EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023R1774

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/1774 tal-14 ta’ Settembru 2023 li jikkoreġi xi wħud mill-verżjonijiet lingwistiċi tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-addittivi tal-ikel (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2023/6094

ĠU L 228, 15.9.2023, p. 196–196 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/1774/oj

15.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 228/196


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1774

tal-14 ta’ Settembru 2023

li jikkoreġi xi wħud mill-verżjonijiet lingwistiċi tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-addittivi tal-ikel

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-verżjonijiet bil-lingwa Olandiża u bil-lingwa Taljana tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 fihom traduzzjoni żbaljata ta’ terminu fil-Parti E, fl-entrati li jikkonċernaw il-kategorija tal-ikel 17.1, li ċċekken il-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodotti li fihom jistgħu jintużaw ċerti addittivi tal-ikel.

(2)

Għaldaqstant, jenħtieġ li l-verżjonijiet bil-lingwa Olandiża u bil-lingwa Taljana tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jiġu kkoreġuti skont dan. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħra mhumiex affettwati.

(3)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjonijiet tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, li ngħataw fis-17 ta’ April 2018 u fl-10 ta’ Marzu 2021,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

(Ma japplikax għal-lingwa Maltija.)

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Settembru 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.


Top