun jidher li hemm riskju li l-attivitajiet tas-sajd jistgħu iwasslu għal theddida serja għall-konservazzjoni ta' riżorsi akwatiċi ħajjin.

(24) Il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat xierqa biex twettaq l-obbligi tagħha fil-kontroll u l-valutazzjoni ta' l-implimentazzjoni tal-Politika Komuni dwar is-Sajd mill-Istati Membri.

(25) Hemm il-bżonn li tiġi intensifikata l-koperazzjoni u l-kordinazzjoni bejn l-awtoritajiet kollha rilevanti biex jinkiseb il-ħarsien tar-regoli tal-Politika Komuni dwar is-Sajd, b'mod partikolari permezz tal-bdil ta' spetturi nazzjonali, billi Stati Membri jkunu mitluba jittrattaw rapporti ta' spezzjonijiet imħejjija minn spetturi tal-Komunità, minn spetturi ta' Stat Membru ieħor jew mill-Kummissjoni bl-istess mod kif jittrattaw ir-rapporti ta' spezzjonijiet tagħhom stess biex ikunu stabbiliti l-fatti.

(26) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati bi qbil mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tippreskrivi l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni [7].

(27) Bħala kontribut lejn il-ksib ta' l-għanijiet tal-Politika Komuni dwar is-Sajd, Kunsilli Konsultattivi Reġjonali għandhom jiġu stabbiliti biex jagħmluha possibbli għall-Politika Komuni dwar is-Sajd tibbenefika mit-tagħrif u l-esperjenza tas-sajjieda konċernati u ta' partijiet oħra interessati u biex jikkunsidraw il-kondizzjonijiet diversi fl-ibħra kollha tal-Komunità.

(28) Biex ikun żgurat li l-Politika Komuni dwar is-Sajd tibbenefika mill-aħjar pariri xjentifiċi, tekniċi u ekonomiċi, il-Kummissjoni għandu jkollha l-għajnuna ta' kumitat xieraq.

(29) Hu meħtieġ u f'waqtu għall-kisba ta' l-għanijiet bażiċi ta' l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi akwatiċi ħajjin li jiġu preskritti regoli dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar ta' dawk ir-riżorsi. Skond il-prinċipju ta' proporzjonalità preskritt fl-Artikolu 5 tat-Trattat, dan ir-Regolament m'għandux imur lil hinn dak li hu meħtieġ biex jinkiseb dak l-għan.

(30) Minħabba n-numru u l-importanza ta' l-emendi li hemm bżonn isiru, ir-Regolament (KEE) Nru 3760/92 għandu jitħassar. Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 101/76 tad-19 ta' Jannar 1976 li jistabbilixxi politika strutturali komuni għall-industrija tas-sajd [8] li ġew annullati d-disposizzjonijiet sostanzjali kollha tiegħu għandu wkoll jitħassar,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

SKOP U GĦANIJIET

Artikolu 1

Skop

1. Il-Politika Komuni dwar is-Sajd għandha tkopri l-konservazzjoni, l-amministrazzjoni u l-isfruttar tar-riżorsi akwatiċi ħajjin, ta' l-akwakultura, u tal-proċessar u l-marketing ta' prodotti tas-sajd u l-akwakultura meta dawn l-attivitajiet jitwettqu fuq it-territorju ta' Stati Membri jew f'ilmijiet tal-Komunitàjew minn bastimenti tas-sajd tal-Komunità jew, bla ħsara għar-responsabbiltà ewlenija ta' l-Istat tal-bandiera, minn ċittadini ta' Stati Membri.

2. Il-Politika Komuni dwar is-Sajd għandha tiddisponi għal miżuri koerenti dwar:

(a) konservazzjoni, amministrazzjoni u sfruttar ta' riżorsi akwatiċi ħajjin,

(b) limitazzjoni ta' l-impatt ambjentali tas-sajd,

(ċ) kondizzjonijiet dwar l-aċċess għal ilmijiet u riżorsi,

(d) politika strutturali u amministrazzjoni tal-kapaċità tal-flotta,

(e) kontroll u infurzar,

(f) akwakultura,

(g) organizzazzjoni komuni tas-swieq, u

(h) relazzjonijiet internazzjonali.

Artikolu 2

Għanijiet

1. Il-Politika Komuni dwar is-Sajd għandha tiżgura l-isfruttar tar-riżorsi akwatiċi ħajjin li joħolqu kondizzjonijiet ekonomiċi, ambjentali u soċjali sostenibbli.

Għal dan il-għan, il-Komunità għandha tapplika trattament kawt fit-teħid ta' miżuri maħsuba biex iħarsu u jikkonservaw riżorsi akwatiċi ħajjin, biex jaħsbu għall-isfruttar sostenibbli tagħhom u biex inaqqsu kemm jista' jkun l-impatt ta' l-attivitajiet tas-sajd fuq l-eko-sistemi tal-baħar. Għandha timmira lejn implimentazzjoni progressiva ta' trattament bażat fuq eko-sistema fl-amministrazzjoni ta' żoni tas-sajd. Għandha timmira biex tikkontribwixxi għal attivitajiet ta' sajd effiċjenti f'industrija ta' sajd u akwakultura ekonomikament vijabbli u kompetittiva.

2. Il-Politika Komuni dwar is-Sajd għandha tiġi gwidata mill-prinċipji li ġejjin ta' governanza tajba:

(a) definizzjoni ċara tar-responsabbiltajiet tal-Komunità, f'livelli nazzjonali u lokali;

(b) proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet bażat fuq pariri xjentifiċi sodi li jagħtu riżultati fil-ħinijiet mistennija;

(ċ) involviment wiesgħa ta' dawk kollha li għandhom xi interess fl-istadji kollha tal-politika mill-konċepiment sa' l-implimentazzjoni;

(d) konsistenza ma' politika oħra tal-Komunità, b'mod partikolari ma' politika ambjentali, soċjali, dwar żvilupp, saħħa u ħarsien tal-konsumatur.

Artikolu 3

Tifsiriet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament it-tifsiriet li ġejjin għandhom japplikaw:

(a) "Ilmijiet tal-Komunità" tfisser l-ilmijiet taħt is-sovranità u l-ġurisdizzjoni ta' l-Istati Membri ħlief l-ilmijiet li jmissu mat-territorji msemmija fl-Anness II tat-Trattat;

(b) "riżorsi akwatiċi ħajjin" tfisser speċi akwatiċi tal-baħar ħajjin disponibbli u aċċessibbli, inklużi speċi anadromi u katadromi matul il-ħajja fil-baħar tagħhom;

(ċ) "bastiment tas-sajd" tfisser kull bastiment mgħammar għall-isfruttar ta' riżorsi akwatiċi ħajjin;

(d) "Bastiment tas-sajd tal-Komunità" tfisser bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera ta' Stat Membru u li jkun reġistrat fil-Komunità;

(e) "sfruttar sostenibbli" tfisser l-isfruttar ta' ħażna b'mod li l-isfruttar tal-ħażna għall-ġejjieni ma tiġix preġudikata u li ma jkollhiex impatt ħażin fuq l-eko-sistemi tal-baħar;

(f) "rata ta' mortalità tas-sajd" tfisser il-qbid ta' ħażniet matul perjodu stabbilit bħala proporzjon tal-ħażna medja disponibbli għall-post tas-sajd matul dak il-perjodu;

(g) "ħażna" tfisser riżorsa akwatika ħajja li tkun teżisti f'żona ta'maniġġjar indikata;

(h) "sforz tas-sajd" tfisser il-prodott tal-kapaċità u l-attività ta' bastiment tas-sajd; għal grupp ta' bastimenti tkun it-total ta' l-isforz tas-sajd tal-bastimenti kollha fil-grupp;

(i) "mod kawt ta' kif wieħed iħares lejn il-maniġġjar ta' postijiet tas-sajd" tfisser li n-nuqqas ta' tagħrif xjentifiku adegwat m'għandux jintuża bħala raġuni għall-posponiment jew in-nuqqas ta' teħid ta' miżuri amministrattivi biex jiġu konservati speċi fil-mira, speċi assoċjati jew dipendenti u speċi mhux fil-mira u l-ambjent tagħhom:

(j) "punti ta' referenza dwar limiti" tfisser il-valuri ta' parametri tal-popolazzjoni ta' ħut f'ħażna (bħal bijo-massa jew ir-rata ta' mortalità tal-ħut), li għandhom jiġu evitati għax huma assoċjati ma' dinamika ta' popolazzjoni mhux magħrufa, mal-kollass ta' ħażniet jew ma tiġdid mhux b'saħħtu;

(k) "punti ta' referenza dwar konservazzjoni" tfisser il-valuri ta' parametri tal-popolazzjoni ta' ħut f'ħażna (bħal bijo-massa jew ir-rata ta' mortalità tal-ħut) użati fil-maniġġjar ta' żoni tas-sajd, per eżempju dwar il-livell aċċettabbli ta' riskju bijoloġiku jew livell ta' produzzjoni mixtieq;

(l) "limiti bijoloġiċi bla periklu" tfisser indikaturi ta' l-istat ta' xi ħażna jew ta' l-isfruttar tagħha li fihom ikun hemm risjku baxx li jiġu miksura ċerti punti ta' referenza dwar limiti;

(m) "limitu ta' qbid" tfisser limitu kwantitattiv ta' kemm jitniżżlu ħażniet jew gruppi ta' ħażniet f'perjodu partikolari sakemm ma jkunx previst mod ieħor mil-liġi tal-Komunità;

(n) "kapaċità għas-sajd" tfisser it-tunnellaġġ ta' bastiment f'TG u l-potenza tiegħu f'kW, kif imfisser fl-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2930/86 [9]. Għal ċerti tipi ta' attivitajiet tas-sajd, kapaċità tista' tiġi mfissra mill-Kunsill billi juża per eżempju l-ammont u/jew id-daqs ta' tagħmir tas-sajd ta' bastiment;

(o) "ħruġ mill-flotta" tfisser it-tneħħija ta' bastiment tas-sajd mir-reġistru tal-flotta tas-sajd ta' Stat Membru, basta li l-Artikolu 15(1) jitħares;

(p) "dħul fil-flotta" jfisser ir-reġistrazzjoni ta' bastiment tas-sajd fir-reġistru tal-flotta tas-sajd ta' Stat Membru;

(q) "opportunità ta' sajd" tfisser dritt legali kwantifikat għas-sajd, espress f'termini ta' qabdiet u/jew sforz għas-sajd;

(r) "opportunità ta' sajd fil-Komunità" tfisserl-opportunitajiet ta' sajd disponibbli disponibbli għall-Komunità f'ilmijiet tal-Komunità, flimkien mat-total ta' opportunitajiet ta' sajd Komunitarju barra mill-ilmijiet tal-Komunità, bit-tnaqqis ta' opportunitajiet ta' sajd Komunitarju allokat lil pajjiżi terzi.

KAPITOLU II

KONSERVAZZJONI U SOSTENIBBILTÀ

Artikolu 4

Tipi u miżuri

1. Biex jikseb l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 2(1), il-Kunsill għandu jistabbilixxi miżuri li jirregolaw l-aċċess għall-ilmijiet u r-riżorsi u l-insegwiment ta' attivitajiet tas-sajd.

2. Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu stabbiliti waqt li jiġu kkunsidrati pariri xjentifiċi, tekniċi u ekonomiċi disponibbli u b'mod partikolari r-rapporti mħejjija mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) stabbilit skond l-Artikolu 33(1) kif ukoll fid-dawl ta' pariri li jkunu waslu mill-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali stabbiliti skond l-Artikolu 31. Jistgħu, b'mod partikolari, jinkludu miżuri għal kull ħażna jew grupp ta' ħażniet biex ikunu limitatl l-mortalità tas-sajd u l-impatt ambjentali ta' attivitajiet tas-sajd billi:

(a) jiġu adottati pjanijiet ta' rkupru skond l-Artikolu 5;

(b) jiġu adottati pjanijiet ta' maniġġjar skond l-Artikolu 6;

(ċ) jiġu stabbiliti miri dwar l-isfruttar sostenibbli ta'ħażniet;

(d) jiġu limitati l-qabdiet;

(e) jiġu ffissati n-numru u t-tip ta' bastimenti tas-sajd awtorizzati biex jistadu;

(f) jiġi limitat l-isforz tas-sajd;

(g) jiġu adottati miżuri tekniċi, inklużi:

(i) miżuri dwar l-istruttura ta' tagħmir għas-sajd, in-numru u d-daqs ta' tagħmir għas-sajd abbord, il-metodi dwar l-użu tagħhom u minn xiex ikunu magħmula l-qabdiet li jistgħu jinżammu abbord meta jsir sajd b'dak it-tagħmir;

(ii) żoni u/jew perjodi li fihom ikunu projbiti jew ristretti attivitajiet tas-sajd inklużi dawk għall-ħarsien ta' żoni fejn ibejjed u jitrabba l-ħut;

(iii) l-iżgħar daqs ta' individwi li jistgħu jinżammu abbord u/jew jitniżżlu 'l art;

(iv) miżuri speċifiċi li jnaqqsu l-impatt ta' attivitajiet tas-sajd fuq eko-sistemi tal-baħar u fuq speċi li ma jkunux fil-mira;

(h) bilii jinħolqu inċentivi, inklużi dawk ta' natura ekonomika, li jippromwovu sajd aktar selettiv jew b'impatt inqas;

(i) jitwettqu proġetti pilota fuq tipi oħra ta' tekniki dwar il-maniġġjar tas-sajd.

Artikolu 5

Pjanijiet ta' rkupru

1. Il-Kunsill għandu jadotta, bi prijorità, pjani ta' rkupru dwar ħażniet għall-isfruttar f'żoni tas-sajd li jinsabu barra mil-limiti bijoloġiċi bla periklu.

2. L-għan ta' pjanijiet ta' rkupru għandu jkun li jiżgura l-irkupru ta' ħażniet jinżamm f'limiti bijoloġiċi bla periklu.

Għandhom jinkludu punti ta' referenza dwar konservazzjoni bħal miri li kontra tagħhom l-irkupru tal-ħażniet sa limiti bijoloġiċi bla periklu għandhom ikunu assessjati.

Il-miri għandhom jiġu espressi f'termini ta':

(a) daqs ta' popolazzjoni u/jew

(b) produzzjoni fuq medda ta' żmien u/jew

(ċ) rata ta' mortalità tas-sajd u/jew

(d) stabbiltà ta' qbid.

Pjanijiet ta' rkupru jistgħu jinkludu miri li jirrelataw għal riżorsi akwatiċi ħajjin u l-manutensjoni u titjib ta' l-i status ta' konservazzjoni ta' eko-sistemi tal-baħar.

Meta tkun stabbilita aktar minn mira waħda, pjanijiet ta' rkupru għandhom jispeċifikaw l-ordni ta' prijorità għal dawn il-miri.

3. Pjanijiet ta' rkupru għandhom jitfasslu fuq il-bażi ta' ħarsien kawt fil-maniġġjar ta' żoni tas-sajd waqt li jitqiesu l-punti ta' referenza dwar limiti rakkomandati minn korpi xjentifiċi rilevanti. Għandhom jiżguraw l-isfruttar sostenibbli ta' ħażniet u li l-impatt ta' attivitajiet tas-sajd fuq eko-sistemi tal-baħar jinżamm f'livell sostenibbli.

Jistgħu ikopru jew żoni ta'sajd għal ħażniet waħdanin jew żoni ta' sajd li jisfruttaw taħlitiet ta' ħażniet, u għandhom jieħdu f'konsiderazzjoni l-interazzjonijiet bejn ħażniet u żoni tas-sajd.

Il-pjanijiet ta' rkupru għandhom ikunu għal numru ta' snin u jindikaw il-qafas ta' żmien mistenni biex jintlaħqu l-miri stabbiliti.

4. Pjanijiet ta' rkupru jistgħu jinkludu kull miżura msemmija fil-punti (ċ) sa (h) ta' l-Artikolu 4(2) kif ukoll ir-regoli dwar il-ġbir li jikkonsistu f'numru determinat minn qabel ta' parametri bijoloġiċi li jirregolaw il-limiti ta' qbid.

Pjanijiet ta' rkupru għandhom jinkludu limitazzjonijiet fuq l-isforz tas-sajd sakemm dan mhux meħtieġ biex jinkiseb l-għan tal-pjan. Il-miżuri li għandhom jiġu inklużi fil-pjanijiet ta' rkupru għandhom ikunu fi proporzjon għall-għanijiet, il-miri u l-qafas ta' żmien mistenni, u jiġu deċiżi mill-Kunsill waqt li jiġu kkunsidrati:

(a) l-i status ta' konservazzjoni tal-ħażna jew ħażniet;

(b) il-karatteristiċi bijoloġiċi tal-ħażna jew ħażniet;

(ċ) il-karatteristiċi taż-żoni tas-sajd li fihom jinqabdu l-ħażniet;

(d) l-impatt ekonomiku tal-miżuri fuq iż-żoni tas-sajd konċernati.

5. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar l-effettività tal-pjanijiet ta' rkupru fil-kisba tal-miri.

Artikolu 6

Pjani ta' maniġġjar

1. Il-Kunsill għandu jadotta pjani ta' maniġġjar sa fejn meħtieġ biex iżommu l-ħażniet limiti bijoloġiċi bla periklu għal żoni ta' sajd ta' sfruttar fi/jew ġo limiti bijoloġiċi bla periklu.

2. Pjanijiet ta' maniġġjar għandhom jinkludu punti ta' referenza dwar konservazzjoni bħal miri li magħhom trid tiġi assessjata ż-żamma tal-ħażniet. Il-punti (a) sa (d) ta' l-Artikolu 5(2) għandhom japplikaw.

Pjani ta' maniġġjar għandhom jinkludu miri dwar riżorsi akwatiċi ħajjin oħra u ż-żamma jew titjib ta' l-i status ta' konservazzjoni ta' eko-sistemi.

Meta aktar minn mira waħda tiġi stabbilita, pjani ta' maniġġjar għandhom jispeċifikaw l-ordni ta' prijorità ta' dawn il-miri.

3. Pjani ta' maniġġjar għandhom jitfasslu fuq il-bażi ta' ħarsien kawt lejn l-immaniġġjar ta' żoni tas-sajd u jqisu l-punti ta' referenza dwar limiti rakkomandati minn korpi xjentifiċi rilevanti. Għandhom jiżguraw l-isfruttar sostenibbli ta' ħażniet u li l-impatt ta' attivitajiet tas-sajd fuq eko-sistemi tal-baħar jinżamm f'livelli sostenibbli.

Jistgħu ikopru jew żoni ta' sajd għal ħażniet waħdanin jew żoni ta' sajd għall-isfruttar ta' taħlitiet ta' ħażniet, u għandhom jieħdu f'konsiderazzjoni l-interazzjonijiet bejn ħażniet u żoni tas-sajd.

Il-pjanijiet ta' maniġġjar għandhom ikunu għal numru ta' snin u jindikaw il-qafas ta' żmien mistenni biex jintlaħqu l-miri stabbiliti.

4. Il-pjanijiet ta' maniġġjar jistgħu jinkludu kull miżura msemmija fil-punti (d) sa (i) ta' l-Artikolu 4(2) kif ukoll regoli dwar il-ġbir li jikkonsistu f'numru stabbilit minn qabel ta' parametri bijoloġiċi li jirregolaw limiti ta' qbid.

Il-miżuri li għandhom jiġu inklużi fil-pjanijiet ta' maniġġjar għandhom ikunu fi proporzjon ma' l-għanijiet, il-miri u l-qafas ta' żmien mistenni, u għandhom jiġu deċiżi mill-Kunsill waqt li jitqiesu:

(a) l-i status ta' konservazzjoni tal-ħażna jew ħażniet;

(b) il-karatteristiċi bijoloġiċi tal-ħażna jew ħażniet;

(ċ) il-karatteristiċi taż-żoni tas-sajd li fihom jinqabdu l-ħażniet;

(d) l-impatt ekonomiku tal-miżuri dwar iż-żoni tas-sajd konċernati.

5. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar l-effettività tal-pjani ta' maniġġjar fil-ksib tal-miri tagħha.

Artikolu 7

Miżuri ta' emerġenza tal-Kummissjoni

1. Jekk ikun jidher li hemm xi theddida serja għall-konservazzjoni ta' riżorsi akwatiċi ħajjin, jew għall-eko-sistema tal-baħar b'riżultat ta' attivitajiet tas-sajd u jkun hemm bżonn ta' azzjoni immedjata, il-Kummissjoni, fuq it-talba sostanzjata ta' Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, tista' tiddeċiedi fuq xi miżuri ta' emerġenza li m'għandhomx ikunu għal aktar minn sitt xhur. Il-Kummissjoni tista' tieħu deċiżjoni ġdida biex ittawwal iż-żmien dwar il-miżuri ta' emerġenza b'mhux aktar minn sitt xhur.

2. L-Istat Membru għandu jgħaddi t-talba fl-istess ħin lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali konċernati. Jistgħu jibagħtu l-kummenti tagħhom bil-miktub lill-Kummissjoni fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol wara li tkun waslet it-talba.

Il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni fi żmien ħmistax-il ġurnata wara l-wasla tat-talba msemmija fil-paragrafu 1.

3. Il-miżuri ta' emerġenza għandhom jibdew iseħħu minnufih. Għandhom jiġu notifikati lill-Istati Membri konċernati, u pubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali.

4. L-Istati Membri konċernati jistgħu jirreferu d-deċiżjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill fi żmien 10 ġranet mill-wasla tan-notifikazzjoni.

5. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq maġġoranza kwalifikata, jista' jieħu deċiżjoni differenti fi żmien xahar mill-wasla tat-talba riferita lilu.

Artikolu 8

Miżuri ta' emerġenza minn Stati Membri

1. Jekk ikun jidher li teżisti xi theddida serja u li ma dehritx qabel għall-konservazzjoni ta' riżorsi akwatiċi ħajjin, jew għall-eko-sistema tal-baħar b'riżultat ta' attivitajiet tas-sajd, f'ilmijiet li jaqgħu taħt is-sovranità jew ġurisdizzjoni ta' Stat Membru meta xi dewmien żejjed ikun jirriżulta fi ħsara li tkun diffiċli biex tissewwa, dak l-Istat Membru jista' jieħu miżuri ta' emerġenza li m'għandhomx idumu għal aktar minn tliet xhur.

