EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R0238

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/238 tal-10 ta' Frar 2017 li jemenda l-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi

C/2017/0716

ĠU L 36, 11.2.2017, p. 37–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/238/oj

11.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 36/37


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/238

tal-10 ta' Frar 2017

li jemenda l-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-prodotti kożmetiċi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 31(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumaturi (“SCCS”), fl-opinjoni tiegħu tas-16 ta' Diċembru 2008 (2) ikkonkluda li l-użu tal-Benzofenon-3 bħala filter tal-UV f'konċentrazzjoni sa 6 % w/w fil-prodotti kożmetiċi li jipproteġu mix-xemx u sa' 0,5 % w/w fit-tipi kollha ta' prodotti kożmetiċi għall-protezzjoni tal-formulazzjoni ma' jippreżentax riskju għas-saħħa umana, għajr il-potenzjal ta' effett allerġeniku mal-kuntatt jew fotoallerġeniku tiegħu.

(2)

Għaldaqstant, il-konċentrazzjoni massima attwali ta' 10 % w/w fil-każ tal-Benzofenon-3 użat bħala filter tal-UV fil-prodotti kożmetiċi għandha titnaqqas għal 6 % w/w.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(4)

L-applikazzjoni tal-konċentrazzjoni massima l-ġdida għandha tiġi deferita biex l-industrija tingħata ż-żmien ħalli twettaq l-aġġustamenti neċessarji għall-formulazzjonijiet tal-prodotti. B'mod partikolari, l-azjendi għandhom jingħataw sitt xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament sabiex jieħdu l-miżuri neċessarji ħalli jqiegħdu fis-suq prodotti konformi u ma jkomplux jagħmlu għad-dispożizzjoni l-prodotti li diġà tqiegħdu fis-suq li mhumiex konformi mal-konċentrazzjoni massima l-ġdida.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Kożmetiċi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu japplika mit-3 ta' Settembru 2017.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak li fih jiġi ppublikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Frar 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 342, 22.12.2009, p. 59.

(2)  SCCP 1201/08


ANNESS

Fl-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009, l-entrata 4 tinbidel b'dan li ġej:

In-numru ta' referenza

L-identifikazzjoni tas-sustanza

Kundizzjonijiet

Il-kliem li għandu jintuża fil-kundizzjonijiet tal-użu u t-twissijiet

Isem kimiku/INN/XAN

L-isem tal-Glossarju ta' Ingredjenti Komuni

In-numru CAS

In-numru KE

It-tip ta' prodott, il-partijiet tal-ġisem

Konċentrazzjoni massima fi preparazzjoni lesta għall-użu

Oħrajn

a

b

c

d

e

f

g

h

i

“4

2-Idrossi-4-metossibenzofenon/Ossibenzon

Benzofenon-3

131-57-7

205-031-5

 

6 %

Mhux aktar minn 0,5 % għall-protezzjoni tal-formulazzjoni tal-prodott

Fih il-Benzofenon-3 (1)”


Top