EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62008CN0168
Case C-168/08: Reference for a preliminary ruling from the Cour de cassation (France) lodged on 21 April 2008 — Iaszlo Hadadi (Hadady) v Csilla Marta Mesko, married name Hadadi (Hadady)
Kawża C-168/08: Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Cour de cassation (Franza) fil- 21 ta' April 2008 — Iaszlo Hadadi (Hadady) vs Csilla Marta Mesko, miżżewġa Hadadi (Hadady)
Kawża C-168/08: Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Cour de cassation (Franza) fil- 21 ta' April 2008 — Iaszlo Hadadi (Hadady) vs Csilla Marta Mesko, miżżewġa Hadadi (Hadady)
ĠU C 158, 21.6.2008, p. 13–14
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
21.6.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 158/13 |
Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Cour de cassation (Franza) fil-21 ta' April 2008 — Iaszlo Hadadi (Hadady) vs Csilla Marta Mesko, miżżewġa Hadadi (Hadady)
(Kawża C-168/08)
(2008/C 158/20)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour de cassation
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Iaszlo Hadadi (Hadady).
Konvenuta: Csilla Marta Mesko, miżżewġa Hadadi (Hadady).
Domandi preliminari
1) |
Għandu l-Artikolu 3(1)(b) [tar-Regolament (KE) Nru 2201/2003] (1) jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ li l-miżżewġin ikollhom kemm in-nazzjonalità ta' l-Istat tal-qorti adita u n-nazzjonalità ta' Stat Membru ieħor ta' l-Unjoni Ewropea, għandha tingħata preċedenza lin-nazzjonalità tal-qorti adita? |
2) |
Jekk ir-risposta għad-domanda preċedenti hija fin-negattiv, għandu għalhekk dan it-test jiġi interpretat bħala li jistabbilixxi, fil-każ fejn il-miżżewġin it-tnejn li huma jkollhom żewġ nazzjonalitajiet ta' l-istess żewġ Stati Membri, liema nazzjonalità hija l-aktar effettiva, fost iż-żewġ nazzjonalitajiet preżenti ? |
3) |
Jekk ir-risposta għad-domanda preċedenti hija fin-negattiv, għandu għalhekk jiġi kkunsidrat li dan it-test jagħti lill-miżżewġin għażla addizzjonali, peress li dawn jistgħu jagħżlu quddiem liema mill-qrati taż-żewġ Stati, li tagħhom huma għandhom in-nazzjonalità, iressqu l-kawża? |
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-27 ta' Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (ĠU L 338, p. 1).