EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CN0379

Kawża C-379/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Arbeidshof te Brussel (Il-Belġju) fil- 25 ta’ Settembru 2009 — Maurits Casteels vs British Airways plc

ĠU C 312, 19.12.2009, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 312/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Arbeidshof te Brussel (Il-Belġju) fil-25 ta’ Settembru 2009 — Maurits Casteels vs British Airways plc

(Kawża C-379/09)

2009/C 312/25

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Arbeidshof te Brussel

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Maurits Casteels

Konvenuta: British Airways plc

Domandi preliminari

(1)

Fin-nuqqas ta’ azzjoni mill-Kunsill, l-Artikolu 42 KE jista’ jiġi invokat minn individwu kontra l-persuna li tħaddmu fis-settur privat fil-kuntest ta’ kawża quddiem il-qrati nazzjonali?

(2)

L-Artikolu 39 KE, qabel l-adozzjoni tad-Direttiva 98/49/KE (1), tad-29 ta’ Ġunju 1998 (ĠU L 209, p. 46), u l-Artikolu 42, meħudin individwalment jew flimkien, jipprekludu dan li ġej:

fil-każ ta’ ħaddiem li, minbarra fil-każ ta’ kollokament, ikun impjegat suċċessivament mill-istess persuna ġuridika/fiżika f’postijiet tan-negozju differenti li l-imsemmija persuna li tħaddem għandha fi Stati Membri differenti u jkun suġġett, kull darba, għal skemi ta’ pensjoni addizzjonali li jkunu fis-seħħ fl-imsemmija postijiet ta’ negozju,

sabiex jiġi stabbilit il-perijodu li, malli jiġi komplut, jagħti lok għal kisba ta’ drittijiet definittivi għal benefiċċji ta’ pensjoni addizzjonali (ibbażati fuq il-kontribuzzjonijiet minn dak li jħaddem u mill-ħaddiem) fi Stat Membru partikolari, la jittieħdu inkunsiderazzjoni s-snin ta’ servizz li l-ħaddiem diġà wettaq mal-istess persuna li tħaddmu fi Stat Membru ieħor, u lanqas l-affiljazzjoni tal-ħaddiem ma’ skema ta’ pensjoni addizzjonali f’dan l-Istat Membru,

it-trasferiment ta’ ħaddiem, bil-kunsens tiegħu, għal post ta’ negozju tal-istess persuna li tħaddmu fi Stat Membru ieħor jitqies l-istess bħall-każ, previst mid-dispożizzjonijiet tal-iskema ta’ pensjoni, tal-irtirar volontarju tal-ħaddiem mill-post ta’ negozju, u li f’tali każ id-drittijiet għal pensjoni addizzjonali jkunu limitati għall-kontribuzzjonijiet tal-ħaddiem stess,

u li din is-sitwazzjoni jkollha bħala konsegwenza sfavorevoli li l-ħaddiem jitlef id-drittijiet għall-benefiċċji ta’ pensjoni addizzjonali li huwa kien kiseb fir-rigward tal-impjieg tiegħu f’dan l-Istat Membru, u li dan ma kienx ikun il-każ kieku kien ħadem mal-persuna li tħaddmu fi Stat Membru wieħed u kien baqa’ affiljat mal-iskema ta’ pensjoni addizzjonali ta’ dak l-Istat Membru?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 98/49/KE, tad-29 ta’ Ġunju 1998, dwar is-salvagwardja tad-drittijiet tal-pensjoni supplimentari ta’ persuni impjegati u dawk li jaħdmu għal rashom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità (ĠU 1998 L 209, p. 46)


Top