EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CA0274

Kawża C-274/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad- 29 ta’ Ottubru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Isvezja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2003/54/KE — Artikolu 15(2) — Artikolu 23(2) — Suq intern tal-elettriku — Approvazzjoni minn qabel tal-metodoloġiji użati sabiex jiġu kkalkolati jew stabbiliti l-kundizzjoniiet għall-konnessjoni u l-aċċess għal netwerks nazzjonali, inkluż it-tariffi tat-trasport u tad-distribuzzjoni — Awtorità regolatorja nazzjonali)

ĠU C 312, 19.12.2009, p. 8–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 312/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-29 ta’ Ottubru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Isvezja

(Kawża C-274/08) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2003/54/KE - Artikolu 15(2) - Artikolu 23(2) - Suq intern tal-elettriku - Approvazzjoni minn qabel tal-metodoloġiji użati sabiex jiġu kkalkolati jew stabbiliti l-kundizzjoniiet għall-konnessjoni u l-aċċess għal netwerks nazzjonali, inkluż it-tariffi tat-trasport u tad-distribuzzjoni - Awtorità regolatorja nazzjonali)

2009/C 312/12

Lingwa tal-kawża: L-Isvediż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: B. Schima u P. Dejmek, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentant: A. Falk, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 15(2)(b) u (ċ) u tal-Artikolu 23(2)(a) tad-Direttiva 2003/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2003, dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li tħassar id-Direttiva 96/92/KE — Dikjarazzjonijiet dwar l-operazzjonijiet ta’ żmaltiment u ta’ ġestjoni tal-iskart (ĠU L 176, p. 37) — Nuqqas milli jiggarantixxi s-separazzjoni funzjonali meħtieġa bejn l-interessi ta’ distribuzzjoni u ta’ produzzjoni f’impriża integrata vertikalment — Nuqqas milli jinkariga l-awtoritajiet regolatorji sabiex jiffissaw jew japprovaw il-metodoloġiji użati sabiex jiġu kkalkolati jew stabbiliti l-kundizzjonijiet għall-konnessjoni u l-aċċess għal netwerks nazzjonali

Dispożittiv

(1)

Ir-Renju tal-Isvezja,

billi naqas milli jadotta d-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jiżgura s-separazzjoni funzjonali, f’impriża integrata vertikalment, bejn l-interessi ta’ distribuzzjoni u ta’ produzzjoni, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 15(2)(b) u (ċ) tad-Direttiva 2003/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2003, dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li tħassar id-Direttiva 96/92/KE, u

billi ma inkarigax lill-awtorità regolatorja sabiex tistabbilixxi jew tapprova, qabel id-dħul fis-seħħ tagħom, tal-anqas il-metodoloġiji użati sabiex jiġu kkalkolati jew stabbiliti l-kundizzjonijiet għall-konnessjoni u l-aċċess għal netwerks nazzjonali, inkluż it-tariffi ta’ trasport u ta’ distribuzzjoni, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 23(2)(a) tad-Direttiva 2003/54,

naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.

(2)

Ir-Renju tal-Isvezja huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 236, 13.09.2008


Top