2. Stati Membri li jkun bi ħsiebhom jieħdu miżuri ta' emerġenza għandhom jinnotifikaw l-intenzjoni tagħhom lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali konċernati billi jibagħtu abbozz ta' dawk il-miżuri, flimkien ma' memorandum ta' spjega, qabel jadottawhom.

3. L-Istati Membri u l-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali konċernati jistgħu jibagħtu l-kommenti tagħhom bil-miktub lill-Kummissjoni fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol mid-data tan-notifikazzjoni. Il-Kummissjoni trid tikkonferma, tħassar jew temenda l-miżura fi żmien 15-il jum mid-data tan-notifikazzjoni.

4. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tiġi notifikata lill-Istati Membri. Għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

5. L-Istati Membri konċernati jistgħu jirreferu d-deċiżjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill fi żmien għaxart ijiem min-notifikazzjoni tad-deċiżjoni.

6. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jista' jieħu deċiżjoni differenti fi żmien xahar mid-data li tkun waslitlu r-referenza.

Artikolu 9

Miżuri ta' l-Istati Membri fiż-żona ta' 12-il mil nawtiku

1. Stat Membru jista' jieħu miżuri mhux diskriminatorji għall-konservazzjoni u l-maniġġjar ta' riżorsi f'żoni tas-sajd u biex inaqqas kemm jista' jkun l-effett tas-sajd fuq il-konservazzjoni ta' eko-sistemi tal-baħar sa 12-il mil nawtiku mill-linji tal-bażi tiegħu basta li l-Komunità ma tkunx adottat miżuri indirizzati għall-konservazzjoni u l-maniġġjar speċifikament għal dik iż-żona. Il-miżuri ta' l-Istati Membri għandhom ikunu jaqblu ma' l-għanijiet preskritti fl-Artikolu 2 u mhux inqas stretti mil-leġislazzjoni eżistenti fil-Komunità.

Meta miżuri li se jkunu adottati minn Stat Membru aktarx se jaffettwaw lil bastimenti ta' Stat Membru ieħor, dawn il-miżuri għandhom jiġu adottati biss wara li l-Kummissjoni, l-Istat Membru u l-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali konċernati ikunu ġew konsultati dwar abbozz tal-miżuri li jrid ikollu miegħu memorandum ta' spjega.

2. Miżuri li japplikaw għal bastimenti tas-sajd ta' Stat Membru ieħor għandhom ikunu bla ħsara għall-proċeduri preskritti fl-Artikolu 8(3) sa(6).

Artikolu 10

Miżuri minn Stati Membri li jgħoddu biss għal bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom

L-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri għall-konservazzjoni u l-maniġġjar ta' ħażniet f'ibħra taħt is-sovranità jew ġurisdizzjoni tagħhom basta li:

(a) dawn ikunu jgħoddu biss għal bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Istat Membru konċernat u li jkunu reġistrati fil-Komunità jew, fil-każ ta' attivitajiet tas-sajd li ma jkunux jitmexxew minn bastiment tas-sajd, għal persuni stabbiliti fl-Istat Membru konċernat u

(b) ikunu jaqblu ma' l-għanijiet preskritti fl-Artikolu 2(1) u li ma jkunux inqas stretti mil-leġislazzjoni eżistenti fil-Komunità.

KAPITOLU III

AĠĠUSTAMENT TAL-KAPAĊITÀ GĦAS-SAJD

Artikolu 11

Aġġustament tal-kapaċità għas-sajd

1. L-Istati Membri għandhom iwettqu miżuri li jaġġustaw il-kapaċità għas-sajd tal-flotot tagħhom biex jiksbu bilanċ stabbli u kontinwu bejn dik il-kapaċità għas-sajd u l-opportunitajiet tas-sajd tagħhom.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-livelli ta' referenza espressi f'TG u kW tal-kapaċità għas-sajd imsemmija fl-Artikolu 12 u l-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu ma jinqabżux.

3. L-ebda ħruġ mill-flotta sostnut minn għajnuna pubblika m'għandu jitħalla sakemm ma jkunx hemm qabel l-irtirar tal-liċenza għas-sajd kif imfisser fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3690/93 [10] u, meta jkun hemm disposizzjoni għalihom, l-awtorizzazzjonijiet għas-sajd kif imfisser fir-regolamenti rilevanti. Il-kapaċità li tikkorrispondi mal-liċenza, u fejn meħtieġ ma' l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għaż-żoni tas-sajd konċernati, ma tistax tiġi sostitwita.

4. Meta tingħata għajnuna pubblika għall-irtirar mill-kapaċità għas-sajd li tmur lilhinn mit-tnaqqis ta' kapaċità meħtieġa għall-konformità mal-livelli ta' referenza skond l-Artikolu 12(1), l-ammont ta' kapaċità irtirata għandu jitnaqqas awtomatikament mil-livelli ta' referenza. Il-livelli ta' referenza li jirriżultaw għandhom ikunu l-livelli ta' referenza ġodda.

5. Fuq bastimenti tas-sajd ta' 5 snin jew aktar, il-modernizzazzjoni 'l fuq mill-gverta prinċipali biex ittejjeb is-sigurtà ta' abbord, il-kondizzjonijiet tax-xogħol, l-iġjene, u l-kwalità tal-prodott tista' żżid it-tunnellaġġ tal-bastiment, basta li din il-modernizzazzjoni ma żżidx il-kapaċità tal-bastiment biex jaqbad il-ħut. Il-livelli ta' referenza skond dan l-Artikolu u l-Artikolu 12 għandhom jiġu adattati skond dan. Il-kapaċità korrispondenti m'hemmx għalfejn tittieħed f'konsiderazzjoni għall-istabbiliment tal-bilanċ ta' dħul u ħruġ minn Stati Membri skond l-Artikolu 13.

Ir-regoli dettaljati u l-kondizzjonijiet għal dawn il-miżuri jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 30(2).

Artikolu 12

Livelli ta' referenza għall-flotot tas-sajd

1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi għal kull Stat Membru livelli ta' referenza espressi f'TG u kW tal-kapaċità għas-sajd totali tal-bastimenti tal-Komunitàli jtajru l-bandiera ta' dak l-Istat Membru skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 30(2).

Il-livelli ta' referenza għandhom ikunu t-total ta' l-għanijiet tal-Programm ta' Gwida għal Numru ta' Snin 1997-2002 għal kull segment kif iffissat għall-31 ta' Diċembru 2002 skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/413/KE [11].

2. Regoli ta' implimentazzjoni dwar l-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 30(2).

Artikolu 13

Skema ta' Dħul/Ħruġ u tnaqqis ta' kapaċità totali

1. L-Istati Membri għandhom jimmaniġġjaw dħul fil-flotta u ħruġ mill-flotta b'mod illi, mill-1 ta' Jannar 2003:

(a) id-dħul ta' kapaċità ġdida fil-flotta mingħajr għajnuna pubblika ikun kumpensat bl-irtirar minn qabel mingħajr għajnuna pubblika ta' mill-inqas l-istess ammont ta' kapaċità,

(b) id-dħul ta' kapaċità ġdida fil-flotta b-għajnuna pubblika mogħtija wara l-1 ta' Jannar 2003 ikun kumpensat bl-irtirar minn qabel mingħajr għajnuna pubblika ta':

(i) mill-inqas l-istess ammont ta' kapaċità, għad-dħul ta' bastimenti ġodda ta' 100 TG jew inqas, jew

(ii) mill-inqas 1,35 darbiet l-ammont ta' dik il-kapaċità, għad-dħul ta' bastimenti ġodda ta' aktar minn 100 TG.

2. Mill-1 ta' Jannar 2003 sal-31 ta' Diċembru 2004 kull Stat Membru li jagħżel li jidħol għal impenji ġodda ta' għajnuna pubblika għal tiġdid tal-flotta wara l-31 ta' Diċembru 2002 għandu jikseb tnaqqis mill-kapaċità totali tal-flotta tiegħu ta' 3 % għall-perjodu kollu f'paragun mal-livelli ta' referenza msemmija fl-Artikolu 12.

3. Regoli ta' implimentazzjoni għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu jistgħu jiġu adotati skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 30(2).

Artikolu 14

Bdil ta' informazzjoni

1. Kull sena l-Kummissjoni għandha tippreżenta ġabra fil-qosor tar-riżultati ta' l-isforzi ta' l-Istati Membri biex jiksbu bilanċ sostenibbli bejn il-kapaċità għas-sajd u l-opportunitajiet tas-sajd. Din il-ġabra għandha tkun bażata fuq rapport ta' kull sena minn kull Stat Membru li għandu jintbgħat lill-Kummissjoni mhux aktar tard mit-30 ta' April tas-sena ta' wara.

Il-ġabra fil-qosor tal-Kummissjoni flimkien mar-rapporti ta' l-Istati Membri mehmuża magħhom, għandhom jintbagħtu qabel l-aħħar tas-sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill flimkien ma' l-opinjonijiet ta' l-STECF u l-Kumitat dwar Żoni tas-Sajd u l-Akwakultura stabbiliti skond l-Artikolu 30(1).

2. Regoli ta' implimentazzjoni għal dan il-bdil jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 30(2).

Artikolu 15

Reġistri tal-flotot tas-sajd

1. Kull Stat Membru għandu jżomm reġistru tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunitàli jtajru l-bandiera tiegħu li għandu jinkludi l-informazzjoni minima dwar karatteristiċi u attivitajiet tal-bastiment meħtieġa għall-immaniġġjar ta' miżuri stabbiliti f'livelli ta' Komunità.

2. Kull Stat Membru għandu jagħmel disponibbli għall-Kummissjoni l-informazzjoni msemmija fil-pargrafu 1.

3. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi reġistru tal-flotot tas-sajd tal-Komunitàli jkun fih l-informazzjoni li tirċievi skond il-paragrafu 2 u għandha tagħmlu disponibbli għall-Istati Membri. Għandha tħares id-disposizzjonijiet tal-Komunitàdwar il-protezzjoni ta' data personali.

4. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u l-proċeduri għat-trasmissjoni tagħha kif imsemmi fil-paragrafi 2 u 3 jistgħu jiġu stabbiliti skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 30(2).

Artikolu 16

Kondizzjonalità ta' l-għajnuna finanzjarja tal-Komunità u tnaqqis ta' sforz għas-sajd

1. Għajnuna finanzjarja skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2792/1999 tas-17 ta' Diċembru 1999 li jippreskrivi regoli u arranġamenti dettaljati dwar l-għajnuna strutturali tal-Komunità fis-settur taż-żoni tas-sajd [12], ħlief fondi għall-iskrappjar ta' bastimenti tas-sajd, tista' tingħata biss sakemm Stat Membru jkun ħares l-Artikoli 11, 13 u 15 ta' dan ir-Regolament u jkun ta' l-informazzjoni meħtieġa skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2792/99 u r-Regolament tal-Kummisjoni (KE) Nru 366/2001 [13].

