EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CN0377

Kawża C-377/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de commerce de Bruxelles (il-Belġju) fit- 23 ta’ Settembru 2009 — Françoise Hanssens-Ensch (kuratur ta’ Agenor SA) vs Il-Komunità Ewropea

ĠU C 312, 19.12.2009, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 312/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de commerce de Bruxelles (il-Belġju) fit-23 ta’ Settembru 2009 — Françoise Hanssens-Ensch (kuratur ta’ Agenor SA) vs Il-Komunità Ewropea

(Kawża C-377/09)

2009/C 312/23

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de commerce de Bruxelles

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Françoise Hanssens-Ensch (kuratur ta’ Agenor SA)

Konvenuta: Komunità Ewropea

Domandi preliminari

It-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 tat-Trattat KE għandu jiġi interpretat fis-sens li, l-azzjoni għal dikjarazzjoni ta’ responsabbiltà bbażata fuq l-Artikolu 530 tal-Kodiċi tal-Kumpanniji Belġjan u mibdija minn kuratur, sabiex jikseb il-kundanna tal-Komunità Ewropea sabiex tagħmel tajjeb għall-passiv tal-kumpannija falluta, minħabba li l-Komunità kellha s-setgħa de facto li tamministra kumpannija kummerċjali u kienet wettqet, fl-amministrazzjoni ta’ din il-kumpannija, żball gravi u kkaratterizzat li kkontribwixxa għall-falliment tagħha, jikkostitwixxi azzjoni mhux kuntrattwali fis-sens ta’ din id-dispożizjzoni?


Top