EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CN0572

Kawża C-572/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Högsta domstolen (l-Isvezja) fit-28 ta’ Settembru 2017 – Riksåklagaren vs Imran Syed

ĠU C 412, 4.12.2017, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

201711170091555442017/C 412/265722017CJC41220171204MT01MTINFO_JUDICIAL20170928171711

Kawża C-572/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Högsta domstolen (l-Isvezja) fit-28 ta’ Settembru 2017 – Riksåklagaren vs Imran Syed

Top

C4122017MT1710120170928MT0026171171

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Högsta domstolen (l-Isvezja) fit-28 ta’ Settembru 2017 – Riksåklagaren vs Imran Syed

(Kawża C-572/17)

2017/C 412/26Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Högsta domstolen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Riksåklagaren

Konvenut: Imran Syed

Domandi preliminari

1)

Meta merkanzija li fuqha jitwaħħal disinn protett hija illegalment offruta għall-bejgħ f’ħanut, jista’ jeżisti wkoll ksur tad-dritt esklużiv ta’ distribuzzjoni tal-awtur previst fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2001/29 ( 1 ) f’dak li jikkonċerna merkanzija li fuqha jidhru disinni identiċi, li tinżamm maħżuna mill-persuna li toffri l-merkanzija għall-bejgħ?

2)

Huwa rilevanti jekk il-merkanzija tinżammx maħżuna f’post li huwa konness mal-ħanut jew f’post ieħor?


( 1 ) Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230).

Top