EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CN0400

Kawża C-400/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court (l-Irlanda) fis- 6 ta’ Awwissu 2010 — J. McB. vs L. E.

ĠU C 260, 25.9.2010, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 260/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court (l-Irlanda) fis-6 ta’ Awwissu 2010 — J. McB. vs L. E.

(Kawża C-400/10)

()

2010/C 260/17

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Supreme Court (l-Irlanda)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: J. McB.

Konvenuta: L. E.

Domanda preliminari

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 (1), tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (2), interpretat b’mod konformi mal-Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jew b’mod ieħor, jipprekludi li l-liġi ta’ Stat Membru teħtieġ li l-missier ta’ wild li mhuwiex miżżewweġ ma’ omm il-wild jikseb mingħand il-qorti kompetenti deċiżjoni li tafdalu l-kustodja ta’ dan il-wild sabiex jiġi kkunsidrat li għandu “drittijiet ta’ kustodja” li jirrendu t-tneħħija tal-wild barra mill-pajjiż ta’ residenza abitwali illegali għall-finijiet tal-Artikolu 2(11) ta’ dan ir-Regolament?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 19, Vol. 6, p. 243).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1347/2000, tad-29 ta’ Mejju 2000, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi f’materji matrimonjali u f’materji ta’ responsabbiltà tal-ġenituri għall-ulied taż-żewġ konjuġi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 1, p. 209).


Top