F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni għandha, wara li tkun offriet lill-Istat Membru konċernat il-possibiltà li jiġi mismugħ u safejn ikun proporzjonat għall-grad ta' nuqqas ta' konformità, tissospendi l-għajnuna finanzjarja skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 366/2001/3.

2. Jekk, fuq il-bażi ta' l-informazzjoni disponibbli, jidhrilha li l-kapaċità tal-flotta ta' Stat Membru taqbeż il-kapaċità li għandu jkollha skond l-Artikoli 11, 13 u 15, għandha tinforma b'dan lill-Istat Membru konċernat. Dan l-Istat Membru għandu mill-ewwel inaqqa l-isforz tas-sajd tiegħu għal-livell li kien ikun jeżisti kieku ġew imħarsa l-Artikoli 11,13 u 15, bla ħsara għall-obbligi li joħorġu minn dawn l-Artikoli. L-Istat Membru konċernat għandu jikkomunika l-pjan tat-tnaqqis tiegħu lill-Kummissjoni għall-verifika, skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 30(2), kemm jekk it-tnaqqis ikun daqs il-kapaċità li tkun inqabżet kemm jekk le.

KAPITOLU IV

REGOLI DWAR L-AĊĊESS GĦAL ILMIJIET U RIŻORSI

Artikolu 17

Regoli Ġenerali

1. Bastimenti tas-sajd tal-Komunitàgħandu jkollhom l-istess aċċess għall-ilmijiet u riżorsi fl-ilmijiet kollha tal-Komunità ħlief dawk imsemmija fil-paragrafu 2, bla ħsara għall-miżuri adottati fil-Kapitolu II.

2. Fl-ilmijiet sa 12-il mil nawtiku mil-linji ta' bażi taħt is-sovranità jew ġurisdizzjoni tagħhom, l-Istati Membri għandhom jiġu awtorizzati mill-1 ta' Jannar 2003 sal-31 ta' Diċembru 2102 li jillimitaw is-sajd għal bastimenti tas-sajd li tradizzjonalment jistadu f'dawk l-ilmijiet minn portijiet fil-kosta li tmiss magħhom, bla ħsara għall-arranġamenti għal bastimenti tas-sajd tal-Komunità li jtajru l-bandiera ta' Stati Membri oħra skond ir-relazzjonijiet ta' ġirien li jeżistu bejn Stati Membri u l-arranġamenti li hemm fl-Anness I, li jiffissaw għal kull Stat Membru iż-żoni ġeografiċi fil-faxex tal-kosta ta' Stati Membri oħra fejn attivitajiet tas-sajd ikunu eżerċitati u l-ispeċi konċernati.

Sa l-31 ta' Diċembru 2011 il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-arranġamenti preskritti f'dan il-paragrafu. Il-Kunsill għandu jiddeċiedi qabel il-31 ta' Diċembru 2012 dwar id-disposizzjonijiet li għandhom jiġu wara l-arranġamenti msemmija hawn fuq.

Artikolu 18

Shetland Box

1. Dwar speċi ta' importanza speċjali fir-reġjun definiti fl-Anness II li huma bijoloġikament sensittivi minħabba l-karatteristiċi ta' l-isfruttar tagħhom, attività ta' sajd minn bastimenti tas-sajd tal-Komunità b'tul bejn il-perpendikulari ta' mhux inqas minn 26 metru, għal speċi li jgħixu qrib qiegħ il-baħar ħlief Norway pout u merlangu blu, għandha tkun regolata b'sistema ta' awtorizzazzjoni minn qabel skond il-kondizzjonijiet preskritti f'dan ir-Regolament u, b'mod partikolari, fl-Anness II.

2. Regoli dettaljati dwar applikazzjoni u proċedura għall-implimentazzjoni tal-paragrafu 1 jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 30(2).

Artikolu 19

Reviżjoni ta' regoli dwar aċċess

1. Sa l-31 ta' Diċembru 2003 il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar ir-regoli li jirrigwardaw aċċess għal ilmijiet u riżorsi preskritti f'leġislazzjoni tal-Komunità ħlief dawk imsemmija fl-Artikolu 17(2), li jassessja l-ġustifikazzjoni għal dawn ir-regoli f'termini ta' għanijiet ta' konservazzjoni u sfruttar sostenibbli.

2. Fuq il-bażi tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 u wara li jkun ikkunsidrat il-prinċipju stabbilit fl-Artikolu 17(1), il-Kunsill għandu jiddeċiedi sa l-31 ta' Diċembru 2004 dwar xi aġġustamenti meħtieġa għal dawn ir-regoli.

Artikolu 20

Allokazzjoni ta' opportunitajiet tas-sajd

1. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jiddeċiedi dwar il-limiti ta' qbid u/jew opportunitajiet tas-sajd u dwar l-allokazzjoni ta' opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati Membri kif ukoll dwar il-kondizzjonijiet assoċjati ma' dawk il-limiti. Opportunitajiet tas-sajd għandhom jitqassmu bejn l-Istati Membri b'mod li jassigura lil kull Stat Membru stabbilità relattiva ta' attivitajiet tas-sajd għal kull ħażna jew żona tas-sajd.

2. Meta l-Komunità tistabbilixxi opportunitajiet tas-sajd ġodda il-Kunsill għandu jiddeċiedi dwar l-allokazzjoni ta' dawk l-opportunitajiet, waqt li jqis l-interessi ta' kull Stat Membru.

3. Kull Stat Membru għandu jiddeċiedi, għal bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu, dwar il-metodu kif jiġu allokati opportunitajiet tas-sajd assenjati lil dak l-Istat Membru skond il-liġi tal-Komunità. Għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar il-metodu ta' allokazzjoni.

4. Il-Kunsill għandu jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli għal pajjiżi terzi f'ilmijiet tal-Komunità u jalloka dawk l-opportunitajiet lil kull pajjiż terz.

5. L-Istati Membri jistgħu, wara li javżaw lill-Kummissjoni, ibiddlu l-opportunitajiet kollha jew parti minnhom li jkunu allokati lilhom.

KAPITOLU V

KONTROLL U NFURZAR TAS-SISTEMA

Artikolu 21

Għanijiet

Skond is-sistema ta' kontroll u nfurzar tal-Komunità, aċċess għal ilmijiet u riżorsi u l-insegwiment ta' attivitajiet kif preskritt fl-Artikolu I għandu jkun kontrollat u l-ħarsien tar-regoli tal-Politika Komuni dwar is-Sajd għandu jkun infurzat.

Artikolu 22

Kondizzjonijiet dwar aċċess għal ilmijiet u riżorsi u għal marketing ta' prodotti ta' żoni tas-sajd

1. Attivitajiet fl-ambitu tal-Politika Komuni dwar is-Sajd għandhom ikunu projbiti sakemm il-ħtiġijiet li ġejjin ma jkunux imħarsa

(a) bastiment tas-sajd għandu jġorr il-liċenza tiegħu abbord u, meta jkun hemm disposizzjoni għal dan, l-awtorizzazzjonijiet tiegħu għas-sajd;

(b) bastiment tas-sajd għandu jkollu stallat abbord sistema li taħdem li tippermetti li dak il-bastiment jiġi skopert u identifikat minn sistemi ta' monitoraġġ mill-bogħod. Din il-ħtieġa tapplika għal bastimenti ta' aktar minn 18-il metru tul mill-1 ta' Jannar 2005;

(ċ) il-kaptan għandu bla dewmien jirreġistra u jirrapporta informazzjoni dwar attivitajiet tas-sajd, inkluż kemm jitniżżel 'l art u trasbordi. Kopji tar-reġistrazzjonijiet għandhom ikunu disponibbli għall-awtoritajiet. Il-Kunsill għandu jiddeċiedi fl-2004 dwar l-obbligu li jittrasmetti dawn ir-reġistrazzjonijiet elettronikament. Biex tiġi stmata t-teknoloġija li trid tiġi użata, l-Istati Membri, f'koperazzjoni mal-Kummissjoni, għandhom iwettqu proġetti pilota qabel l-1 ta' Ġunju 2004;

(d) il-kaptan għandu jaċċetta l-ispetturi abbord u jikkopera magħhom;

(e) il-kaptan għandu jirrispetta l-kondizzjonijiet u r-restrizzjonijiet dwar dak li jitniżżel, it-trasbordi, operazzjonijiet ta' sajd flimkien, tagħmir tas-sajd, xbiek u l-markar u l-identifikazzjoni ta' bastimenti.

2. Il-marketing ta' prodotti ta' żoni tas-sajd għandu jkun suġġett għal dawn il-ħtiġijiet li ġejjin:

(a) prodotti taż-żoni tas-sajd għandhom jinbiegħu biss minn bastiment tas-sajd lil xerrejja reġistrati jew f'irkanti reġistrati;

(b) ix-xerrej ta' prodotti ta' żoni tas-sajd minn bastiment tas-sajd fl-ewwel bejgħ għandu jiġi reġistrat ma' l-awtoritajiet;

(ċ) ix-xerrej ta' prodotti ta' żona tas-sajd fl-ewwel bejgħ għandu jibgħat fatturi jew noti tal-bejgħ lill-awtoritajiet, sakemm il-bejgħ ma jsirx f'irkant reġistrat li jinkludi l-obbligu li jintbagħtu fatturi jew noti ta' bejgħ lill-awtoritajiet;

(d) il-prodotti kollha ta' żoni tas-sajd imniżżla 'l art jew impurtati fil-Komunità li dwarhom la fatturi u lanqas noti ta' bejgħ ma jkunu ġew mibgħuta lill-awtoritajiet u li jkunu trasportati lejn post barra dak fejn tniżżlu jew ġew impurtati għandu jkollhom magħhom dokument imħejji minn min iġorrhom sakemm ikun twettaq l-ewwel bejgħ;

(e) il-persuni responsabbli għall-post tan-negozju jew għall-vetturi tat-trasport għandhom jaċċettaw l-ispetturi u jikkoperaw magħhom;

(f) meta jkun iffissat l-iżgħar daqs għal speċi partikolari, l-operaturi responsabbli għall-bejgħ, ħażna jew trasport għandhom ikunu f'qagħda li jippruvaw l-oriġini ġeografika tal-prodotti.

Xerrej li jakkwista prodotti li wara ma jitqegħdux fis-suq iżda li jintużaw biss għal konsum privat għandu jkun eżentat mill-ħtiġijiet ta' dan il-paragrafu.

3. Għall-implimentazzjoni tal-paragrafi 1 u 2, regoli dettaljati jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 30(2).

Dawn ir-regoli jistgħu ikopru, b'mod partikolari, l-obbligi dwar dokumentazzjoni, rekordjar, rappurtar u informazzjoni ta' l-Istati Membri, kaptani u persuni oħra ġuridiċi u naturali ingaġġati f'attivitajiet li jaqgħu fl-ambitu ta' l-Artikolu 1.

