EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31990L0496

Id-Direttiva tal-Kunsill ta’ l-24 ta’ Settembru 1990 dwar l-ittikkettar tan-nutrizzjoni għall-oġġetti ta’ l-ikel

ĠU L 276, 6.10.1990, p. 40–44 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 12/12/2014; Imħassar b' 32011R1169

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1990/496/oj

31990L0496



Official Journal L 276 , 06/10/1990 P. 0040 - 0044
Finnish special edition: Chapter 15 Volume 10 P. 0007
Swedish special edition: Chapter 15 Volume 10 P. 0007


DIRETTIVA TAL-KUNSILL

ta' l-24 ta' Settembru 1990

dwar l-ittikkettar tan-nutrizzjoni għall-oġġetti ta' l-ikel

(90/496/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 100a tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni ([1]),

B'kooperazzjoni mal-Parlament Ewropew ([2]),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ([3])

Billi huwa importanti li jiġu adottati miżuri bl-iskop li jiġi stabbilit progressivament is-suq intern sal-31 ta' Diċembru 1992; billi s-suq intern għandu jikkomprendi żona mingħajr fruntieri interni li fiha l-moviment liberu ta' merkanzija, persuni, servizzi u kapital jiġi żgurat;

Billi hemm interss pubbliku li dejjem jikber fir-relazzjoni bejn id-dieta u s-saħħa u fl-għażla ta' dieta xierqa adatta għall-ħtiġiet individwali;

Billi l-Kunsill u r-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri mlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, fir-riżoluzzjoni tagħhom tas-7 ta' Lulju 1986 dwar il-programm Ewropew kontra l-kanċer, ikkunsidraw li t-titjib fin-nutrizzjoni għandu jkun prijorità;

Billi t-tagħlim tal-prinċipji bażiċi tan-nutrizzjoni u l-ittikkettar approprjat tan-nutrizzjoni għall-oġġetti ta' l-ikel għandu jikkontribwixxi b'mod sinifikanti biex jippermetti lill-konsumatur li jagħmel l-għażla tiegħu;

Billi d-dispożizzjoni ta' l-ittikkettar tan-nutrizzjoni għandu jgħin fl-azzjoni fil-qasam ta' l-edukazzjoni dwar in-nutrizzjoni lill-pubbliku;

Billi, għall-benefiċċju tal-konsumatur min-naħa l-waħda, u biex tiġi evitata l-possibbiltà ta' ostakoli tekniċi fil-kummerċ min-naħa l-oħra, l-ittikkettar tan-nutrizzjoni għandu jiġi preżentat f'forma standardizzata applikabbli mal-Komunità kollha;

Billi oġġetti ta' l-ikel li jġorru tikkettar tan-nutrizzjoni għandhom jikkonformaw mar-regoli stabbiliti f'din id-Direttiva;

Billi kull forma oħra ta' tikkettar tan-nutrizzjoni għandha tkun ipprojbita iżda oġġetti ta' l-ikel li ma jġorru ebda tikketta tan-nutrizzjoni għandhom ikunu jistgħu jiċċirkolaw b'mod ħieles;

Billi, biex jappella għall-konsumatur medju u biex jilħaq l-iskop li għalih kien introdott, u minħabba l-livell baxx preżenti tat-tagħrif dwar is-suġġett tan-nutrizzjoni, l-informazzjoni provduta għandha tkun sempliċi u li tiftiehem b'mod faċli;

Billi l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva għal ċertu tul ta' żmien tippermetti li tinkiseb esperjenza ta' valur dwar is-suġġett u li tiġi valutata r-reazzjoni tal-konsumatur għall-mod li bih it-tagħrif dwar in-nutrizzjoni jiġi preżentat u b'hekk tippermetti lill-Kummissjoni li tirrevedi r-regoli u tipproponi emendi approprjati;

