EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CA0249

Kawża C-249/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sebà Awla) tad- 29 ta’ Ottubru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana ( Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Politika Komunitarja tas-sajd — Konservazzjoni tar-riżorsi — Skema ta’ kontroll fis-settur tas-sajd — Regolament [KE] Nru 894/97 — Artikolu 1(1) u (2) — Regolament [KEE] Nru 284/93 — Artikoli 2(1) u 31(1)u (2) — Projbizzjoni tal-għeżul tal-mitlaq — Nuqqas ta’ sistema ta’ kontroll effettiva sabiex tiġi osservata din il-projbizzjoni )

ĠU C 312, 19.12.2009, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 312/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sebà Awla) tad-29 ta’ Ottubru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-249/08) (1)

(“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Politika Komunitarja tas-sajd - Konservazzjoni tar-riżorsi - Skema ta’ kontroll fis-settur tas-sajd - Regolament [KE] Nru 894/97 - Artikolu 1(1) u (2) - Regolament [KEE] Nru 284/93 - Artikoli 2(1) u 31(1)u (2) - Projbizzjoni tal-għeżul tal-mitlaq - Nuqqas ta’ sistema ta’ kontroll effettiva sabiex tiġi osservata din il-projbizzjoni”)

2009/C 312/11

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: K. Banks u C. Cattabriga, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: I. Bruni, aġent, F. Arena, avvocato dello Stato)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2241/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, li jistabbilixxi ċerti miżuri ta’ kontroll għall-attivitajiet tas-sajd (ĠU L 261, p. 1), u tal-Artikoli 2 u 31(1) u (2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93, tat-12 ta’ Ottubru 1993, li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni (ĠU L 261, p. 1) — Spezzjoni u kontroll tal-bastimenti tas-sajd u tal-attivitajiet tagħhom — Miżuri li għandhom jittieħdu fil-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza tal-leġiżlazzjoni fis-seħħ — Dispożizzjonijiet li jikkonċernaw iż-żamma abbord u l-użu tal-għeżul tal-mitlaq.

Dispożittiv

(1)

Billi naqset milli tikkontrolla, tispezzjona u tissorvelja b’mod suffiċjenti, fit-territorju u fl-ibħra marittimi tagħha suġġetti għas-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tagħha, l-attività tas-sajd, b’mod partikolari fir-rigward tal-osservanza tad-dispożizzjonijiet li jirregolaw iż-żamma abbord u l-użu tal-għeżul tal-mitlaq, u billi ma assiguratx b’mod suffiċjenti t-teħid ta’ miżuri xierqa fir-rigward tal-awturi tal-ksur tal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar iż-żamma abbord u l-użu tal-għeżul tal-mitlaq, b’mod partikolari bl-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet dissważivi kontra l-imsemmija awturi, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2241/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, li jistabbilixxi ċerti miżuri ta’ kontroll għall-attivitajiet tas-sajd, kif ukoll taħt lArtikoli 2(1) u 31(1) u (2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93, tat-12 ta’ Ottubru 1993, li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2846/98, tas-17 ta’ Diċembru 1998.

(2)

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 209, 15.08.2008


Top