EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CA0068

Kawża C-68/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat- 29 ta' Novembru 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Högsta domstolen — L-Iżveżja) — Kerstin Sundelind Lopez vs Miguel Enrique Lopez Lizazo (Regolament (KE) Nru 2201/2003 — Artikoli 3, 6 u 7 — Kompetenza ġurisdizzjonali — Għarfien u infurzar ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri — Ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet ta' divorzju — Konvenut ċittadin u residenti ta' pajjiż terz — Regoli nazzjonali ta' ġurisdizzjoni li jipprovdu vantaġġ eżorbitanti)

ĠU C 22, 26.1.2008, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-29 ta' Novembru 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Högsta domstolen — L-Iżveżja) — Kerstin Sundelind Lopez vs Miguel Enrique Lopez Lizazo

(Kawża C-68/07) (1)

(Regolament (KE) Nru 2201/2003 - Artikoli 3, 6 u 7 - Kompetenza ġurisdizzjonali - Għarfien u infurzar ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri - Ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet ta' divorzju - Konvenut ċittadin u residenti ta' pajjiż terz - Regoli nazzjonali ta' ġurisdizzjoni li jipprovdu vantaġġ eżorbitanti)

(2008/C 22/29)

Lingwa tal-kawża: L-Iżvediż

Qorti tar-rinviju

Högsta domstolen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Kerstin Sundelind Lopez

Konvenut: Miguel Enrique Lopez Lizazo

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Högsta domstolen — Interpretazzjoni ta' l-Artikoli 3, 6 u 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta' Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000, (ĠU L 338, p. 1) — Ġurisdizzjoni fil-kuntest ta' proċedura ta' divorzju, mhuwiex domiċiljat fit-territorju ta' Stat Membru u lanqas ċittadin ta' Stat Membru

Dispożittiv

L-Artikoli 6 u 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta' Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000, kif emendat mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2116/2004, tat-2 ta' Diċembru 2004, fir-rigward ta' Trattati mas-Santa Sede, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fil-kuntest ta' proċedura ta' divorzju, fejn il-konvenut ma jkollux ir-residenza abitwali tiegħu fi Stat Membru u ma jkunx ċittadin ta' Stat Membru, il-qrati ta' Stat Membru ma jistgħux, sabiex jiddeċiedu fuq din it-talba, jibbażaw il-ġurisdizzjoni tagħhom fuq id-dritt nazzjonali jekk qrati ta' Stat Membru ieħor ikollhom il-ġurisdizzjoni skond l-Artikolu 3 ta' l-imsemmi regolament.


(1)  ĠU C 82, 14.4.2007.


Top