EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TN0639

Kawża T-639/17: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Settembru 2017 – Madrid Diario de la Noche et vs Il-Kummissjoni u SRB

ĠU C 412, 4.12.2017, p. 34–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

201711170541556032017/C 412/496392017TC41220171204MT01MTINFO_JUDICIAL20170921343521

Kawża T-639/17: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Settembru 2017 – Madrid Diario de la Noche et vs Il-Kummissjoni u SRB

Top

C4122017MT3410120170921MT0049341352

Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Settembru 2017 – Madrid Diario de la Noche et vs Il-Kummissjoni u SRB

(Kawża T-639/17)

2017/C 412/49Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Madrid Diario de la Noche, SA (Madrid, Spanja) u 24 rikorrent ieħor (rappreżentanti: B. Cremades Roman, F. Orts Castro, J. López Useros, S. Cajal Martín u P. Marrodán Lázaro, avukati)

Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

Talbiet

tikkunsidra din it-talba u d-dokumenti mehmuża magħha bħala mressqa u, bl-istess mod, l-argumenti fihom;

tannulla d-deċiżjoni tal-SRB Nru SRB/EES/2017/08 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1246, it-tnejn li huma tas-7 ta’ Ġunju 2017 u, konsegwentement, tikkundanna lill-SRB u lill-Kummissjoni Ewropea sabiex iħallsu lura lir-rikorrenti l-investimenti tagħhom fil-Banco Popular jew, sussidjarjament, tikkundanna lill-SRB u lill-Kummissjoni jħallsu lir-rikorrenti għad-danni minħabba responsabbiltà mhux kuntrattwali;

tikkundanna lill-SRB u lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-kawża;

tannulla l-evalwazzjoni magħmula mill-espert indipendenti tal-SRB u, wara li jsir kalkolu tal-valur nett tal-assi tal-Banco Popular, tikkundanna lill-SRB u lill-Kummissjoni Ewropea sabiex jikkumpensaw lir-rikorrenti skont it-termini espressi f’dan ir-rikors.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.

Top