EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CN0042

Kawża C-42/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fid-19 ta’ Jannar 2022 – Global, Companhia de Seguros SA vs Autoridade Tributária e Aduaneira

ĠU C 171, 25.4.2022, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 171, 25.4.2022, p. 15–15 (GA)

25.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fid-19 ta’ Jannar 2022 – Global, Companhia de Seguros SA vs Autoridade Tributária e Aduaneira

(Kawża C-42/22)

(2022/C 171/21)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Supremo Tribunal Administrativo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Global, Companhia de Seguros SA

Konvenut: Autoridade Tributária e Aduaneira

Domandi preliminari

1)

Il-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 13(B) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta’ Mejju 1977 fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (1) u, konsegwentement, l-attwali Artikolu 135(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (2), għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-kunċett ta’ “tranżazzjonijiet ta’ assigurazzjoni u ta’ riassigurazzjoni” għandu jinkludi, għall-iskopijiet tal-eżenzjoni mill-VAT, attivitajiet relatati jew addizzjonali bħax-xiri u l-bejgħ ta’ relitti ta’ vetturi?

2)

Il-punt (ċ) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 13(B) tas-Sitt Direttiva tal-VAT u, konsegwentement, l-Artikolu 136(a) sussegwenti tad-Direttiva dwar il-VAT, għandhom jiġu interpretati fis-sens li x-xiri u l-bejgħ ta’ relitti ta’ vetturi għandhom jitqiesu li jistgħu jitwettqu esklużivament minn entità eżentata inkwantu tali oġġetti ma kinux suġġetti għal dritt ta’ tnaqqis tal-VAT?

3)

In-nuqqas ta’ eżenzjoni tal-VAT fuq il-bejgħ tar-relitti ta’ vetturi mill-assiguraturi, fil-każ fejn ma hemmx dritt għal tnaqqis tal-VAT, huwa kuntrarju għall-prinċipju ta’ newtralità tal-VAT?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23.

(2)  ĠU 2006, L 347, p. 1, u r-rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.


Top