EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CJ0147

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tal-31 ta' Jannar 2008.
il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs ir-Repubblika Franċiża.
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttivi 80/778/KEE u 98/83/KE - Kwalità ta’ ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem - Konċentrazzjoni massima ta’ nitrati u ta’ pestiċidi - Applikazzjoni żbaljata.
Kawża C-147/07.

ECLI identifier: ECLI:EU:C:2008:67





Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-31 ta’ Jannar 2008 – Il-Kummissjoni vs Franza

(Kawża C‑147/07)

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttivi 80/778/KEE u 98/83/KE – Kwalità ta’ ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem – Konċentrazzjoni massima ta’ nitrati u ta’ pestiċidi – Applikazzjoni żbaljata”

1.                     Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Evalwazzjoni tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja – Sitwazzjoni li għandha tittieħed in kunsiderazzjoni – Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 14)

2.                     Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Suġġett tal-kawża – Determinazzjoni matul il-proċedura prekontenzjuża (Artikolu 226 KE) (ara l-punti 18-19)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu ma’ l-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE, tat-3 ta’ Novembru 1998, dwar il-kwalità ta’ l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 330, p. 32) – Qbiż, f’ċerti dipartimenti, tal-parametri kimiċi stabbiliti fil-parti B ta’ l-Anness I tad-Direttiva 98/83 – Nitrati u pestiċidi.

Dispożittiv

 

Billi ma adottatx il-miżuri neċessarji kollha sabiex tikkonforma ruħha ma’ l-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE, tat-3 ta’ Novembru 1998, dwar il-kwalità ta’ l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skond id-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva.

 

Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż.

Top