Billi biex jiġu mħajra l-partijiet interessati, speċjalment impriżi żgħar u ta' daqs medju, biex jipprovdu tikkettar tan-nutrizzjoni fuq prodotti kemm jista' jkun, miżuri biex jagħmlu dak it-tagħrif aktar komplet u aktar ibbilanċjat għandhom jiġu ntrodotti gradwalment;

Billi r-regoli provduti f'din id-Direttiva għandhom ukoll iqisu l-linji gwida tal-Codex Altimentarius dwar l-ittikkettar tan-nutrizzjoni;

Billi dispożizzjonijiet u definizzjonijiet ġenerali għall-ittikkettar jinsabu fid-Direttiva tal-Kunsill 79/112/KEE tat-18 ta' Diċembru 1978 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar l-ittikkettar, il-preżentazzjoni u r-reklamar ta' oġġetti ta' l-ikel għall-bejgħ lill-konsumatur finali ([4]), kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 89/395/KEE ([5]); billi din id-Direttiva għandha għalhekk tiġi limitata għal dawk id-dispożizzjonijiet li jirreferu għat-tikkettar tan-nutrizzjoni,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

1. Din id-Direttiva tikkonċerna t-tikkettar tan-nutrizzjoni ta' l-oġġetti ta' l-ikel li għandhom ikunu ikkunsenjati bħala tali lill-konsumatur finali. Għandha wkoll tappika għall-oġġetti ta' l-ikel maħsuba biex ukunu fornuti lil ristoranti, sptarijiet, canteens u stabbilimenti simili ta' caterers bil-kwantità (hawnhekk iżjed il quddiem imsejħa caterers bil-kwantità).

2. Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal:

- ilma minerali naturali jew ilma ieħor maħsub għall-konsum tal-bniedem,

- integraturi tad-dieta/supplimenti ta' l-ikel.

3. Din id-Direttiva għandha tapplika mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta' tikkettar tad-Direttiva tal-Kunsill 89/398/KEE tat-3 ta' Mejju 1989 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar oġġetti ta' l-ikel maħsuba għall-użi partikolari ta' nutrizzjoni ([6]) u d-Direttivi speċifiċi li għalihom jirreferi l-Artikolu 4 ta' dik id-Direttiva.

4. Għall-iskopijiet ta' din il-Direttiva:

a) tikkettar tan-nutrizzjoni' tfisser kull tagħrif li jidher fuq it-tikketta u li għandu x'jaqsam ma':

b) valur ta' enerġija;

(ii) in-nutrijenti li ġejjin:

- proteina,

- karboidrat,

- xaħam,

- fibra,

- sodju,

- vitamini u minerali elenkati fl-Anness u preżenti f'ammonti sinifikanti kif definit f'dak l-Anness.

Bidliet fil-lista ta' vitamini, minerali u l-kwantità rakkomandata tagħhom ta' kull jum għandhom ikunu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 10;

a) allegazzjoni tan-nutrizzjoni' tfisser kull rappreżentazzjoni jew messaġġ ta' reklamar li jiddikjara, jissuġġerixxi jew jimplika li oġġett ta' l-ikel għandu karatteristiċi partikolari ta' nutrizzjoni minħabba l-enerġija (valur kalorifiku) li

- jipprovdi,

- jipprovdi b'rata mnaqqsa jew miżjuda jew

- ma jipprovdix,

u/jew minħabba n-nutrijenti li

- fih,

- ikollu fi proporzjonijiet imnaqqsa jew miżjuda jew

- ma jkollux

Referenza għall-kwalitajiet jew kwantitajiet ta' nutrijent ma tikkostitwixxix allegazzjoni tan-nutrizzjoni sa fejn hi meħtieġa b'leġislazzjoni.

Skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 10, jista' jiġi deċiż li f'ċerti każi fejn il-kondizzjonijiet deskritti f'dan il-punt jiġu sodisfatti;

(ċ) proteina' tfisser il-kontenut ta' proteina kalkolat bl-użu tal-formula: protein = total Kjeldahl nitrogen × 6,25;

(d) karboidrat' tfisser kull karboidrat li huwa metabolizzat fil-bniedem, u jinkludi polyols;

(e) zokkor' tfisser il-monosaccharides u disaccharides kollha preżenti fl-ikel, iżda jeskludi polyols;

(f) xaħam' tfisser lipids totali, u tinkludi phospholipids;

(g) saturati' tfisser aċidi tax-xaħam mingħajr rabta doppja;

(h) 'mono-unsaturates' tfisser aċidi tax-xaħam b'rabta doppja cis waħda;

(i) 'polyunsaturates' tfisser aċidi tax-xaħam b'rabta doppja interrota cis jew cis-methylene;

(j) fibra' tfisser il-materjal li għandu jiġi definit skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 10 u mkejjel bil-metodu ta' analiżi li għandu jiġi stabbilit skond dik il-peroċedura;

(k) valur medju' tfisser il-valur li jirrappreżenta l-aħjar l-ammont ta' nutrijent li ikel partikolari jkun fih, u jirrifletti l-parametri għall-varjabbilità staġjonali, xejra ta' konsum u fatturi oħra li jistgħu jikkawżaw li l-valur attwali jvarja.

Artikolu 2

1. Bla ħsara għall-paragrafu 2 it-tikkettar tan-nutrizzjoni m'għandux ikun obbligatorju.

2. Fejn allegazzjoni tan-nutrizzjoni tidher fuq it-tikketta, fil-preżentazzjoni jew fir-reklamar, bl-esklużżjoni ta' reklamar ġeneriku, l-ittikkettar tan-nutrizzjoni għandu jkun obbligatorju.

Artikolu 3

L-uniċi allegazzjonijiet tan-nutrizzjoni permessi għandhom ikunu dawk li jirrelataw ma' l-enerġija, man-nutrijenti elenkati fl-Artikolu 1(4)(a) (ii) u mas-sustanzi li jagħmlu sehem minn jew li huma komponenti ta' kategorija ta' dawk in-nutrijenti. Dispożizzjonijiet li jirrestrinġu jew jipprojbixxu allegazzjonijiet tan-nutrizzjoni skond it-tifsira ta' dan l-Artikolu jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 10.

Artikolu 4

1. Fejn l-ittikkettjar tan-nutrizzjoni jiġi provdut, it-tagħrif li għandu jingħata għandu jkun jikkonsisti jew fi grupp 1 jew fi grupp 2 fl-ordni li ġej:

Grupp 1

a) valur ta' enerġija;

b) l-ammonti ta' proteina, karboidrati u xaħam.

Grupp 2

a) valur ta' enerġija;

b) l-ammonti ta' proteina, karboidrati, zokkor, xaħam, saturati, fibra u sodju.

2. Fejn allegazzjoni tan-nutrizzjoni issir għal zokkor, saturati, fibra jew sodju, it-tagħrif li għandu jingħata għandu jikkonsisti fil-grupp 2.

3. L-ittikkettar tan-nutrizzjoni jista' wkoll jinkludi l-ammonti ta' wieħed jew aktar minn dan li ġej:

- lamtu,

- polyols,

- mono-unsaturates,

- polyunsaturates,

- kolesterol,

- kull waħda mill-vitamini jew minerali elenkati fl-Anness u preżenti f'ammonti sinifikanti kif definit f'dak l-Anness.

4. Id-dikjarazzjoni tas-sustanzi li jagħmlu sehem minn jew huma komponenti ta' waħda mill-kategoriji ta' nutrijenti msemmija fil-paragrafi 1 u 3 għandha tkun obbligatorja fejn issir allegazzjoni tan- nutrizzjoni.

