EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TB0493

Kawża T-493/08: Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat- 30 ta’ Ottubru 2009 — Sun World International vs UASI — Kölla Hamburg (SUPERIOR SEEDLESS) ( Trade mark Komunitarja — Rinunżja parzjali għar-reġistrazzjoni — M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni )

ĠU C 312, 19.12.2009, p. 29–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 312/29


Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-30 ta’ Ottubru 2009 — Sun World International vs UASI — Kölla Hamburg (SUPERIOR SEEDLESS)

(Kawża T-493/08) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Rinunżja parzjali għar-reġistrazzjoni - M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

2009/C 312/48

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sun World International LLC (Bakersfield, California, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. Holah, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)

Partijiet oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza: Kölla Hamburg Overseas Import GmbH & Co. KG (Hambourg, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Lemke, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-3 ta’ Settembru 2008 (Każ R 1378/2007-1) dwar proċediment għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Kölla Hamburg Overseas Import GmbH & Co. KG u Sun World International LLC.

Dispożittiv

(1)

M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

(2)

Sun World International LLC hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha, kif ukoll dawk inkorsi mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u minn Kölla Hamburg Overseas Import GmbH & Co. KG.


(1)  ĠU C 19, 24.1.2009.


Top