EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CN0385

Kawża C-385/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Mokestinių Ginčų Komisija Prie Lietuvos Respublikos Vyriausybės (il-Litwanja) fid- 29 ta’ Settembru 2009 — Nidera Handelscompagnie BV vs Valstybinės mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerios

ĠU C 312, 19.12.2009, p. 17–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 312/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Mokestinių Ginčų Komisija Prie Lietuvos Respublikos Vyriausybės (il-Litwanja) fid-29 ta’ Settembru 2009 — Nidera Handelscompagnie BV vs Valstybinės mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerios

(Kawża C-385/09)

2009/C 312/28

Lingwa tal-kawża: Il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Mokestinių Ginčų Komisija Prie Lietuvos Respublikos Vyriausybės (il-Litwanja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Nidera Handelscompagnie BV

Konvenuti: Valstybinės mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerios

Domandi preliminari

(1)

Leġilazzjoni, li taħtha huma intitolati biss għal tnaqqis tal-VAT il-persuni taxxabbli għall-VAT, jiġifieri biss il-persuni taxxabbli li jkunu rreġistrati bħala persuni taxxabbli għall-VAT fl-Istat Membru kkonċernat (f’dan il-każ, il-Litwanja) skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ hemmhekk, hija konsistenti mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/112/KEE li tirregola d-dritt għal tnaqqis?

(2)

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda hija pożittiva, leġiżlazzjoni li biha l-persuna taxxabbli irreġistrata għall-VAT tista’ tnaqqas VAT tal-input u (jew) tal-importazzjoni ta’ oġġetti u (jew) servizzi akkwistati qabel ir-reġistrazzjoni tagħha għall-VAT biss jekk tali oġġetti se jintużaw għall-għanijiet tal-attività tagħha suġġetta għall-VAT, jiġifieri ma tkunx intitolata li tnaqqas il-VAT tal-input (tal-importazzjoni) imposta fuq oġġetti u servizzi akkwistati qabel ir-reġistrazzjoni tagħha għall-VAT jekk dawn l-oġġetti diġa ġew użati għall-ħtiġiet ta’ din l-attività, hija konsistenti mal-prinċipji ġenerali ta’ tnaqqis tal-VAT stabbiliti mid-Direttiva 2006/112/KEE?


Top