Barra minn hekk, fejn l-ammont ta' polyunsaturates u/jew mono-unsaturates u/jew rata ta' kolesterol tingħata, l-ammont ta' saturati għandu jingħata wkoll, bid-dikjarazzjoni ta' dan ta' l-aħħar ma tikkostitwixxix - f'dan il-każ - allegazzjoni tan-nutrizzjoni skond it-tifsira tal-paragrafu 2.

Artikolu 5

1. Il-valur ta' enerġija li għandu jiġi dikjarat għandu jkun kalkolat bl-użu tal-fatturi ta' konverżjoni li ġejjin:

- karboidrati (ħlief polyols) 4 kcal/g - 17kJ/g

- polyols 2,4 kcal/g - 10kJ/g

- proteina 4 kcal/g - 17kJ/g

- xaħam 9 kcal/g - 37kJ/g

- alkoħol (ethanol) 7 kcal/g - 29kJ/g

- aċidu organiku 3 kcal/g - 13kJ/g

2. Dispożizzjonijiet dwar il-punti li ġejjin għandhom ikunu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 10:

- emendi għall-fatturi ta' konverżjoni msemmija fil-paragrafu 1,

- iż-żieda mal-lista fil-paragrafu 1 ta' sustanzi li jagħmlu sehem minn jew huma komponenti ta' waħda mill-kategoriji ta' nutrijenti msemmija f'dak il-paragrafu u l-fatturi ta' konverżjoni tagħhom biex jiġi kalkolat b'mod aktar eżatt il-valur ta' enerġija ta' l-oġġetti ta' l-ikel.

Artikolu 6

1. Id-dikjarazzjoni tal-valur ta' enerġija u tal-proporzjon tan-nutrijenti jew tal-komponenti tagħhom għandha tkun numerika. L-unitajiet li għandhom jintużaw huma dawn li ġejjin:

- enerġija - kJ u kcal

- proteini

- karboidrati

- xaħam Grammi (g)

- fibri

- sodju

- kolesterol

- vitamini u minerali

2. It-tagħrif għandu jkun espress għal kull 100g jew għal kull ml. Barra minn hekk, dan it-tagħrif jista' jingħata għal kull sehem kif kwantifikat fuq it-tikketta jew għal kull porzjon, sakemm in-numru ta' porzjonijiet li jinsabu fil-pakkett ikun dikjarat.

3. Skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 10 jista' jiġi deċiż li t-tagħrif fil-paragrafu 1 u 2 jista' jingħata wkoll f'forma grafika skond formati li għandhom jiġu stabbiliti.

4. L-ammonti msemmija għandhom ikunu dawk ta' l-ikel kif mibjugħ. Fejn japplika, dan it-tagħrif jista' jirrelata ma' l-oġġett ta' l-ikel wara t-tħejjija, sakemm jingħataw struzzjonijiet tat-tħejjija suffiċjentement dettaljati u li t-tagħrif ikun jirrelata ma' l-ikel kif imħejji għall-konsum.

5. (a) It-tagħrif dwar vitamini u minerali għandu wkoll inkun espress bħala persentaġġ ta' l-ammont rakkomandat ta' kull jum (RDA) mogħti fl-Anness għall-ammonti kif speċifikati fil-paragrafu 2.

(b) Il-perċentwali ta' l-ammont rakkomandat ta' kull jum (RDA) għall-vitamini u minerali jista' wkoll jingħata f'forma grafika. Regoli għall-implimentazzjoni ta' dan is-subparagrafu jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 10.

