EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CA0218

Kawża C-218/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-12 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Okręgowy w Gorzowie Wielkopolskim – il-Polonja) – proċeduri mibdija minn Aleksandra Kubicka (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja — Regolament (UE) Nru 650/2012 — Suċċessjonijiet u Ċertifikat Ewropew tas — Suċċessjoni — Proprjetà immobbli li tinsab fi Stat Membru li ma jirrikonoxxix il-legat “b’invokazzjoni” — Rifjut ta’ rikonoxximent tal-effetti reali ta’ tali legat)

ĠU C 412, 4.12.2017, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

201711170191555862017/C 412/132182016CJC41220171204MT01MTINFO_JUDICIAL201710128811

Kawża C-218/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-12 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Okręgowy w Gorzowie Wielkopolskim – il-Polonja) – proċeduri mibdija minn Aleksandra Kubicka (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja — Regolament (UE) Nru 650/2012 — Suċċessjonijiet u Ċertifikat Ewropew tas — Suċċessjoni — Proprjetà immobbli li tinsab fi Stat Membru li ma jirrikonoxxix il-legat “b’invokazzjoni” — Rifjut ta’ rikonoxximent tal-effetti reali ta’ tali legat)

Top

C4122017MT810120171012MT00138181

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-12 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Okręgowy w Gorzowie Wielkopolskim – il-Polonja) – proċeduri mibdija minn Aleksandra Kubicka

(Kawża C-218/16) ( 1 )

“(Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja — Regolament (UE) Nru 650/2012 — Suċċessjonijiet u Ċertifikat Ewropew tas — Suċċessjoni — Proprjetà immobbli li tinsab fi Stat Membru li ma jirrikonoxxix il-legat “b’invokazzjoni” — Rifjut ta’ rikonoxximent tal-effetti reali ta’ tali legat)”

2017/C 412/13Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Okręgowy w Gorzowie Wielkopolskim

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Aleksandra Kubicka

fil-preżenza ta’: Przemysława Bac, li qed jaġixxi bħala nutar

Dispożittiv

L-Artikoli 1(2)(k) u (l) kif ukoll l-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Lulju 2012, dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-infurzar ta’ strumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u dwar il-ħolqien ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni, għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu r-rifjut tar-rikonoxximent, minn awtorità ta’ Stat Membru, tal-effetti reali ta’ legat “b’invokazzjoni”, rikonoxxut mid-dritt applikabbli għas-suċċessjoni, li bih testatur għażel skont l-Artikolu 22(1) ta’ dan l-istess regolament, meta dan ir-rifjut huwa bbażat fuq ir-raġuni biss li dan il-legat jirrigwarda d-dritt ta’ proprjetà ta’ immobbli li jinsab f’dan l-Istat Membru, li l-leġiżlazzjoni tiegħu ma tirrikonoxxix l-istituzzjoni tal-legat b’effett reali dirett fid-data tal-ftuħ tas-suċċessjoni.


( 1 ) ĠU C 335, 12.09.2016

Top