EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CN0604

Kawża C-604/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven kasatsionen sad (il-Bulgarija) fit-23 ta’ Ottubru 2017 – PM vs AH

ĠU C 22, 22.1.2018, p. 21–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven kasatsionen sad (il-Bulgarija) fit-23 ta’ Ottubru 2017 – PM vs AH

(Kawża C-604/17)

(2018/C 022/32)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Qorti Suprema tal-Kassazzjoni

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: PM

Konvenuta: AH

Domanda preliminari

Ir-Regolament Nru 2201/2003 (1) jippermetti l-eżami ta’ kawżi li jikkonċernaw ir-responsabbiltà tal-ġenituri, meta ma jkunux issodisfatti l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikoli 8 u 12 tar-Regolament, minn qorti ta’ Stat Membru li jkollha ġurisdizzjoni sabiex teżamina l-kawża li tikkonċerna d-divorzju fis-sens tal-Artikolu 3 tar-Regolament, f’sitwazzjoni fejn id-dritt nazzjonali ta’ dan l-Istat Membru jobbliga lill-qorti tagħti deċiżjoni ex officio dwar l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-ġenituri, dwar miżuri li jikkonċernaw id-dritt ta’ aċċess, il-manteniment, kif ukoll dwar l-użu tad-dar matrimonjali, fl-istess ħin li tagħti deċiżjoni dwar it-talba għal divorzju?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta’ Novembru 2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 243).


Top