6. Meta zokkor u/jew polyols u/jew lamtu jiġu dikjarati, dik id-dikjarazzjoni għandha minnufih issegwi d-dikjarazzjoni tal-kontenut ta' karboidrat bil-mod li ġej:

- karboidrati g

li minnhom:

- zokkor g

- polyols g

- lamtu g

7. Meta l-ammont u/jew tip ta' aċidu xaħmija u/jew rata ta' kolesterol ikun ddikjarat, din id-dikjarazzjoni għandha minnufih issegwi d-dikjarazzjoni tax-xaħmijiet totali bil-mod li ġej:

- xaħam: g

li minnu:

- saturati g

- mono-unsaturates g

- polyunsaturates g

- kolesterol mg

8. Il-valuri dikjarati għandhom, skond il-każ individwali, ikunu l-valuri medji bażati fuq:

(a) l-analiżi ta' l-ikel mill-manifattur;

(b) kalkolu mill-valuri magħrufa jew medja attwali ta' l-ingredjenti wżati;

(ċ) kalkolu minn data ġeneralment stabbilita u aċċettata.

Ir-regoli għall-implimentazzjoni ta' l-ewwel subparagrafu fir-rigward b'mod partikolari tad-differenzi bejn il-valuri dikjarati u dawk stabbiliti fil-kors tal-verifiki uffiċċali għandhom jiġu deċiżi skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 10.

Artikolu 7

1. It-tagħrif kopert b'din id-Direttiva għandu jkun preżentat flimkien f'post wieħed f'forma ta' tabella, bin-numri allinejati jekk l-ispazju jippermetti. Fejn l-ispazju ma jippermettix, it-tagħrif għandu jkun preżentat f'forma linejari.

Għandu jkun stampat f'karattri leġibbli u li ma jitħassrux f'post fejn jidher.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tagħrif kopert b'din id-Direttiva jidher f'lingwa li tinftiehem faċilment mix-xerrejja, sakemm ma jkunux ittieħdu miżuri oħra biex ikun żgurat li x-xerrej ikun mgħarraf. Din id-dispożizzjoni m'għandhiex ma tħallix li t-tagħrif ikun indikat f'aktar minn lingwa waħda.

3. L-Istati Membri għandhom iżommu milli jistipulaw ħtiġiet aktar dettaljati minn dawk li diġà jinsabu f'din id-Direttiva dwar l-ittikkettar tan-nutrizzjoni.

Artikolu 8

Fil-każ ta' prodotti ta' l-ikel li ma jkunux ippakkeġġati minn qabel imqiegħda għall-bejgħ lill-konsumatur ta' l-aħħar jew lill-caterers bil-kwantità u l-oġġetti ta' l-ikel ippakkjati fil-punt tal-bejgħ fuq it-talba tax-xerrej jew ippakkeġġjati minn qabel bil-ħsieb li jinbiegħu minnufih, il-medda tat-tagħrif li għaliha jirreferi l-Artikolu 4 u l-mod tal-komunikazzjoni tiegħu jista' jiġi stabbilit b'dispożizzjonijiet nazzjonali sa l-adozzjoni eventwali ta' miżuri tal-Komunità skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 10.

Artikolu 9

Kull miżura li x'aktarx ikollha effett fuq is-saħħa pubblika għandha tiġi adottata wara konsultazzjoni mal-Kumitat Xjentifiku għall-Ikel, imwaqqaf bid-Deċiżjoni 74/234/KEE ([7]).

Artikolu 10

1. Fejn il-proċedura stabbilita f'dan l-Artikolu għandha tiġi segwita, il-każ għandu jiġi riferit lill-Kumitat Permanenti għall-Oġġetti ta' l-Ikel, imwaqqaf bid-Deċiżjoni 69/414/KEE ([8]) (hawnhekk iżjed il quddiem imsejjaħ il-Kumitat') mill-President tiegħu, jew fuq inizjattiva tiegħu jew fuq talba tar-rappreżentant ta' xi Stat Membru.

2. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jibgħat lill-Kumitat abbozz tal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar l-abbozz f'terminu ta' żmien li jista' jiffissa l-President skond l-urġenza tal-każ. L-opinjoni għandha tingħata bil-maġġoranza stabbilita fl-Artikolu 148(2) tat-Trattat fil-każ ta' deċiżjonijiet li l-Kunsill huwa meħtieġ li jadotta fuq proposta mill-Kummissjoni. Il-voti tar-rappreżentanti ta' l-Istati Membri fi ħdan il-Kumitat għandhom ikunu peżati bil-mod stabbilit f'dak l-Artikolu. Il-President m'għandux jivvota.

