EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CA0278

Kawża C-278/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-12 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Aachen – il-Ġermanja) – proċeduri kriminali kontra Frank Sleutjes (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali — Direttiva 2010/64/UE — Artikolu 3(1) — Dritt għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni fil-kuntest tal-proċeduri kriminali — Traduzzjoni ta’ “dokumenti essenzjali” — Kunċett ta’ “dokumenti essenzjali” — Digriet kriminali maħruġ fit-tmiem ta’ proċedura unilaterali ssemplifikata u li jikkundanna lid-destinatarju tiegħu għal multa għal reat żgħir)

ĠU C 412, 4.12.2017, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

201711170221555752017/C 412/152782016CJC41220171204MT01MTINFO_JUDICIAL201710129911

Kawża C-278/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-12 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Aachen – il-Ġermanja) – proċeduri kriminali kontra Frank Sleutjes (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali — Direttiva 2010/64/UE — Artikolu 3(1) — Dritt għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni fil-kuntest tal-proċeduri kriminali — Traduzzjoni ta’ “dokumenti essenzjali” — Kunċett ta’ “dokumenti essenzjali” — Digriet kriminali maħruġ fit-tmiem ta’ proċedura unilaterali ssemplifikata u li jikkundanna lid-destinatarju tiegħu għal multa għal reat żgħir)

Top

C4122017MT910120171012MT00159191

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-12 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Aachen – il-Ġermanja) – proċeduri kriminali kontra Frank Sleutjes

(Kawża C-278/16) ( 1 )

“(Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali — Direttiva 2010/64/UE — Artikolu 3(1) — Dritt għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni fil-kuntest tal-proċeduri kriminali — Traduzzjoni ta’ “dokumenti essenzjali” — Kunċett ta’ “dokumenti essenzjali” — Digriet kriminali maħruġ fit-tmiem ta’ proċedura unilaterali ssemplifikata u li jikkundanna lid-destinatarju tiegħu għal multa għal reat żgħir)”

2017/C 412/15Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Aachen

Parti fil-proċedura kriminali prinċipali

Frank Sleutjes,

Fil-preżenza ta’: Staatsanwaltschaft Aachen

Dispożittiv

L-Artikolu 3 tad-Direttiva 2010/64/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Ottubru 2010, dwar id-drittijiet għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni fi proċedimenti kriminali, għandu jiġi interpretat fis-sens li att, bħal digriet previst mid-dritt nazzjonali sabiex jissanzjona reati kriminali żgħar u maħruġ minn qorti fi tmiem proċedura unilaterali ssemplifikata, jikkostitwixxi “dokument essenzjali” fis-sens tal-paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu, fejn traduzzjoni bil-miktub tiegħu għandha, konformement mar-rekwiżiti formali magħmula minn din id-dispożizzjoni, tiġi żgurata lill-persuni ssuspettati jew lill-persuni akkużati li ma jifhmux il-lingwa tal-proċedura kkonċernata sabiex dawn ikunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tad-difiża tagħhom u għalhekk sabiex tiġi ggarantita n-natura ġusta tal-proċedura.


( 1 ) ĠU C 335, 12.9.2016.

Top