EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CN0386

Kawża C-386/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fis-27 ta’ Ġunju 2017 – Stefano Liberato vs Luminita Luisa Grigorescu

ĠU C 338, 9.10.2017, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 338/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fis-27 ta’ Ġunju 2017 – Stefano Liberato vs Luminita Luisa Grigorescu

(Kawża C-386/17)

(2017/C 338/03)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Stefano Liberato

Konvenuta: Luminita Luisa Grigorescu

Domandi preliminari

1)

Il-ksur tar-regoli dwar il-lis pendens, li jinsabu fl-Artikolu 19(2) u (3) tar-Regolament Nru 2201/2003 (1), għandu impatt esklużivament fuq l-istabbiliment tal-ġurisdizzjoni, bil-konsegwenti applikazzjoni tal-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 2201/2003, jew, għall-kuntrarju, jista’ jikkostitwixxi raġuni li tipprekludi r-rikonoxximent fl-Istat Membru li fih ġiet adita l-qorti inizjali, tas-sentenza mogħtija fl-Istat Membru li fih ġiet adita l-qorti sussegwenti, mill-perspettiva ta’ ordni pubbliku proċedurali, peress li l-Artikolu 24 tar-Regolament KE Nru 2201/2003 jirreferi biss għar-regoli li jiddeterminaw il-ġurisdizzjoni inklużi fl-Artikoli 3 sa 14, u mhux fis-sussegwenti Artikolu 19?

2)

L-interpretazzjoni tal-Artikolu 19 tar-Regolament Nru 2201/2003, intiż biss bħala kriterju determinattiv tal-ġurisdizzjoni, tmur kontra l-kunċett tad-dritt tal-Unjoni tal-lis pendens kif ukoll il-funzjoni u l-iskop tar-regola, intiża li tistabbilixxi sett ta’ regoli vinkolanti, ta’ ordni pubbliku proċedurali, li jiggarantixxi l-ħolqien ta’ spazju komuni kkaratterizzat mill-fiduċja u mill-lealtà proċedurali reċiproka bejn l-Istati Membri, li fih ikun jista’ jitwettaq ir-rikonoxximent awtomatiku u l-moviment liberu ta’ deċiżjonijiet?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 243)


Top