3. (a) Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri maħsuba jekk dawn ikunu skond l-opinjoni tal-Kumitat.

(b) Fejn il-miżuri maħsuba ma jkunux skond l-Opinjoni tal-Kumitat, jew jekk ebda opinjoni ma tingħata, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tibgħat lill-Kunsill proposta dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kunsill għandu jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata.

(ċ) Jekk, wara li jgħaddu tliet xhur minn meta jkunu ntbagħtulu, il-Kunsill ma jkunx aġixxa, il-miżuri proposti għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni.

Artikolu 11

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva u għandhom minnufih javżaw lill-Kummissjoni b'dan. Dawk il-miżuri għandhom jiġu applikati b'mod illi:

- jippermettu l-kummerċ ta' prodotti li jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa l-1 ta' April 1992,

- jipprojbixxu l-kummerċ ta' prodotti li ma jikkonformawx ma' din id-Direttiva b'effett mill-1 ta' Ottubru 1993.

2. Sa,... (ħames snin wara n-notifika ta' din id-Direttiva), id-dikjarazzjoni dwar l-ittikkettar tan-nutrizzjoni, jew fuq bażi volontarja jew fuq allegazzjoni tan-nutrizzjoni ta' wieħed jew aktar min-nutrijenti li ġejjin; zokkor, saturati, fibra, sodju, m'għandhiex tiskatta l-obbligazzjoni stabbilita fl-Artikolu 4(1) u (2) li jkunu ddikjarati dawn in-nutrijenti kollha.

3. Il-Kummissjoni għandha, sa... (tmien snin wara n-notifika ta' din id-Direttiva), tibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Fl-istess waqt, għandha tibgħat lill-Kunsill proposti approprjati għall-emendi.

Artikolu 12

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri kollha.

Magħmula fi Brussel, fl-24 ta' Settembru 1990.

Għall-Kunsill

Il-President

V. SACCOMANDI

ANNESS

Vitamini u minerali li jistgħu jiġu dikjarati u l-ammont rakkomandat ta' kull jum (RDAs)

Vitamina A µg Vitamina D µg Vitamina E mg Vitamina C mg Thiamin mg Riboflavin mg Niacin mg Vitamina B6 mg Folacin µg 800 5 10 60 1,4 1,6 18 2 200 Vitamina B12 µg Biotin mg Pantothenic acid mg Calcium mg Fosfru mg Ħadid mg Magnesium mg Zinc mg Jodju µg 1 0,15 6 800 800 14 300 15 150

Bħala regola, 15 % ta' l-ammont rakkomandat speċifikat fl-Anness provdut minn 100 g jew 100 ml jew kull pakkett jekk il-pakkett ikun fih biss porzjon wieħed għandu jkun kunsidrat biex jiġi deċiż x'jikkostitwixxi ammont sinnifikanti.

[1] ĠU Ċ 282, 5.11.1988, p. 8 u ĠU Ċ 296, 24.11.1989, p.3.

[2] ĠU Ċ 158, 26.6.1989, p. 250 u ĠU Ċ 175, 16.7.1990, p. 76.

[3] ĠU Ċ 159, 26.6.1989, p. 41.

[4] ĠU L 33, 8.2.1979, p. 1.

[5] ĠU L 186, 30.6.1989, p. 17.

[6] ĠU L 186, 30.6.1989, p. 27

[7] ĠU L 136, ta' l-20.5.1974, p. 1

[8] ĠU L 291, 19.11.1969, p. 9

Milligrammi (mg) l-unittajiet speċifikati fl-Anness

Top