21.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 158/13


Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Cour de cassation (Franza) fil-21 ta' April 2008 — Iaszlo Hadadi (Hadady) vs Csilla Marta Mesko, miżżewġa Hadadi (Hadady)

(Kawża C-168/08)

(2008/C 158/20)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Iaszlo Hadadi (Hadady).

Konvenuta: Csilla Marta Mesko, miżżewġa Hadadi (Hadady).

Domandi preliminari

1)

Għandu l-Artikolu 3(1)(b) [tar-Regolament (KE) Nru 2201/2003] (1) jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ li l-miżżewġin ikollhom kemm in-nazzjonalità ta' l-Istat tal-qorti adita u n-nazzjonalità ta' Stat Membru ieħor ta' l-Unjoni Ewropea, għandha tingħata preċedenza lin-nazzjonalità tal-qorti adita?

2)

Jekk ir-risposta għad-domanda preċedenti hija fin-negattiv, għandu għalhekk dan it-test jiġi interpretat bħala li jistabbilixxi, fil-każ fejn il-miżżewġin it-tnejn li huma jkollhom żewġ nazzjonalitajiet ta' l-istess żewġ Stati Membri, liema nazzjonalità hija l-aktar effettiva, fost iż-żewġ nazzjonalitajiet preżenti ?

3)

Jekk ir-risposta għad-domanda preċedenti hija fin-negattiv, għandu għalhekk jiġi kkunsidrat li dan it-test jagħti lill-miżżewġin għażla addizzjonali, peress li dawn jistgħu jagħżlu quddiem liema mill-qrati taż-żewġ Stati, li tagħhom huma għandhom in-nazzjonalità, iressqu l-kawża?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-27 ta' Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (ĠU L 338, p. 1).