Ir-regoli jistgħu wkoll jiddisponu għal eżenzjonijiet mill-obbligi tal-paragrafi 1 u 2, meta jistgħu ikunu ġustifikati bl-impatt negliġibbli fuq riżorsi akwatiċi ħajjin jew bil-piż mhux proporzjonat li l-obbligi joħolqu paragunat ma' l-importanza ekonomika ta' l-attività.

Artikolu 23

Responsabbiltajiet ta' l-Istati Membri

1. Sakemm ma jkunx previst mod ieħor fil-liġi tal-Komunità, l-Istati Membri għandhom jiżguraw kontroll, spezzjoni u infurzar effettiv tar-regoli tal-Politika Komuni dwar is-Sajd.

2. L-Istati Membri għandhom jikkontrollaw l-attivitajiet imwettqa fl-ambitu tal-Politika Komuni dwar is-Sajd fit-territorji tagħhom jew fl-ilmijiet bla ħsara għas-sovranità jew ġurisdizzjoni tagħhom. Għandhom ukoll jikkontrollaw l-aċċess għall-ilmijiet u r-riżorsi u l-attivitajiet tas-sajd tagħhom barra mill-ilmijiet tal-Komunità b'bastimenti tas-sajd tal-Komunità li jtajru l-bandiera tagħhom u, bla ħsara għar-responsabbiltà ewlenija ta' l-Istat tal-bandiera taċ-ċittadini tagħhom. Għandhom ikunu responsabbli għall-ippustjar ta' osservaturi abbord bastimenti tas-sajd u biex jieħdu deċiżjonijiet xierqa, inkluża l-projbizzjoni ta' attivitajiet tas-sajd.

3. L-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri, jallokaw riżorsi finanzjarji u umani u jistabbilixxu l-istruttura amministrattiva u teknika meħtieġa biex ikun żgurat kontroll, spezzjonar u infirzar effettiv, inklużi sistemi ta' monitoraġġ permezz ta' satelliti.. Il-Kunsill għandu jiddeċiedi fl-2004 dwar l-obbligu li jkun stabbilit mezz ta' ħass mill-bogħad. Biex tiġi assessjata t-teknoloġija li trid tiġi użata, l-Istati Membri b'koperazzjoni mal-Kummissjoni għandhom iwettqu proġetti piloti qabel l-1 ta' Ġunju 2004. F'kull Stat Membru, awtorità waħda għandha tkun responsabbli biex tikkordina l-ġbir u l-verifika ta' informazzjoni dwar attivitajiet tas-sajd.

4. Meta l-Kummissjoni tkun stabbiliet li Stat Membru ikun qabeż l-opportunitajiet tas-sajd li kienu allokati lilu, il-Kummissjoni għandha tħaddem tnaqqis minn opportunitajiet tas-sajd tal-futur ta' dak l-Istat Membru.

Jekk b'riżultat dirett ta' Stat Membru li jkun qabeż l-opportunitajiet tas-sajd allokati lilu Stat Membru ieħor ma setax juża għal kollox l-opportunitajiet tas-sajd tiegħu stess, opportunitajiet tas-sajd daqs dawk imnaqqsa skond il-paragrafu 1 jistgħu, totalment jew parzjalment, jiġu allokati mill-ġdid lil dak l-Istat Membru. Allokazzjoni mill-ġdid bħal din trid tiġi deċiża billi jiġi kkunsidrat l-interess tal-konservazzjni tar-riżorsi, kif ukoll l-interess f'kumpens taż-żewġ Stati Membri konċernati.

Deċiżjonijiet għandhom jittieħdu mill-Kummissjoni skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 30(2).

5. Regoli ta' implimentazzjoni dwar dan l-Artikolu jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 30(2), inklużi dawk dwar in-nominazzjoni minn Stati Membri ta' l-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, u r-regoli dwar it-tqegħid ta' osservaturi, ir-responsabbiltajiet tagħhom, ix-xogħol li għandhom jagħmlu u l-ispejjeż tagħhom.

Artikolu 24

Spezzjonijiet u infurzar

L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri ta' spezzjonijiet u infurzar meħtieġa għall-ħarsien tar-regoli tal-Politika Komuni dwar is-Sajd fit-territorji tagħhom jew fl-ilmijiet tagħhom bla ħsara għas-sovranità jew ġurisdizzjoni tagħhom. Għandhom ukoll jieħdu miżuri ta' infurzar fejn għandhom x'jaqsmu l-attivitajiet tas-sajd barra mill-ilmijiet tal-Komunità minn bastimenti tas-sajd tal-Komunità li jtajru l-bandiera tagħhom u taċ-ċittadini tagħhom.

Dawn il-miżuri għandhom jinkludu:

(a) ċekkjar u spezzjonijiet fil-post fuq bastimenti tas-sajd, fil-postijiet tan-negozju u dawk ta' korpi oħra f'attivitajiet relatati mal-Politika Komuni dwar is-Sajd:

(b) dehriet ta' bastimenti tas-sajd;

(ċ) investigazzjoni, insegwiment ġuridiku ta' ksur ta' regoli u sanzjonijiet skond l-Artikolu 25;

(d) miżuri ta' prevenzjoni skond l-Artikolu 25(5);

(e) miżuri li jevitaw l-involviment taċ-ċittadini tagħhom f'attivitajiet tas-sajd li jmorru kontra l-miżuri applikabbli dwar konservazzjoni u maniġġjar, bla ħsara għar-responsabbiltà primarja ta' l-Istat tal-bandiera.

Il-miżuri meħuda għandhom ikunu dokumentati kif suppost. Għandhom ikunu effettivi, disswassivi u proporzjonati.

Regoli ta' implimentazzjoni, inklużi benchmarks, għal dan l-Artikolu jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 30(3).

Artikolu 25

Insegwiment ta' ksur ta' regoli

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jittieħdu miżuri xierqa, inklużi azzjonijiet amministrattivi jew proċeduri kriminali bi qbil mal-liġi nazzjonali tagħhom, kontra l-persuni naturali jew ġuridiċi responsabbli meta r-regoli tal-Politika Komuni dwar is-Sajd ma' ġewx imħarsa.

2. Il-proċeduri mibdija skond il-paragrafu 1 għandu jkollhom il-forza, skond id-disposizzjonijiet rilevanti tal-liġi nazzjonali, li effettivament iċaħħdu lil dawk responsabbli mill-benefiċċji ekonomiċi ta' dak il-ksur u li jipproduċu riżultati fi proporzjon għas-serjetà ta' dak il-ksur, li effettivament jiskoraġġixxu offiżi oħra ta' din ix-xorta.

3. Is-sanzjonijiet li joħorġu mill-proċeduri msemmija fil-paragrafu 2 jistgħu jinkludu, skond is-serjetà ta' l-offiża:

(a) multi;

(b) konfiska tat-tagħmir u l-qbid;

(ċ) sekwestru tal-bastiment;

(d) immobilizzazzjoni temporanja tal-bastiment;

(e) sospensjoni tal-liċenza;

(f) irtirar tal-liċenza.

4. Minkejja l-obbligi msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3, il-Kunsill għandu jistabbilixxi, fuq il-bażi tal-lista preskritta fil-paragrafu 3, katalgu ta' miżuri li għandhom jiġu applikati mill-Istati Membri dwar ksur serju, kif imfisser fir-Regolament (KE) Nru 1447/1999. Il-katalgu għandu jkun bla ħsara għall-għażla ta' l-Istati Membri li jimplimentaw dawn il-miżuri permezz ta' azzjoni amministrattiva jew proċeduri kriminali bi qbil mal-liġi nazzjonali tagħhom, kif imsemmi fil-paragrafu 1.

5. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri immedjati biex ma jħallux bastimenti, persuni naturali jew ġuridiċi li jinqabdu in flagrante delicto waqt li jkunu qed jikkommettu ksur serju, kif imfisser fir-Regiolament (KE) Nru 1447/1999, milli jkomplu jagħmlu dan.

Artikolu 26

Responsabbiltajiet tal-Kummissjoni

1. Bla ħsara għar-responsabbiltajiet tal-Kummissjoni skond it-Trattat, il-Kummissjoni għandha tevalwa u tikkontrolla l-applikazzjoni tar-regoli tal-Politika Komuni dwar is-Sajd mill-Istati Membri, u tiffaċilita kordinazzjoni u koperazzjoni bejniethom.

2. Jekk ikun hemm xhieda li r-regoli dwar il-konservazzjoni, kontroll, spezzjonijiet jew infurzar skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd mhumiex qed jiġu mħarsa u li dan jista' jwassal għal theddida serja għall-konservazzjoni ta' riżorsi akwatiċi ħajjin jew għat-tħaddim effettiv ta' kontroll u infurzar Komunitarju u s-sistema ta' infurzar li jitolbu azzjoni urġenti, il-Kummissjoni għandha tinforma bil-miktub lill-Istat Membru konċernat b'dak li sabet u tistabbilixxi żmien ta' mhux inqas minn 15-il ġurnata li fih irid juri konformità u jagħti l-kummenti tiegħu. Il-Kummissjoni tieħu f'konsiderazzjoni il-kommenti ta' l-Istati Membri f'kull azzjoni li tista' tieħu skond il-paragrafu 3.

3. Jekk ikun hemm xhieda ta' riskju li l-attivitajiet tas-sajd li twettqu f'żona ġeografika partikolari jistgħu iwasslu għal theddida serja għall-konservazzjoni ta' riżorsi akwatiċi ħajjin, il-Kummissjoni tista' tieħu miżuri ta' prevenzjoni.

Dawn il-miżuri għandhom ikunu fi proporzjon għar-riskju ta' theddida serja għall-konservazzjoni ta' riżorsi akwatiċi ħajjin.

M'għandhomx idumu iżjed minn tliet ġimgħat. Jistgħu jiġu mtawla għal massimu ta' sitt xhur, safejn ikun meħtieġ għall-konservazzjoni ta' riżorsi akwatiċi ħajjin, b'deċiżjoni meħuda skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 30(2).

Il-miżuri għandhom jitwaqqfu minnufih meta l-Kummissjoni tara li r-riskju m'għadux hemm.

4. Fil-każ li l-kwota, allokazzjoni jew is-sehem disponibbli ta' Stat Membru jkunu kkunsidrati li ġew eżawriti, il-Kummissjoni tista', fuq il-bażi ta' l-informazzjoni disponibbli, twaqqaf l-attivitajiet tas-sajd minnufih.

5. Minkejja l-Artikolu 23(2) il-Kummissjoni għandha tikkontrolla l-attivitajiet tas-sajd fl-ilminiet tal-Komunità minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' pajjiż terz meta dan ikun previst fil-liġi tal-Komunità. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni u l-Istati Membri rilevanti għandhom jikkoperaw u jikkordinaw l-azzjonijiet tagħhom.

6. Regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 30(2).

Artikolu 27

Evalwazzjoni u kontroll mill-Kummissjoni

1. Għall-finijiet ta' evalwazzjoni u kontroll ta' l-applikazzjonijiet tar-regoli tal-Politika Komuni dwar is-Sajd minn Stati Membri, il-Kummisjoni tista', min jeddha u bil-mezzi tagħha stess, tibda u twettaq awditjar, inkjesti, verifiki, u spezzjonijiet dwar l-applikazzjoni tar-regoli tal-Politika Komuni dwar is-Sajd minn Stati Membri. B'mod partikolari tista' tivverifika:

(a) l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni ta' dawk ir-regoli mill-Istati Membri u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom;

(b) il-konformità ta' prattiċi u spezzjonijiet amministrattivi nazzjonali u attivitajiet ta' sorveljanza mar-regoli;

(ċ) l-eżistenza tad-dokumenti meħtieġa u l-qbil tagħhom mar-regoli applikabbli;

(d) iċ-ċirkostanzi li fihom jitwettqu attivitajiet ta' kontroll u spezzjonijiet mill-Istai Membri.

Għal dawn l-għanijiet, il-Kummissjoni tista' twettaq spezzjonijiet fuq bastimenti tas-sajd kif ukoll fuq postijiet tan-negozju u ta' korpi oħra li għandhom x'jaqsmu mal-Politika Komuni dwar is-Sajd u għandu jkollha aċċess għall-informazzjoni u d-dokumenti kollha meħtieġa biex teżerċita r-responsabbiltà tagħha kollha. Spezzjonijiet mill-Kummissjoni mwettqa minn jeddha u bla għajnuna ta' spetturi ta' l-Istati Membri konċernati għandhom isiru biss fuq bastimenti tas-sajd u fuq postijiet fejn jitniżżlu l-qabdiet jew fejn jinbiegħu l-ewwel darba, u jkunu limitati għal żoni jew ħażniet bla ħsara għall-programm ta' monitoraġġ speċifiku deċiż skond l-Artikolu 34ċ tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93.

Spetturi tal-Komunità għandhom jipproduċu awtorizzazzjoni bil-miktub li turi l-identità u l-kapaċità tagħhom. Spetturi tal-Komunità m'għandux ikollhom poteri aktar minn dawk ta' spetturi nazzjonali u m'għandux ikollhom il-poteri ta' pulizija u ta' infurzar. B'mod partikolari, spezzjonijiet tal-Komunità mingħajr l-għajnuna ta' spetturi ta' l-Istat Membru konċernat ma jistgħux isiru jekk il-parti li qed tiġi spezzjonata toġġezzjona.

L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-Kummissjoni dik l-għajnuna li tkun teħtieġ biex twettaq dawn ix-xogħlijiet.

2. Rapporti dwar l-ispezzjonijiet għandhom jitqiegħdu għad-disposizzjoni ta' l-Istat Membru konċernat.

Il-Kummissjoni għandha tagħti lill-Istat Membru konċernat il-possibiltà li jikkummenta fuq dak li jkun instab fir-rapport. Għandha tħares id-disposizzjonijiet Komunitarji dwar il-protezzjoni ta' data personali.

Meta l-Kummissjoni twettaq spezzjoni minn jeddha bla ma tkun akkumpanjata minn spetturi ta' l-Istat Membru konċernat, għandha tinforma b'dan lil dak l-Istat Membru fi żmien ġurnata mit-tmiem ta' l-ispezzjoni u tagħmel disponibbli, fi żmien xahar, rapport dwar dak li nstab.

L-Istati Membri m'għanhomx ikunu obbligati jaġixxu kontra individwi fuq il-bażi tas-sejbiet fir-rapport imsemmi hawn fuq.

3. Regoli dettaljat dwar l-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu jistgħu jiġu adotati skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 30(2).

4. Kull tleit snin il-Kummissjoni għandha tħejji rapport ta' evalwazzjoni li jrid jintbgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-azzjoni tagħha skond il-paragrafu 1 u dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar il-Politika Komuni dwar is-Sajd mill-Istati Membri. Kull sena l-Istati Membri għandhom jiġu nfurmati bin-numru ta' spezzjonijiet skond il-paragrafu 1 imwettqa mill-Kummissjoni f'kull Stat Membru, bi tqassim dwar it-tipi ta' spezzjoni.

Artikolu 28

Koperazzjoni u kordinazzjoni

1. L-Istati Membri għandhom jikkoperaw ma' xulxin u ma pajjiżi terzi biex jiżguraw konformità mal-Politika Komuni dwar is-Sajd. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jagħtu lill-Istati Membri l-oħra u lill-pajjiżi terzi l-għajnuna meħtieġa biex tkun żgurata l-konformità ma' dawk ir-regoli.

2. Fil-każ tal-kontroll u l-ispezzjonar ta' attivitajiet tas-sajd li jaqsam il-fruntieri, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-azzjonijiet tagħhom skond dan il-Kapitolu jkunu kordinati. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jibdlu l-ispetturi bejniethom.

3. Bla ħsara għar-responsabbiltajiet ewlenin ta' l-Istat Membru tal-kosta, l-Istat Membri għandhom ikunu awtorizzati jispezzjonaw il-bastimenti tas-sajd tal-Komunità li jtajru l-bandiera tagħhom fl-ilmijiet kollha tal-Komunità lil hinn mill-ilmijiet taħt is-sovranità ta' Stat Membru ieħor.

L-Istati Membri għandhom ukoll ikunu awtorizzati jwettqu spezzjonijiet skond ir-regoli tal-Politika Komuni dwar is-Sajd relatati ma' attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet kollha tal-Komunità lil hinn mill-ilmijiet taħt is-sovranità tagħhom fuq bastimenti tas-sajd, biss:

(a) wara awtorizzazzjoni mill-Istat Membru tal-kosta konċernat, jew

(b) meta programm ta' monitoraġġ speċifiku ikun ġie adottat skond l-Artikolu 34ċ tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93.

L-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati jispezzjonaw bastimenti tas-sajd tal-Komunità li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru ieħor f'ilmijiet internazzjonali.

Fil-każi ħlief dawk previsti f'dan il-paragrafu, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw lil xulxin biex iwettqu spezzjonijiet skond ir-regoli tal-Politika Komuni dwar is-Sajd.

4. Fuq il-bażi ta' nomini mill-Istati Membri komunikati lill-Kummissjoni, il-Kummissjoni trid tistabbilixxi, skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 30(2), lista ta' spetturi, bastimenti ta' spezzjonijiet u inġenji ta' l-ajru ta' spezzjonijiet u mezzi oħra ta' spezzjoni tal-Komunità awtorizzati jwettqu spezzjonijiet skond dan il-Kapitolu f'ilmijiet tal-Komunità u fuq bastimenti tas-sajd tal-Komunità.

5. Rapporti dwar spezzjonijiet u sorveljanza mħejjija minn spetturi tal-Komunità jew minn spetturi ta' Stat Membru ieħor jew minn spetturi tal-Kummissjoni għandhom jikkostitwixxu xhieda ammissibbli fi proċeduri amministrattivi jew ġuridiċi ta' Stat Membru ieħor. Biex jistabbilixxu fatti għandhom jiġu trattati l-istess bħal rapporti ta' spezzjonar u sorveljanza ta' l-Istati Membri.

6. Regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni ta' dan l-Artiklou jistgħu jitfasslu skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 30(2).

Il-paragrafi 3 u 4 ta' dan l-Artikolu jgħoddu biss darba li r-regoli ta' implimentazzjoni ikunu ġew preskritti.

KAPITOLU VI

TEĦID TA' DEĊIŻJONIJIET U KONSULTAZZJONI

Artikolu 29

Proċedura dwar teħid ta' deċiżjonijiet

Ħlief jekk previst mod ieħor f'dan ir-Regolament, il-Kunsill għandu jaġixxi skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 37 tat-Trattat.

Artikolu 30

Kumitat għas-sajd u l-akwakultura

1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna minn Kumitat għas-Sajd u l-Akwakultura.

2. Meta ssir riferenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 sa 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' 20 jum ta' xogħol.

3. Fejn issir riferenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 sa 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' 60 jum ta' xogħol.

4. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.

Artikolu 31

Kunsilli Konsultattivi Reġjonali

1. Kunsilli Konsultattivi Reġjonali għandhom jiġu stabbiliti biex jgħinu fil-kisba ta' l-għanijiet ta' l-Artikolu 2(1) u b'mod partikolari biex jagħtu pariri lill-Kummissjoni dwar suġġetti ta' maniġġjar ta' ċerti żoni tal-baħar jew żoni tas-sajd.

2. Kunsilli Konsultattivi Reġjonali għandhom ikunu magħmula prinċipalment minn sajjieda u rappreżentanti oħra ta' interessi affettwati mill-Politika Komuni dwar is-Sajd, bħal rappreżentanti tas-setturi taż-żoni tas-sajd u l-akwakultura, interessi ta' l-ambjent u tal-konsumatur u esperti xjentifiċi mill-Istati Membri kollha li għandhom interessi fiż-żona ta' baħar jew żona tas-sajd konċernati.

3. Rappreżentanti ta' l-amministrazzjonijiet nazzjonali u reġjonali b'interessi f'żoni tas-sajd fiż-żoni tal-baħar jew żoni tas-sajd konċernati għandu jkollhom id-dritt jieħdu sehem fil-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali bħala membri jew osservaturi. Il-Kummissjoni tista' tkun preżenti fil-laqgħat tagħhom.

4. Kunsilli Konsultattivi Reġjonali jistgħu jiġu konsultati mill-Kummissjoni fuq proposti dwar miżuri, bħal pjanijiet ta' irkupru jew maniġġjar għal numru ta' snin, li għandhom jiġu adottati fuq il-bażi ta' l-Artikolu 37 tat-Trattat li tkun bi ħsiebha tippreżenta u li jkunu jirrigwardaw speċifikament żoni tas-sajd fiż-żoni konċernati. Jistgħu ukoll ikunu konsultati mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri dar xi miżuri oħra. Dawn il-konsultazzjonijiet għandhom ikunu bla ħsara għall-konsultazzjoni ma' l-STECF u mal-Kumitat dwar Żoni tas-Sajd u Akwakultura.

5. Kunsilli Konsultattivi Reġjonali jistgħu:

(a) jibagħtu rakkomandazzjonijiet u suġġerimenti, minn jeddhom jew fuq talba tal-Kummissjoni jew xi Stat Membru, dwar affarijiet li għandhom x'jaqsmu ma' maniġġjar ta' żoni tas-sajd lill-Kummissjoni jew lill-Istat Membru konċernat;

(b) jinfurmaw lill-Kummissjoni jew lill-Istat Membru konċernat bi problemi dwar l-implimentazzjoni ta' regoli tal-Komunità u jagħmlu rakkomandazzjonijiet u suġġerimenti li jindirizzaw lil dawn il-problemi lill-Kummissjoni jew lill-Istat Membru konċernat;

(ċ) imexxu attivitajiet oħra meħtieġa biex iwettqu l-funzjonijiet tagħhom.

Kunsilli Konsultattivi Reġjonali għandhom jinfurmaw lill-Kumitat dwar iż-Żoni tas-Sajd u l-Akwakultura bl-attivitajiet tagħhom.

Artikolu 32

Proċedura dwar l-istabbiliment ta' Kunsilli Konsultattivi Reġjonali

Il-Kunsill għandu jiddeċiedi dwar l-istabbiliment ta' Kunsill Konsultattiv Reġjonali. Kunsill Konsultattiv Reġjonali għandu jkopri żoni ta' baħar li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni ta' mill-inqas żewġ Stati Membri. Kunsill Konsultattiv Reġjonali għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.

