EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CN0226

Kawża C-226/08: Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Verwaltungsgericht Oldenburg fis- 26 ta' Mejju 2008 — Stadt Papenburg vs Il-Bundesrepublik Deutschland

ĠU C 209, 15.8.2008, p. 24–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 209/24


Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Verwaltungsgericht Oldenburg fis-26 ta' Mejju 2008 — Stadt Papenburg vs Il-Bundesrepublik Deutschland

(Kawża C-226/08)

(2008/C 209/36)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Oldenburg.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Stadt Papenburg

Konvenuta: Il-Bundesrepublik Deutschland.

Domandi preliminari

1)

L-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni ta' l-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (1) jawtorizza lil Stat Membru jirrifjuta, għal motivi għajr motivi ta' ħarsien ta' l-ambjent, milli japprova l-abbozz ta' lista ta' siti ta' importanza għall-Komunità mħejija mill-Kummissjoni f'dak li jikkonċerna sit wieħed jew iktar?

2)

F'każ ta' risposta affermattiva għall-ewwel domanda: l-interessi ta' muniċipalitajiet u assoċjazzjonijiet ta' muniċipalitajiet, b'mod partikolari l-pjanijiet u l-proġetti ta' pjanijiet tagħhom u interessi oħra relatati ma' l-iżvilupp ulterjuri tas-sit tagħhom, huma inklużi fost dawn il-motivi?

3)

F'każ ta' risposta affermattiva għall-ewwel u għat-tieni domanda: it-tielet premessa jew l-Artikolu 2(3) tad-Direttiva 92/43/KEE jew dispożizzjonijiet oħra tad-dritt Komunitarju jeżiġu ukoll li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jieħdu in kunsiderazzjoni tali motivi fl-approvazzjoni u fit-tħejija tal-lista ta' siti ta' importanza għall-Komunità.

4)

F'każ ta' risposta affermattiva għat-tielet domanda: muniċipalità affettwata mill-inklużjoni ta' sit partikolari fil-lista tista' issostni fid-dritt, billi tibbaża ruħha fuq id-dritt Komunitarju, wara l-adozzjoni definittiva tal-lista, li tali lista hija kuntrarja għad-dritt Komunitarju għaliex l-interessi tagħha ma ttieħdux in kunsiderazzjoni jew ma ġewx ikkunsidrati biżżejjed?

5)

Ix-xogħolijiet ta' manutenzjoni kontinwati mwettqa fil-kanal navigabbli ta' estwarji li diġà kienu ġew approvati definittivament taħt id-dritt nazzjonali qabel l-iskadenza tat-terminu ta' traspożizzjoni tad-Direttiva 92/43 għandhom jiġu suġġetti għal evalwazzjoni xierqa ta' l-implikazzjonijiet tagħhom għas-sit skond l-Artikolu 6(3) u (4) ta' l-imsemmija direttiva f'każ li dawn ix-xogħolijiet jitkomplew wara l-inklużjoni tas-sit fil-lista ta' siti ta' importanza għall-Komunità.


(1)  ĠU L 206, p. 7.


Top