EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CA0262

Kawża C-262/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber) – Ir-Renju Unit) – Shields & Sons Partnership vs The Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tassazzjoni — Taxxa fuq il-valur miżjud — Direttiva 2006/112/KE — Artikolu 296(2) — Artikolu 299 — Skema komuni b’rata fissa għall-bdiewa — Esklużjoni tal-iskema komuni — Kundizzjonijiet — Kunċett ta’ “kategorija ta’ bdiewa”)

ĠU C 412, 4.12.2017, p. 8–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

201711170051555542017/C 412/142622016CJC41220171204MT01MTINFO_JUDICIAL201710128922

Kawża C-262/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber) – Ir-Renju Unit) – Shields & Sons Partnership vs The Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tassazzjoni — Taxxa fuq il-valur miżjud — Direttiva 2006/112/KE — Artikolu 296(2) — Artikolu 299 — Skema komuni b’rata fissa għall-bdiewa — Esklużjoni tal-iskema komuni — Kundizzjonijiet — Kunċett ta’ “kategorija ta’ bdiewa”)

Top

C4122017MT820120171012MT00148292

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber) – Ir-Renju Unit) – Shields & Sons Partnership vs The Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs

(Kawża C-262/16) ( 1 )

“(Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tassazzjoni — Taxxa fuq il-valur miżjud — Direttiva 2006/112/KE — Artikolu 296(2) — Artikolu 299 — Skema komuni b’rata fissa għall-bdiewa — Esklużjoni tal-iskema komuni — Kundizzjonijiet — Kunċett ta’ “kategorija ta’ bdiewa”)”

2017/C 412/14Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Shields & Sons Partnership

Konvenuta: The Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 296(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprevedi b’mod eżawrjenti l-każijiet kollha li fihom Stat Membru jista’ jeskludi bidwi mill-iskema komuni b’rata fissa tal-bdiewa.

2)

L-Artikolu 296(2) tad-Direttiva 2006/112 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-bdiewa li fir-rigward tagħhom ġie kkonstatat li l-ammont li huma jirkupraw inkwantu msieħba fl-iskema komuni b’rata fissa tal-bdiewa huwa sostanzjalment ogħla mill-ammont li jirkupraw kieku jkunu suġġetti għall-iskema normali jew għall-iskema ssemplifikata tat-taxxa fuq il-valur miżjud ma jistgħux jikkostitwixxu kategorija ta’ bdiewa fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.


( 1 ) ĠU C 260, 18.7.2016.

Top