Artikolu 33

Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għal Żoni tas-Sajd

1. Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għal Żoni tas-Sajd għandu jiġi stabbilit. L-STECF għandu jiġi konsultat f'intervali regolari fuq affarijiet li għandhom x'jaqsmu mal-priservazzjoni u maniġġjar ta' riżorsi akwatiċi ħajjin, inklużi konsiderazzjonijiet bijoloġiċi, ekonomiċi, ambjentali, soċjali u tekniċi.

2. Il-Kummissjoni għandha tqis il-parir ta' l-STECF meta tippreżenta proposti dwar maniġġjar ta' żoni tas-sajd skond dan ir-Regolament.

KAPITOLU VII

DISPOSIZZJONIJIET TA' L-AĦĦAR

Artikolu 34

Tħassir

1. Ir-Regolamenti (KEE) Nru 3760/92 u (KEE) Nru 101/76 huma hawnhekk imħassra.

2. Referenzi għad-disposizzjonijiet tar-Regolamenti mħassra skond il-paragrafu 1 għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għad-disposizzjonijiet korrispondenti ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 35

Reviżjoni

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar it-tħaddim tal-Politika Komuni dwar is-Sajd fir-rigward tal-Kapitoli II u III qabel l-aħħar ta' l-2012.

Artikolu 36

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2003.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-20 ta' Diċembru 2002.

Għall-Kunsill

Il-President

M. Fischer Boel

[1] ĠU C 203 E, tas-27.8.2002, p. 284.

[2] Opinjoni mogħtija fil-5 ta' Diċembru 2002 (għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] ĠU L 389, tal-31.12.1992, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1181/98 (ĠU L 164, tad-9.6.1998, p. 1).

[4] ĠU C 105, 07.05.1981, p. 1.

[5] ĠU L 261, ta' l-20.10.1993, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1965/2001 (ĠU L 268, tad-9.10.2001, p. 23).

[6] ĠU L 167, 02.07.1999, p. 5.

[7] ĠU L 184, tas-17.07.1999, p. 23.

[8] ĠU L 20, tat-28.01.1976, p. 19.

[9] ĠU L 274, tal-25.9.1986, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 3259/94 (ĠU L 339, tad-29.12.1994, p. 11).

[10] ĠU L 341, 31.12.93, p. 93.

[11] ĠU L 175, tat-3.7.1997, p. 27. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni Nru 2002/70/KE (ĠU L 31, ta' l-1.2.2002, p. 77).

[12] ĠU L 337, tat-30.12.1999, p. 10. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament Nru 179/2002 (ĠU L 31, ta' l-1.2.2002, p. 25).

[13] ĠU L 55, ta' l-24.02.2001, p. 3.

--------------------------------------------------

ANNESS I

AĊĊESS GĦAL ILMIJIET TAL-KOSTA FIS-SENS TA' L-ARTIKOLU 17(2)

1. ILMIJIET TAL-KOSTA TAR-RENJU UNIT

A. AĊĊESS GĦAL FRANZA

Żona Ġeografika | Speċi: | Importanza jew karatteristiċi partikolari |

Kosta tar-Renju Unit (6 sa 12-il mil nawtiku)

1.Berwick-upon-Tweed lvantCoquet Island lvant | Aringi | Bla limitu |

2.Flamborough Head lvantSpurn Head lvant | Aringi | Bla limitu |

3.Lowestoft lvantLyme Regis nofsinhar | L-ispeċi kollha | Bla limitu |

4.Lyme Regis nofsinharEddystone nofsinhar | Tal-qiegħ | Bla limitu |

5.Eddystone nofsinharLongships lbiċ | Tal-qiegħ | Bla limitu |

L-ispeċi ta' molluski pectinidae | Bla limitu |

Awwista | Bla limitu |

Gambli ta' l-ilma ħelu | Bla limitu |

6.Longships lbiċHartland Point majjistral | Tal-qiegħ | Bla limitu |

Gambli ta' l-ilma ħelu | Bla limitu |

Awwista | Bla limitu |

7.Hartland Point sa linja mit-tramuntana ta' Lundy Island | Tal-qiegħ | Bla limitu |

8.Minn linja lejn il-punent ta' Lundy Island sa Cardigan Harbour | L-ispeċi kollha | Bla limitu |

9.Point Lynas tramuntanaMorecambe Light Vessel lvant | L-ispeċi kollha | Bla limitu |

10.County Down | Tal-qiegħ | Bla limitu |

11.New Island grigalSanda Island lbiċ | L-ispeċi kollha | Bla limitu |

12.Port Stewart tramuntanaBarra Head punent | L-ispeċi kollha | Bla limitu |

13.Latitudni 57°40'TButt of Lewis punent | L-ispeċi kollha ħlief frott tal-baħar bil-qoxra | Bla limitu |

14.St Kilda, Flannan Islands | L-ispeċi kollha | Bla limitu |

15.Punent tal-linja li tgħaqqad il-fanal ta' Butt of Lewis mal-punt 59°30'T-5°45'P | L-ispeċi kollha | Bla limitu |

B. AĊĊESS GĦALL-IRLANDA

Żona Ġeografika | Speċi: | Importanza jew karatteristiċi partikolari |

Kosta tar-Renju Unit (6 sa 12 il-mil nawtiku)

1.Point Lynas tramuntanaMull of Galloway nofsinhar | Tal-qiegħ | Bla limitu |

Skampi | Bla limitu |

2.Mull of Oa punentBarra Head punent | Tal-qiegħ | Bla limitu |

Skampi | Bla limitu |

Ċ. AĊĊESS GĦALL-ĠERMANJA

Żona Ġeografika | Speċi: | Importanza karatteristiċi partikolari |

Kosta tar-Renju Unit (6 sa 12-il mil nawtiku)

1.Lvant ta'Shetlands u Fair Isle bejn linji miġbuda lejn nofsinhar lvant mill-fanal tal-port ta' Sumbrugh Head lejn il-grigal mill-fanal ta' Skroo u lejn il-lbiċ mill-fanal ta'Skadan | Aringi | Bla limitu |

2.Berwick-upon-Tweed lvant, fanal ta' Whitby High lvant | Aringi | Bla limitu |

3.Fanal ta' North Foreland lvant, fanal ġdid ta' Dungeness nofsinhar | Aringi | Bla limitu |

4.Żona madwar St Kilda | Aringi | Bla limitu |

Kavalli | Bla limitu |

5.Fanal ta' Butt of Lewis punent sal-linja li tgħaqqad mal-fanal ta' Butt of Lewis u l-punt 59°30'T-5°45'P | Aringi | Bla limitu |

6.Żona madwar North Rona u Sulisker (Sulasgeir) | Aringi | Bla limitu |

D. AĊĊESS GĦALL-OLANDA

Żona Ġeografika | Speċi: | Importanza jew karatteristiċi partikolari |

Kosta tar-Renju Unit (6 sa 12-il mil nawtiku)

1.Lvant ta' Shetlands u Fair Isle bejn linji miġbuda lejn ix-xlokk tal-fanal ta' Sumburgh Head lejn il-grigal mill-fanal ta' Skroo u lejn il-lbiċ mill-fanal ta' Skadan | Aringi | Bla limitu |

2.Berwick upon Tweed lvant, Flamborough Head lvant | Aringi | Bla limitu |

3.North Foreland lvant, il-fanal ġdid ta' Dungeness nofsinhar | Aringi | Bla limitu |

E. AĊĊESS GĦALL-BELĠJU

Żona Ġeografika | Speċi: | Importanza jew karatteristiċi partikolari |

Kosta tar-Renju Unit (6 sa 12-il mil nawtiku)

1.Berwick upon Tweed lvantCoquer Island lvant | Aringi | Bla limitu |

2.Cromer tramuntanaNorth Foreland lvant | Tal-qiegħ | Bla limitu |

3.North Foreland lvantIl-fanal ġdid ta' Dungeness nofsinhar | Tal-qiegħ | Bla limitu |

Aringi | Bla limitu |

4.Il-fanal ġdid ta' Dungeness nofsinhar, Selsey Bill nofsinhar | Tal-qiegħ | Bla limitu |

5.Straight Point xlokk, South Bishop majjistral | Tal-qiegħ | Bla limitu |

2. ILMIJIET TAL-KOSTA TA' L-IRLANDA

A. AĊĊESS GĦAL FRANZA

Żona Ġeografika | Speċi: | Importanza jew karatteristiċi partikolari |

Kosta Irlandiża (6 sa 12-il mil nawtiku)

1.Erris Head majjistralSybil Point punent | Tal-qiegħ | Bla limitu |

Skampi | Bla limitu |

2.Mizen Head nofsinharStags nofsinhar | Tal-qiegħ | Bla limitu |

Skampi | Bla limitu |

Kavalli | Bla limitu |

3.Stags nofsinharCork nofsinhar | Tal-qiegħ | Bla limitu |

Skampi | Bla limitu |

Kavalli | Bla limitu |

Aringi | Bla limitu |

4.Cork nofsinhar, Carnsore Point nofsinhar | L-ispeċi kollha | Bla limitu |

5.Carnsore Point nofsinhar, Haulbowline xlokk | L-ispeċi kollha, ħlief frott tal-baħar bil-qoxra | Bla limitu |

B. AĊĊESS GĦAR-RENJU UNIT

Żona Ġeografika | Speċi: | Importanza jew karatteristiċi partikolari |

Kosta Irlandiża (6 sa 12-il mil)

1.Mine Head nofsinharHook Point | Tal-qiegħ | Bla limitu |

Aringi | Bla limitu |

Kavalli | Bla limitu |

2.Hook PointCarlingford Lough | Tal-qiegħ | Bla limitu |

Aringi | Bla limitu |

Kavalli | Bla limitu |

Skampi | Bla limitu |

L-ispeċi tal-molluski pectinidae | Bla limitu |

Ċ. AĊĊESS GĦALL-OLANDA

Żona ġeografika | Speċi: | Importanza jew karatteristiċi partikolari |

Kosta Irlandiża (6 sa 12-il mil)

1.Stags nofsinharCarnsore Point nofsinhar | Aringi | Bla limitu |

Kavalli | Bla limitu |

D. AĊĊESS GĦALL-ĠERMANJA

Żona ġeografika | Speċi: | Importanza jew karatteristiċi partikolarir |

Kosta Irlandiża (6 sa 12-il mil nawtiku)

1.Old Head of Kinsale nofsinharCarnsore Point nofsinhar | Aringi | Bla limitu |

2.Cork nofsinharCarnsore Point nofsinhar | Kavalli | Bla limitu |

E. AĊĊESS GĦALL-BELĠJU

Żona ġeografika | Speċi: | Importanza jew karatteristiċi partikolari |

Kosta Irlandiża (6 sa 12-il mil nawtiku)

1.Old Head of Kinsale nofsinharCarnsore Point nofsinhar | Aringi | Bla limitu |

2.Cork nofsinharCarnsore Point nofsinhar | Kavalli | Bla limitu |

3. ILMIJIET TAL-KOSTA TAL-BELĠJU

Żona ġeografika | Stat Membru | Speċi: | Importanza jew karatteristiċi partikolari |

