EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TN0389

Kawża T-389/09: Rikors ippreżentat fit- 22 ta’ Ġunju 2009 — Labate vs Il-Kummissjoni

ĠU C 312, 19.12.2009, p. 30–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 312/30


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Ġunju 2009 — Labate vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-389/09)

2009/C 312/51

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Kay Labate (Tarquinia, l-Italja) (rappreżentant: I. Forrester, QC)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tikkonstata li l-Kummissjoni naqset milli tieħu azzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 232 KE;

tordna lill-Kummissjoni tieħu l-miżuri neċessarji sabiex tikkonforma mal-ordni tal-Qorti tal-Prim’Istanza;

tagħti lil dan ir-rikors il-priorità xierqa, sabiex tevita li żżid mal-proċess talba separata għal proċedura mħaffa u sabiex tagħti sentenza fi żmien sitt ġimgħat;

tordna kwalunkwe rimedju ieħor li jkun xieraq;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ dan ir-rikors.

Motivi u argumenti prinċipali

Fl-20 ta’ Frar 2009, ir-rikorrenti għamlet talba formali skont l-Artikolu 232 sabiex il-Kummissjoni tieħu deċiżjoni li tirrikonoxxi n-natura ta’ marda minn fuq il-post tax-xogħol tal-kanċer fil-pulmun tar-raġel mejjet tagħha fis-sens tal-Artikolu 73 tar- Regolamenti tal-Persunal u r-Regoli Komuni dwar l-assigurazzjoni tal-uffiċjali tal-Komunità Ewropea kontra r-riskju ta’ inċident u ta’ mard minn fuq il-post tax-xogħol.

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe deċiżjoni bħal din jew ta’ xi adozzjoni ta’ pożizzjoni fil-terminu meħtieġ, ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Prim’Istanza tikkonstata li l-Kummissjoni, billi naqset milli tieħu azzjoni fi żmien raġonevoli dwar it-talba għar-rikonoxximent tal-marda tar-raġel tagħha bħala marda minn fuq il-post tax-xogħol, naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 90 tar-Regolamenti tal-Persunal u l-Artikolu 23 tar-Regoli Komuni dwar l-assigurazzjoni tal-uffiċjali tal-Komunità Ewropea kontra r-riskju ta’ inċidenti u ta’ mard minn fuq il-post tax-xogħol, u għalhekk hija responsabbli talli ma ħaditx azzjoni skont l-Artikolu 232 KE.


Top