3 sa 12-il mil nawtiku | L-Olanda | L-ispeċi kollha | Bla limitu |

Franza | Aringi | Bla limitu |

4. ILMIJIET TAL-KOSTA TAD-DANIMARKA

Żoni ġeografiċi | Stat Membru | Speċi: | Importanza jew karatteristiċi partikolari |

Kosta tal-Baħar tat-Tramuntana (fruntiera Daniża/Ġermaniża sa Hanstholm) (6 sa 12-il mil nawtiku) | Il-Ġermanja | Ħut ċatt | Bla limitu |

Gambli u gambli kbar | Bla limitu |

fruntiera Daniża/Ġermaniża sa Blåvands Huk | L-Olanda | Ħut ċatt | Bla limitu |

Ħut tond | Bla limitu |

Blåvands Huk sa Bovbjerg | Il-Belġju | Merluzz | Bla limitu f'Ġunju u Lulju biss |

Bakkaljaw | Bla limitu f'Ġunju u Lulju biss |

Il-Ġermanja | Ħut ċatt | Bla limitu |

L-Olanda | Barbun tat-tbajja | Bla limitu |

Lingwata | Bla limitu |

Thyborøn sa Hanstholm | Il-Belġju | Merlangu | Bla limitu f'Ġunju U Lulju biss |

Barbun tat-tbajja | Bla limitu f'Ġunju u Lulju biss |

Il-Ġermanja | Ħut ċatt | Bla limitu |

Sardin | Bla limitu |

Merluzz | Bla limitu |

Pollachius virens | Bla limitu |

Bakkaljaw | Bla limitu |

Kavalli | Bla limitu |

Aringi | Bla limitu |

Merlangu | Bla limitu |

L-Olanda | Merluzz | Bla limitu |

Barbun tat-tbajja | Bla limitu |

Lingwata | Bla limitu |

Skagerrak (Hanstholmto Skagen) (4 sa 12-il mil nawtiku) | Il-Belġju | Barbun tat-tbajja | Bla limitu f'Ġunju u Lulju biss |

Il-Ġermanja | Ħut ċatt | Bla limitu |

Sardin | Bla limitu |

Merluzz | Bla limitu |

Pollachius virens | Bla limitu |

Bakkaljaw | Bla limitu |

Kavalli | Bla limitu |

Aringi | Bla limitu |

Merlangu | Bla limitu |

L-Olanda | Merluzz | Bla limitu |

Barbun tat-tbajja | Bla limitu |

Lingwata | Bla limitu |

Kattegat | Il-Ġermanja | Merluzz | Bla limitu |

Ħut ċatt | Bla limitu |

Skampi | Bla limitu |

Aringi | Bla limitu |

Tramuntana ta' Zeeland sal-parallela tal-latitudni li tgħaddi mill-fanal ta' Forsnæs | Il-Ġermanja | Sardin | Bla limitu |

Il-Baħar Baltiku (inklużi Belts, Sound, Bornholm) 3 sa 12-il mil nawtiku | Il-Ġermanja | Ħut ċatt | Bla limitu |

Merluzz | Bla limitu |

Aringi | Bla limitu |

Sardin | Bla limitu |

Sallur | Bla limitu |

Salamun | Bla limitu |

Merlangu | Bla limitu |

Kavalli | Bla limitu |

Skagerrak (4 sa 12-il mil) | l-Isvezja | L-ispeċi kollha | Bla limitu |

Kattegat (3 sa 12-il mil) | l-Isvezja | L-ispeċi kollha | Bla limitu |

Il-Baħar Baltiku (3 sa 12-il mil) | l-Isvezja | L-ispeċi kollhai | Bla limitu |

Żoni ġeografiċi | L-Istati Membri | L-ispeċje: | Importanza jew karatteristiċi partikolari |

Il-Baħar tat-Tramuntana (3 sa 12-il mil nawtiku) il-kosti kollha | Id-Danimarka | Tal-qiegħ | Bla limitu |

Sardin | Bla limitu |

Sallura tar-ramel | Bla limitu |

L-Olanda | Tal-qiegħ | Bla limitu |

Gambli u gambli kbar | Bla limitu |

Il-fruntiera Daniża/Ġermaniża lejn il-ponta fit-tramuntana ta' Amrun f'54°43_T | Id-Danimarka | gambli u gambli kbar | Bla limitu |

Żona madwar Helgoland | Ir-Renju Unit | Merluzz | Bla limitu |

Barbun tat-tbajja | Bla limitu |

Il-Baħar Baltiku (3 sa 12-il mil) | Id-Danimarka | Merluzz | Bla limitu |

Barbun tat-tbajja | Bla limitu |

Aringi | Bla limitu |

Sardin | Bla limitu |

Sallur | Bla limitu |

Merlangu | Bla limitu |

Kavalli | Bla limitu |

6. ILMIJIET TAL-KOSTA TA' FRANZA U D-DIPARTIMENTI LIL HINN MILL-BAĦAR

Żoni ġeografiċi | Stat Membru | Speċi: | Importanza jew karatteristiċi partikolari |

Il-kosta tal-grigal ta' l-Atlantiku (6 sa 12-il mil)

Il-fruntiera Balġjana/Franċiża lejn il-lvant ta' Departement Manche (Vire-Grandcamp les Bains estwarju 49° 23' 30' T-1° 2 'PTTL) | Il-Belġju | Tal-qiegħ | Bla limitu |

Molluski tal-familja pectinidae | Bla limitu |

L-Olanda | L-ispeċi kollha | Bla limitu |

Dunkerque (2° 20' E) sa Cap d'Antifer (0° 10' L) | Il-Ġermanja | Aringi | Bla limitu minn Ottubru sa Diċembru biss |

Il-fruntiera Belġjana/Franċiża saCap d'Alprech punent (50° 42 30' T 1° 33' 30' L) | Ir-Renju Unit | Aringi | Bla limitu |

Kosta ta' l-Atlantiku (6 sa 12-il mil nawtiku)

Il-fruntiera Spanjola/Franċiża lejn 46° 08_ T | Spanja | Inċova | Sajd b'direzzjoni, bla limitu mill-1 sat-30 ta' Marzu biss Ġunju |

Sajd għal lixka ħajja mill-1 ta' Lulju sa l-31 ta' Ottubru biss. |

Sardin | Bla limitu mill-1 ta' Jannar sat-28 ta' Frar biss mill-1 ta' Lulju sal-31 ta' Diċembru, |

Barra hekk, attivitajiet relatati ma' l-ispeċi msemmijin hawn fuq għandhom jiġu segwiti skond u fil-limiti ta' l-attivitajiet segwiti matul l-1984 |

Kosta tal-Mediterran (6 sa 12-il mil nawtiku)

Il-fruntiera Spanjola Cap Leucate | Spanja | L-ispeċi kollha | Bla limitu |

7. ILMIJIET KOSTALI TA' SPANJA

Żona ġeografika | Stat Membru | speċi: | Importanza jew karatteristiċi partikolari |

Kosta ta' l-Atlantiku (6 sa 12-il mil nawtiku)

Fruntiera Franċiża/Spanjola sal-fanal ta' Cap Mayor (3° 47' P) | Franza | Pelaġiku | Bla limitu skond u fil-limiti ta' l-attivitajiet segwiti matul l- 1984 |

Kosta tal-Mediterran (6 sa 12-il mil nawtiku)

fruntiera Franċiża/Cap Creus | Franza | L-ispeċi kollha | Bla limitu |

8. ILMIJIET TAL-KOSTA TA' L-OLANDA

Żona ġeografika | Stat Membru | speċi: | Importanza jew karatteristiċi partikolari |

(3 sa 12-il mil nawtiku) il-kosta kollha | Il-Belġju | L-ispeċi kollhai | Bla limitu |

Id-Danimarka | Tal-qiegħ | Bla limitu |

Sardin | Bla limitu |

Sallur tar-ramel | Bla limitu |

Żgombru | Bla limitu |

Il-Ġermanja | Merluzz | Bla limitu |

Gambli u gambli kbar | Bla limitu |

(6 sa 12-il mil nawtiku) il-kosta kollha | Franza | L-ispeċi kollha | Bla limitu |

Texel punt ta' nofsinhar, punent ta' l-Olanda/Fruntiera Ġermaniża | Ir-Renju Unit | Tal-qiegħ | Bla limitu |

9. ILMIJIET TAL-KOSTA TAL-FINLANDJA

Żona ġeografika | Stat Membru | Speċi: | Importanza jew kratteristiċi partikolari |

Il-Baħar Baltiku (4 sa 12-il mil) | l-Isvezja | L-ispeċi kollha | Bla limitu |

Żona ġeografika | Stat membru | L-ispeċi kollha: | Importanza jew karatteristiċi partikolari |

Skagerrak (4 sa 12-il mil nawtiku) | Id-Danimarka | L-ispeċi kollha | Bla limitu |

Kattegat (3 sa 12-il mil) | Id-Danimarka | L-ispeċi kollha | Bla limitu |

Il-Baħar Baltiku (4 sa 12-il mil) | Id-Danimarka | L-ispeċi kollha | Bla limitud |

il-Finlandja | L-ispeċi kollha | Bla limitu |

--------------------------------------------------

ANNESS II

SHETLAND BOX

A. Limiti ġeografiċi

Mill-punt fuq il-kosta ta' l-Iskozja f'latitudni 58°30′ T sa 59°30′ T - 6°15′ P

Minn 58°30′ T - 6°15′ P sa 59°30′ T - 5°45′ P

Minn 59°30′ T - 5°45′ P sa 59°30′ T - 3°45′ P

matul il-linja tat-12-il mil nawtiku fit-tramuntana ta' l-Orkneys

Minn 59°30′ T - 3°00′ P sa 61°00′ T - 3°00′ P

Minn 61°00′ T - 3°00′ P sa 61°00′ T - 0°00′ P

matul il-linja tat-12-il mil nawtiku fit-tramuntana tax- Shetlands

Minn 61°00′ T - 0°00′ P sa 59°30′ T - 0°00′ P

Minn 59°30′ T - 0°00′ P sa 59°30′ T - 1°00′ P

Minn 59°30′ T - 1°00′ P sa 59°00′ T - 1°00′ P

Minn 59°00′ T - 1°00′ P sa 59°00′ T - 2°00′ P

Minn 59°00′ T - 2°00′ P sa 58°30′ T - 2°00′ P

Minn 58°30′ T - 2°00′ P sa 58°30′ T - 3°00′ P

Minn 58°30′ T - 3°00′ P sal-kosta tal-lvant ta' l-Iskozja fil-latitudni 58°30′ T.

B. Sforz tas-sajd awtorizzat

L-akbar numru ta' bastimenti b'tul bejn il-perpendikulari ta' mhux inqas minn 26 metru awtorizzati biex jistadu għal speċi tal-qiegħ, ħlief Norway pout u merlangu blu:

Stat Membru | Numru ta' bastimenti tas-sajd awtorizzati |

Franza | 52 |

Ir-Renju Unit | 62 |

Il-Ġermanja | 12 |

Il-Belġju | 2 |

--------------------------------------------------

Top